Id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta stieden lil Dr Lameen Souag, lingwista stabbilit, biex jagħti taħdita pubblika bl-Ingliż fuq l-element Berberu fil-Malti. It-taħdita se ssir it-Tlieta, 25 ta’ April fil-5pm, CHBO 417 (il-Campus Hub, Blokk 0).
Dr Lameen Souag huwa riċerkatur fil-laboratorju LACITO fi ħdan iċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka Xjentifika (Franza). L-istudju tiegħu jiffoka fuq il-bidla fil-lingwa u l-lingwi f’kuntatt fl-Afrika ta’ Fuq, partikolarment fl-ilsna Berberi, Songhay, u Semitiċi.
_ _ _
On Tuesday, 25 April 2023, at 5pm, leading scholar Dr Lameen Souag will give a public lecture in English on “Berber Elements in Maltese” hosted by the Department of Maltese in the Faculty of Arts. The lecture, will be held in CHBO 417 (Campus Hub, Block 0) of the University of Malta campus in Tal-Qroqq, Msida.
Dr Lameen Souag is a researcher at the Centre National de la Recherche Scientifique (France), based at the LACITO laboratory. His research focuses on language change and contact across northern Africa, particularly in Berber, Songhay, and Semitic languages.