Appuntamenti mar-Riċerka: l-ewwel konferenza annwali

Din is-sena akkademika d-Dipartiment tal-Malti beda s-sensiela ta’ seminars ta’ riċerka regolari għall-istudenti tal-Masters u d-Dottorat bl-isem ta’ Appuntamenti mar-Riċerka. Dawn is-seminars joffru spazju informali u addattat biex l-istudenti postgradwatorji jiddiskutu r-riċerka tagħhom.

Fl-ewwel konferenza annwali, sitt studenti ppreżentaw l-istudju li qed jagħmlu fuq il-lingwa u l-letteratura Maltija, u ddiskutewh ma’ sħabhom u mal-letturi.

Il-Konferenza saret nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2022 fl-Aula Magna tal-Valletta Campus. Minbarra l-istudenti postgradwatorji u l-letturi tad-Dipartiment tal-Malti kienu preżenti wkoll letturi mill-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa. 

Kirsty Azzopardi, waħda mid-dottorandi tad-Dipartiment, tkellmet dwar “Il-katina verbali tal-Malti: il-każ tal-verbi fażiċi,” waqt li Yanika Schembri Fava għamlet preżentazzjoni mit-teżi tal-Masters tagħha fuq “L-Ironija fil-Versi Popolari Maltin: Memorja Friska ta’ Riċerka fit-Tul.”

It-tielet kelliem kien Thomas Pace, li wasal fl-aħħar tax-xogħol tiegħu fuq it-teżi tal-Masters fil-lingwa, li ddiskuta “L-Immaniġġjar tal-Lingwa fl-Amministrazzjoni Pubblika,” waqt li studenta oħra tal-Masters, Lara Stagno, tkellmet dwar “L-Illokuzzjoni u l-Perlokuzzjoni fil-Poeżija ta’ Nadia Mifsud.”

L-aħħar żewġ kelliema kienu studenti tad-Dottorat: David Agius Muscat tkellem dwar “Id-definizzjoni tal-Malti standard fl-ewwel nofs tas-seklu 19” waqt li Justine Somerville ddiskutiet in-“Narrattiva letterarja u / bħala memorja.”

Fl-aħħar parti tal-konferenza dawk li attendew iddiskutew modi kif is-seminars regolari ta’ matul is-sena akkademika u l-konferenza annwali tal-Appuntamenti mar-Riċerka jistgħu jiżviluppaw biex ikomplu jgħinu lill-istudenti fil-vjaġġ tar-riċerka tagħhom u fl-istess ħin ikomplu jrawmu kultura u komunità ta’ riċerka fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti.

Is-sessjonijiet tal-Appuntamenti mar-Riċerka jkomplu f’Settembru li ġej waqt li t-tieni konferenza għandha ssir f’Ġunju tal-2023.

_ _ _

As of this academic year, the Department of Maltese is organising regular research seminars for its Masters and Doctoral students. These seminars, called ‘Appuntamenti mar-Riċerka’, offer an informal and supportive environment for postgraduate researchers to discuss their work in progress.  

During the first annual conference, six of these researchers presented their study on Maltese literature and language, and discussed it with their peers and lecturers. 

The conference, held at the Valletta Campus’ Aula Magna on Saturday 4 June 2022, brought together all postgraduate researchers, departmental lecturers, and other lecturers from the Institute of Linguistics and Language Technology. 

Ph.D. student, Kirsty Azzopardi, spoke about phasal verbs in the Maltese verb sequence whilst Yanika Schembri Fava presented her Masters dissertation about the use of irony in popular Maltese verses. 

Thomas Pace, who is in the last phase of his Masters dissertation, discussed language policy in language administration whilst Lara Stagno, another Masters student, spoke about the aspects of illocution and perlocution in Nadia Mifsud’s poetry.

The final two speakers were Ph.D. students: David Agius Muscat spoke about the definition of standard Maltese during the first half of the nineteenth century whilst Justine Somerville discussed the relationship between memory and narrative fiction. 

During the final part of the conference, those present discussed different ways of improving the regular research seminars and annual conference by way of continuing to assist students in their research journey and fostering a culture and community of research within the Department of Maltese. 

The ‘Appuntamenti mar-Riċerka’ seminars are to continue in September whilst the second annual conference is to be held in June 2023. 

Skopri Aktar