In-Niggieża tan-Narrattiva: Il-Proża Politika

Konferenza Nazzjonali fuq il-Proża Politika

Is-Sibt 27 ta’ April 2024, bejn it-8.30am u s-1.30pm, fl-Aula Prima tal-Università l-Qadima, fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta, se ssir konferenza nazzjonali fuq il-proża politika bl-isem ta’ “In-Niggieża tan-Narrattiva: Il-Proża Politika.”

Il-konferenza, organizzata bi sħab bejn id-Dipartiment tal-Politika Pubblika u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università, hija miftuħa għal kulħadd u d-dħul huwa b’xejn. 

Din hija t-tielet darba li dawn iż-żewġ dipartimenti minn fakultajiet differenti tal-Università ta’ Malta qed jaħdmu flimkien fuq konferenza nazzjonali. F’April tal-2023 saret it-tieni konferenza minn din is-sensiela ta’ Lingua Politik fuq “Il-Qawwa tal-Kelma: Ir-Retorika Politika.” Il-ktieb bid-diskorsi li saru dakinhar, editjat minn Mario Thomas Vassallo u Michael Spagnol, se jkun qed jingħata lil dawk kollha li jattendu għal din il-konferenza.

Dawk li biħsiebhom jattendu għandhom jinkitbu hawnhekk: https://forms.gle/ro26VqJg6oXvEWNw8

Il-Programm tal-Konferenza
Konferenza Nazzjonali mtellgħa mid-Dipartiment tal-Politika Pubblika u d-Dipartiment tal-Malti fi ħdan l-Università ta’ Malta

Is-Sibt 27 ta’ April 2024 | Aula Prima, Valletta Campus


08:30
Reġistrazzjoni

09:00 Kelmtejn ta’ merħba
Prof. Mario Thomas Vassallo,
Kap tad-Dipartiment tal-Politika Pubblika

09:15 Indirizz mill-Pro-Rettur
Prof. Inġ. Simon Fabri,
Pro-Rettur għar-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien


L-ewwel sessjoni

Tmexxi s-Sa Kirsty Azzopardi, Dipartiment tal-Malti

09:30 Ritratti mżellġa u vuċijiet imbiegħda f’Castillo
Justine Somerville, Dipartiment tal-Malti

09:50 Il-politika tal-ġeneru f’Marta Marta
Dr Kurt Borg, Dipartiment tal-Politika Pubblika

10:10 Magħqudin b’ċittadinanza waħda?
Iċ-ċittadinanza queer fin-narrattiva Maltija

Romario Sciberras, Dipartiment tal-Malti

10:30 Diskussjoni bis-sehem tal-udjenza

 

10:50 Waqfa għall-kafè

 

It-tieni sessjoni
Tmexxi Dr Marguerite Camilleri, Dipartiment tal-Politika Pubblika

11:20 Metafori kunċettwali jniggżu
Prof. Michael Spagnol, Dipartiment tal-Malti

11:40 L-inkejja ta’ Cioran u n-niggieża tal-mikrofinzjoni
Dr Luke J. Buhagiar, Dipartiment tal-Politika Pubblika

12:00 Dawk ta’ magħna kontra tagħna
Dr Immanuel Mifsud, Dipartiment tal-Malti

12:20 Diskussjoni bis-sehem tal-udjenza

12:40 Ċine-politik: Il-politika tar-reżistenza
Tmexxi s-sessjoni Dr Marie Louise Mangion,
Dipartiment tal-Politika Pubblika


13:30
Riflessjonijiet finali


Prof. Emmanuel Said,
Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija, il-Ġestjoni u l-Kontabilità

Prof. Adrian Grima,
Kap tad-Dipartiment tal-Malti

 

Ara Aktar