Taħdita dwar il-Letteratura u l-Ġeneru mill-Prof. Emma Rees

Il-Professoressa Emma Rees mill-Università ta’ Chester se tagħti taħdita pubblika bl-Ingliż bit-titlu “Like fleas on a dog’s back: gender activism and the road to equality” nhar it-Tlieta 5 ta’ April, fiċ-Ċentru tal-Konferenzi Mikiel Anton Vassalli, GW Sala D, fis-7pm. F’din it-taħdita, il-Professoressa Rees se tkun qiegħda tiddiskuti l-letteratura u punti relatati mal-ġeneru, partikolarment il-femminiċidju.

Rees, inġiebet f’Malta mid-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti. Hija akkademiku b’esperjenza kbira internazzjonali u b’lista impressjonanti ta’ pubblikazzjonijiet. Hija tmexxi l-Istitut tal-Istudji tal-Ġeneru fl-Università ta’ Chester, imwaqqaf minnha stess fl-2016, u hija membru u uffiċjal għoli fl-eżekuttiv nazzjonali tal-union tal-kulleġġi u l-universitajiet.

Barra minn hekk, Emma Rees hija kontributriċi regolari fit-Times Higher u editriċi tal-volum The Routledge Companion to Gender, Sexuality and Culture (ippubblikat dalwaqt minn Bloomsbury) u editriċi tas-serje (Re)presenting Gender ippubblikata minn Palgrave. Fl-2015 il-professoressa Rees ippubblikat ix-xogħol l-aktar importanti tagħha, The Vagina: A Literary and Cultural History (Bloomsbury).

It-taħdita hija miftuħa għall-pubbliku iżda min jattendi se jintalab juri ċertifikat tat-tilqima kontra l-Covid-19.

Ara Aktar