Riċerkaturi: Ħarġa 3

Riċerkaturi hi rivista tad-Dipartiment tal-Malti b’artikli msejsa fuq għażla ta’ teżini tal-BA (Unuri) fil-Malti. Din il-ħarġa tinkludi l-isforzi ta’ sitt riċerkaturi żgħażagħ li daru madwar għadd ta’ temi lingwistiċi u letterarji. Matthew Chappell jesplora l-kunċett tal-universalità fil-letteratura waqt li Maria Agius tiddiskuti l-istorja u l-karatteristiċi tal-lirika fil-poeżija. L-artikli l-oħrajn jaqbdu mal-varjazzjoni fil-lingwa minn angoli differenti. Franklyn Baldacchino jippreżenta studju soċjolingwistiku dwar it-taħlit tal-Malti u l-Ingliż fit-taħdit. Raffaello Bezzina janalizza l-allomorfija, il-varjazzjoni morfofonetika, f’kategorija nominali. L-aħħar tnejn jiffukaw fuq id-djaletti: Yasmin Camilleri tiddeskrivi s-sistema fonoloġika tal-Imġarri mentri Diane Cutajar tistħarreġ id-differenzi lessikali f’erba’ lokalitajiet fil-gżejjer Maltin.

Skopri Aktar