Konferenza Dun Karm

Il-Konferenza Dun Karm, li ssir kull sentejn, bdiet fl-1976 mat-twaqqif tal-Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar bil-għan li r-riċerkaturi regolarment jistħarrġu xi aspett tal-kontribut letterarju u lingwistiku tal-poeta nazzjonali. F'din it-taqsima ntellgħu l-filmati tat-taħditiet li jiġu organizzati u f'din il-paġna nelenkaw it-taħditiet kollha li saru u wħud mill-pubblikazzjonijiet li ħarġu mill-konferenza.

The biennial Konferenza Dun Karm started in 1976 with the establishing of Fondazzjoni Karmen Mikallef Buħaġar. Its aim is to bring together researchers that study literary and linguistic aspects of the national poet's works. This section contains videos of the lectures, while this page includes a list of the lectures and some of the publications with findings from the conference.

Mons. Carmelo Psaila, Assistent Librar u Direttur tal-Libreriji Distrettwali | Joanne Sciberras

Joanne Sciberras, "Monsinjur Carmelo Psaila – Assistent Librar u Direttur tal-Libreriji Distrettwali"

Taħdita ta' Joanne Sciberras dwar "Monsinjur Carmelo Psaila – Assistent Librar u Direttur tal-Libreriji Distrettwali" li saret l-Erbgħa 3 ta' Novembru 2021 f'Sala Pietru Pawl Saydon (ALT) tal-Università ta' Malta, Tal-Qroqq bħala parti mis-sensiela tal-Konferenza Karmen Mikallef Buħaġar immexxija mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta. Produzzjoni u direzzjoni ta' Daniel Bezzina.

Konferenza Dun Karm – Dwayne Ellul

Id-Dizzjunarju Ingliż u Malti ta' Mons. C Psaila Dwayne Ellul nhar it-Tlieta 31 ta' Ottubru 2023 F’din it-taħdita Ellul jitfa’ dawl fuq faċċata sikwit minsija mill-figura kumplessa ta’ Mons. C. Psaila: il-ħidma tiegħu fuq id-Dizzjunarju Ingliż u Malti, magħruf l-aktar bħala d-Dizzjunarju ta’ Dun Karm. It-taħdita tiffoka fuq tliet oqsma ewlenin: (a) l-istorja tad-Dizzjunarju Ingliż u Malti; (b) il-filosofija ta’ Psaila dwar il-lingwa u l-lessikografija; u (ċ) analiżi ta’ aspetti mid-Dizzjunarju li kienu nnutaw il-kritiċi.