Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 8
Il-Kummissjoni Ewropea
2020

Nomenklatura magħquda

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Test taʼ nomenklatura miġbura fis-sit EUR-Lex. 2020 Kif hemm miktub fir-riżorsa, dan huwa test maħsub purament bħala għodda taʼ dokumentazzjoni u mʼgħandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mʼgħandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti relevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli fʼEUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-ħoloq inkorporati fʼdan id-dokument. Ladarba jkopri ħafna kategoriji lessikali, ħarsa sħiħa lejn it-test tagħmel iżjed sens mid-dokumentazzjoni tiegħi. eur-lex.europa.eu/legal-content/EN-MT/TXT/?from=EN&uri=CELEX%3A02020R1577-20201030
John Spiteri Gingell
2015

Il-Miklem

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sit elettroniku 2015 Sit elettroniku li jinkludi għadd ġmielu taʼ dizzjunarji tematiċi, miġburin fi pjattaforma diġitali waħda, meħudin minn sorsi bħall-miklem taʼ Erin Serracino-Inglott, id-dizzjunarji taʼ Ġużè Aquilina, id-damma taʼ Aguis de Soldanis u l-kotba taʼ Ġużi Gatt, fost ħafna oħrajn. Fi kliem Spiteri Gingell innifsu, minbarra l-miklem tematiku eżawrenti li jkopri, is-sit jistaʼ jintuża bħala teżawru u dizzjunarju Malti-Ingliż u, ladarba jinkludi fih xi figuri, jistaʼ jservi taʼ enċikopledija. Il-ġabra ma tinkludix biss terminoloġija iżda wkoll espressjonijiet, idjomi, qwiel u dak kollu li għandu xʼjaqsam maʼ lsienna. Ladarba fih jiġu trattati ħafna kategoriji lessikali, ħarsa sħiħa lejn is-sit tagħmel iżjed sens mid-dokumentazzjoni tiegħi. ilmiklem.com
Martin Morana
2019

Kliem u storja

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sit elettroniku 2019 Fi kliem l-awtur, l-iskop taʼ dan is-sit elettroniku hu li, grazzi għall-konsultazzjoni maʼ diversi sorsi, jippreżenta vokabularju li ħafna minnu ntesa u li fih juri l-istorja twila u l-kutura wiesaʼ tal-Maltin. Huwa ppreżentat bʼmod enċiklopediku u joffri stampa aktar ċara tal-mod kif kienu jaħsbuha u jesprimu ruħhom il-Maltin matul iż-żminijiet. Huwa sit ibbażata fuq it-tliet pubblikazzjonijiet tal-awtur: Bejn Kliem u Storja (2011), Ara xʼInt Tgħid (2012) u Biex il-Kliem Ikun Sew (2014). Ladarba fih jiġu trattati ħafna kategoriji lessikali, ħarsa sħiħa lejn is-sit tagħmel iżjed sens mid-dokumentazzjoni tiegħi. kliemustorja.com
Michael Spagnol

Kelma Kelma

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2013- Paġna dwar bʼtagħrif dwar il-vokabularju, il-grammatika, l-istorja u ħafna kurżitajiet oħra li jixħtu dawl fuq il-ġmiel tal-ilsien Malti. facebook.com/kelmakelma.mt
Sit elettroniku 2019- Sit elettroniku dwar bʼtagħrif dwar il-vokabularju, il-grammatika, l-istorja u ħafna kurżitajiet oħra li jixħtu dawl fuq il-ġmiel tal-islien Malti. Dan is-sit tnieda fil-ħames anniversarju tal-paġna taʼ Facebook. kelmakelma.com
Reuben Degiorgio (xi illust. Audrienne Degiorgio)
2017-

Għidha bil-Malti

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2017- Paġna, mibnija minn espert fit-terminoloġija Maltija, li tinkludi ħafna tagħrif kurjuż dwar ilsienna, tagħrif li jħeġġek tħobb u tgħożż aktar l-ilsien Malti. Ladarba tinkludi oqsma lessikali varji li l-kreatur tal-paġna jaħdem fuqhom minn żmien għal żmien, ħarsa sħiħa lejn il-paġna tagħmel iżjed sens mid-dokumentazzjoni tiegħi. facebook.com/ghidhabilmalti
—
1999-

IATE

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sit elettroniku 1999- Sit interattiv u multlingwi li jkopri t-terminoloġija tal-istituzzjonijiet Ewropej. Il-ħafna xogħol sistematiku li jsir mit-terminologi full-time tal-Kummissjoni Ewropea ġewwa l-Lussemburgu jittellaʼ fuq dan is-sit uffiċjali. Ladarba fih jiġu trattati ħafna kategoriji lessikali, ħarsa sħiħa lejh tagħmel iżjed sens mid-dokumentazzjoni tiegħi. iate.europa.eu/home
—
2018-

Il-Malti Madwarna

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2018- Paġna fuq Facebook li, fi kliemha, l-iskop tagħha huwa li tħeġġeġ l-użu tal-ilsien Malti fil-kitba, speċjalment fʼtikketti, fʼtabelli u fʼsinjali Maltin. facebook.com/ilmaltimadwarna
—
2020-

Daqqa tʼId fil-Malti

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2020- Paġna mmexxija mill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Malti tal-Edukazzjoni, il-Furjana. facebook.com/DaqqatIdFilMalti