Romilda Pace u Sara Kristina Abela jingħataw il-Premju Oliver Friggieri u l-Premju Ġużè Aquilina għat-teżini tagħhom

Waqt is-Seminar tat-Teżini, appuntament annwali tad-Dipartiment tal-Malti, Romilda Pace ngħatat il-Premju Oliver Friggieri għall-istudju tagħha fuq il-figura politika fil-poeżiji ta’ Oliver Friggieri nnifsu u Sara Kristina Abela ngħatat il-Premju Ġużè Aquilina għall-istudju tagħha fuq it-temi u l-lirika tal-innijiet reliġjużi Maltin.   

Is-seminar sar fis-16 ta’ Frar u għalih attendew il-letturi u l-istudenti kollha tal-Baċellerat.  Romilda u Sara Kristina, flimkien ma’ żewġ gradwati oħra, Mattea De Marco u Francesca Zammit, għamlu preżentazzjoni dwar it-teżini tagħhom li ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-bord tal-eżaminaturi tad-Dipartiment tal-Malti. 

Il-Premju Oliver Friggieri u l-Premju Ġużè Aquilina ġew imnedija s-sena li għaddiet, u jingħataw lill-istudenti tal-Malti li jġibu l-ogħla marka fit-teżini fuq il-letteratura u l-lingwa.

Minbarra li jirrikonoxxu l-livell għoli ta’ xogħol il-gradwati, dawn il-premjijiet ifakkru lil żewġ persunaġġi li taw kontribut imprezzabbli fl-oqsma tagħhom u fetħu t-triq għaż-żewġ fergħat ewlenin tat-tagħlim u r-riċerka tad-Dipartiment. 

It-trofew, li jikkonsisti minn forma ta’ tmun maqtugħa fl-azzar fuq bażi magħmula mill-ġebla tal-Qawwi t’Għawdex, ġie ddisinjat u maħdum mill-artist Għawdxi Austin Camilleri. Iż-żewġ trofej ġew ippreżentati lill-istudenti mill-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, Dr Michael Spagnol.

_ _ _

At its annual Dissertation Seminar for undergraduates, the Department of Maltese awarded Premju Oliver Friggieri to Romilda Pace for her B.A. dissertation on the political figure in Oliver Friggieri’s poetry and Premju Ġużè Aquilina to Sara Kristina Abela for her study on the themes and lyrics of Maltese religious hymns. 

The Dissertation Seminar was held on 16 February, and brought together all undergraduate students and departmental full-time lecturers. It featured dissertation presentations by the award winning graduates, Romilda Pace and Sara Kristina Abela, and two other graduates, Mattea De Marco and Francesca Zammit, whose research was highly commended by the Department’s board of examiners. 

Premju Oliver Friggieri and Premju Ġużè Aquilina were launched last year and are awarded to the students whose dissertations on literature and language obtain the highest marks. Apart from recognising the graduates’ high level of achievement, these prizes celebrate the contributions of Prof. Friggieri and Prof. Aquilina in their respective fields of study, thereby laying the foundations of the Department’s main research areas. 

The steel trophy, in the shape of a ship’s rudder, rests on a base made out of Gozitan stone, and was designed and produced by the Gozitan artist Austin Camilleri. The two trophies were presented to the award winners by Dr Michael Spagnol, Head of the Department of Maltese.

Skopri Aktar