Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 37
The Central Mediterranean Naturalist
Pubblikazzjoni:
Vol 1. Malta: Natural History Society, Vol 2. Malta: Society for the Study and Conservation of Nature, Vol 3/4/5. Malta: Nature Trust - Malta
Kumment/i ġenerali:
Kif miktub fl-ewwel volum, l-ewwel ħarġa tal-1979, paġna 29, din ir-rivista kienet irriklamata bl-isem The Maltese Naturalist - New Series. Biss, l-isem kellu jinbidel u sar li hu sabiex ikun konformi mal-Att 22 (1978) tal-Liġi Maltija li tipprojbixxi l-użu tal-kliem ‘Maltaʼ, ‘Nationalʼ u derivattivi oħra minnhom fʼtitli taʼ kotba, gazzetti, ismijiet taʼ ditti, u l-bqija, mingħajr il-permess tal-Prim Ministru. Hija rivista bʼħafna informazzjoni bl-Ingliż u figuri taʼ natura bijoloġika. Wieħed jistaʼ jsibu kollu fis-sit elettroniku tal-Università taʼ Malta.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1979 (Vol 1) 1 | Edwin Lanfranco | Flora u fawna | 27 | Flora u Fawna | Bil-Latin u bil-Malti. |
| 1990 (Vol 2) 1 | Patrick J. Schembri u Stephen Schembri | Skorpjuni | 15 | Flora u Fawna | |
| 1999 (Vol 3) 1 | Mark-Anthony Falzon | Ħut, ħlejjaq tal-baħar, Blenniidae, clinidae, tripterygiidae (pisces) | 17-22 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Bil-Latin u bil-Malti. |
| 2007 (Vol 4) 3 | Gilbert Haber, David Mifsud | Siġar taż-żebbuġ | 143-161 | Bl-Ingliż. | |
| 2010 (Vol 5) 2 | Jeffrey Sciberras u Arnold Sciberras | Toponomastika, gżejjer żgħar tal-Gżejjer Maltin | 31-42 | Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti. |
L-Għasfur u l-Ambjent Naturali / In-Natura
Pubblikazzjoni:
Valletta: Soċjetà Ornitoloġika
Kumment/i ġenerali:
Mill-1982 sal-1985 din ir-rivista kien jisimha L-Għasfur u l-Ambjent Naturali biex fl-1986 biddlet isimha għal In-Natura u baqgħet tiġi ppubblikata sal-2003. Fʼdin ir-rivista wieħed isib informazzjoni terminoloġika utli ħafna, kif ukoll diversi figuri sbieħ bʼmod frekwenti u li jkomplu jsebbħu lil din ir-rivista.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1982 (1) | — | Għasafar, passa tal-għasafar, tipi taʼ għasafar | 3-5 | Flora u Fawna | |
| 1982 (1) | — | Għasafar, il-ħuttaf, il-ħawtiel, ir-rundun | 6-7 | Flora u Fawna | |
| 1982 (1) | — | Għasfur, il-merill | 8-10 | Flora u Fawna | |
| 1982 (1) | — | Post, il-Buskett, tipi taʼ għasafar | 11-12 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1982 (1) | — | Tromba | 13-15 | Flora u Fawna | |
| 1982 (1) | — | Flora, fjuri, ħalib it-tajr | 15-16 | Flora u Fawna | |
| 1982 (2) | Victor Falzon | Għasfur, kif tagħraf għasfur, tipi taʼ għasafar | 3-5 | Flora u Fawna | |
| 1982 (2) | Joe Sultana | Għasfur, iz-zizka u tipi tiegħu | 6-7 | Flora u Fawna | |
| 1982 (2) | Saviour Balzan | Post, Wied il-Lunzjata, tipi taʼ għasafar | 8-10 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1982 (2) | Michael Grima | Għasfur, il-barbaġann | 11-14 | Flora u Fawna | |
| 1982 (2) | Alfred E. Baldacchino | Fawna, iż-żrinġ | 15-16 | Flora u Fawna | |
| 1983 (3) | Victor Falzon | Għasfur, l-istruttura tal-għasfur | 3-6 | Flora u Fawna | |
| 1983 (3) | Saviour Balzan | Munzelli tar-ramel, passi taʼ fawna fuqu | 7-9 | Flora u Fawna, Ġeoloġija | |
| 1983 (3) | Charles Gauci | Għasafar, psiepes, diżżijiet, bilbluni | 10-11 | Flora u Fawna | |
| 1983 (3) | Michael Grima | Għasfur, il-bies | 13-14 | Flora u Fawna | |
| 1983 (3) | Guido Bonett | Fawna, ix-xaħmet | 15 | Flora u Fawna | |
| 1984 (4) | Saviour Balzan | Għasafar, l-għasafar tal-plajja/xatt | 3-5 | Flora u Fawna | |
| 1984 (4) | Edwin Lanfranco | Flora, pjanti tal-għadajjar mielħa | 7-8 | Flora u Fawna | |
| 1984 (4) | James L. Schembri | Fawna, il-ħajja fl-ilma ħelu | 9-11 | Flora u Fawna | |
| 1984 (4) | John Borg | Għasfur, iċ-ċiefa | 13-14 | Flora u Fawna | |
| 1984 (4) | Louis F. Cassar | Fawna, il-mazzarell | 17 | Flora u Fawna | |
| 1985 (5) | Charles Gauci | Għasafar, it-tajr tal-priża | 3-5 | Flora u Fawna | |
| 1985 (5) | Michael Grima | Oħloq għadira | 6-7 | Flora u Fawna, Ġeografija | Proċess bil-figuri, 1. |
| 1985 (5) | Raymond Galea | Għasfur, il-monakell | 8-9 | Flora u Fawna | |
| 1985 (5) | Edwin Lanfranco | Flora, ħaxix, ħxejjex madwarna, ħxejjex komunissimi | 10-12 | Flora u Fawna | |
| 1985 (5) | Patrick J. Schembri | Ambjenti naturali Maltin | 13-14 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1985 (5) | Alfred E. Baldacchino | Fawna, qanfud | 15 | Flora u Fawna | |
| 1986 (6) | Alfred E. Baldacchino | Post, Buskett | 2 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1986 (6) | Raymond Galea | Flora, iż-żanżarell tat-tikki | 3-4 | Flora u Fawna | |
| 1986 (6) | Joe Borg | Flora, siġar, is-siġar fil-Buskett | 5-9 | Flora u Fawna | |
| 1986 (6) | Michael Grima | Post, il-Buskett | 10-11 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1986 (6) | Joe Cilia | Fawna, friefet u baħrijiet | 12-16 | Flora u Fawna | |
| 1986 (6) | Paul Portelli | Għasafar, l-għasafar fil-Buskett | 17-19 | Flora u Fawna | |
| 1987 (7) | Saviour Balzan | Fawna, il-ballottra | 3-4 | Flora u Fawna | |
| 1987 (7) | Alex Casha | Għasfur, il-bufula sewda | 6-7 | Flora u Fawna | |
| 1987 (7) | Stephen Schembri | Fawna, friefet u baħrijet, il-farfett tal-fejġel | 8-11 | Flora u Fawna | |
| 1987 (7) | Michael Grima | Oħloq għadira | 12-13 | Flora u Fawna, Ġeografija | Proċess bil-figuri, 2. |
| 1987 (7) | Joe A. Doublet | Għasfur, il-gawwi | 15-16 | Flora u Fawna | |
| 1987 (7) | Edwin Lanfranco | Flora, fjuri, l-ordiki | 17-18 | Flora u Fawna | |
| 1988 (8) | Raymond Galea | Għasfur, id-durrajsa | 3-5 | Flora u Fawna | |
| 1988 (8) | Patrick J. Schembri | Flora u fawna, ħlejjaq u l-ambjent fl-għadira | 6-9 | Flora u Fawna | |
| 1988 (8) | — | Riserva tal-Għadira, u tipi taʼ għasafar | 10-11 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1988 (8) | Denis Casha | Tiġieġa tal-baħar, il-gallozz iswed | 12-14 | Flora u Fawna | |
| 1988 (8) | Charles Gauci | Riserva tal-Għadira | 15-17 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1988 (8) | Joe Cilia | Ħut, il-bużaqq | 18-19 | Flora u Fawna | |
| 1989 (9) | Raymond Galea | Għasfur, il-bagħal tal-imrewħa | 3-5 | Flora u Fawna | |
| 1989 (9) | Carmel Hili | Fawna, il-ħnieżer/ħanżir tal-art | 6-9 | Flora u Fawna | |
| 1989 (9) | Charles Gauci | Għasafar, l-għasafar tal-għana | 10-13 | Flora u Fawna | |
| 1989 (9) | Edwin Lanfranco | Flora, fjuri, fjuri komuni Maltin | 14-16 | Flora u Fawna | |
| 1989 (9) | Stephen Schembri | Fawna, iż-żnażan/żunżan | 17-19 | Flora u Fawna |
Il-Merill
Pubblikazzjoni:
Malta: Is-Soċjetà Ornitoloġika (1970-1991), BirdLife Malta (1992-2020)
Kumment/i ġenerali:
Rivista ornitoloġika taʼ BirdLife Malta (qabel l-1992, is-Soċjetà Ornitoloġika) u ssevi bħala mezz għall-pubblikazzjoni taʼ artikli u noti qosra li jittrattaw kull aspett tal-ornitoloġija li bʼxi mod jaffettwa lill-Gżejjer Maltin u l-Mediterran. Hija miktuba bl-Ingliż. Fiha wkoll listi sistematiċi taʼ għasafar reġistrati fil-gżejjer tagħna, rapporti taʼ raritajiet, kif ukoll rapporti tal-irringjar tal-għasafar. Mil-lat terminoloġiku, il-listi bʼtermini bil-Malti li fiha huma bʼsaħħithom ħafna. Fil-perjodu bejn l-1974 u l-1980, ir-rivista baqgħet tippreżenta l-istess listi u aspetti ornitoloġiċi tas-soltu - anzi, żiedet xi artikli informattivi dwar il-qasam - però eliminat il-verżjoni Maltija tat-termini tal-ispeċi trattati u baqgħet biss bʼdik Latina u Ingliża. Ukoll, din l-affari hija evidenti fil-verżjonijiet l-aktar riċenti tar-rivista.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1970 (1) | Joe Sultana u Charles Gauci | Għasafar tat-tnissil taʼ Malta | 5-8 | Bl-Ingliż u bil-Latin, u bl-illustrazzjonijiet. | |
| 1971 (5) | Charles Gauci u Joe Sultana | Għasafar | 1-24 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1967-1970, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1971 (6) | Joe Sultana u Charles Gauci | Għasafar | 1-28 | Flora u Fawna | Lista taʼ speċi rringjati bit-totali, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1972 (7) | Charles Galea | Għasafar tal-priża | 9-12 | Flora u Fawna | Lista bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti, u bl-informazzjoni. |
| 1972 (8) | Joe Sultana u Charles Gauci | Għasafar | 3-24 | Flora u Fawna | Lista sistematika għal-irringjar tal-għasafar għas-sena 1971, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1972 (8) | Joe Sultana u Charles Gauci | Għasafar | 28-31, 35-37 | Flora u Fawna | Listi tal-irkupru taʼ għasafar irringjati, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1972 (9) | Joseph M. Attard | Il-Kavallier Antonio Schembri: Missier l-Ornitoloġija Maltija | 4-20 | ||
| 1973 (11) | Joe Sultana u Charles Gauci | Għasafar | 1-23 | Flora u Fawna | Lista sistematika għal-irringjar tal-għasafar għas-sena 1972, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1973 (11) | Joe Sultana u Charles Gauci | Għasafar | 27-32 | Flora u Fawna | Listi tal-irkupru taʼ għasafar irringjati, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1980 (21) | Richard Cachia Zammit u John Attard Montalto | Għasafar | 26-43 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1977-1978, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1981-1983 (22) | Richard Cachia Zammit | Għasafar | 22-42 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1979-1980, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1984-1985 (23) | Charles Gauci | Għasafar | 15-31 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1981-1982, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1986-1987 (24) | Charles Gauci | Għasafar | 21-38 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1983-1984, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1988 (25) | Charles Coleiro | Għasafar | 19-40 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1985-1986, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1989 (26) | Charles Coleiro | Għasafar | 1-26 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1987-1988, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1990-1991 (27) | Charles Coleiro | Għasafar | 30-46 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-sena 1989, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1992-1994 (28) | Charles Coleiro u John Attard Montalto | Għasafar | 38-64 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1990-1992, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 1999 (29) | Caldon Mercieca, Manwel Mallia u Joe Sultana | Għasafar | 30-57 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 1993-1995, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| 2005 (31) | Edward Bonavia, John J. Borg, Caldon Mercieca u Joe Sultana | Għasafar | 1-34 | Lista sistematika għas-snin 1996-1999, bl-Ingliż u bil-Latin. | |
| 2010 (32) | Edward Bonavia, John J. Borg, Charles Coleiro, Charles Gauci, Matt Johnson, Andre Raine u Joe Sultana | Għasafar | 55-109 | Flora u Fawna | Lista sistematika għas-snin 2000-2005, bl-Ingliż u bil-Latin. |
Is-Sajd
Pubblikazzjoni:
Malta: Dipartiment tas-sajd
Kumment/i ġenerali:
Fil-Melitensia tal-Università taʼ Malta jeżistu minn Frar tal-1954 sa Mejju 1966 u hemm taʼ diversi xhur niqsin. Dan huwa folju taʼ natura informattiva dwar is-sajd li kien joħroġ darba fix-xahar. Kull fuljett kien ikun magħmul minn 4 paġni, għad li hemm uħud li jgħaqqdu xahrejn sħaħ u għalhekk jikkonsistu minn iżjed paġni. Dal-folju jinkludi ħafna informazzjoni ġenerali xahar bʼxahar, maħruġa mid-Dipartiment tas-sajd, li tinterssa lis-sajjieda u kull min hu midħla taʼ das-settur. Jinkludi wkoll ħafna tagħrif taʼ natura kwantitattiva, ngħidu aħna, dwar qbid taʼ ħut matul ix-xahar, ħut impurtat, ħut li nħatt minn skejjen barranin, prezzijiet bl-imnut, informazzjoni relatata maʼ applikazzjonijijet għall-kannizzati, rimjiet, liċenzji, reġistrazzjonijiet, regolamenti, u l-bqija. Fl-aħħar paġna taʼ kull fuljett (aktarx, paġna 4), hemm taqsima relatata mat-tip taʼ ħut li jkun inqabad matul dak ix-xahar partikolari. Fʼdan is-sens, din it-taqsima hija wkoll taʼ interess terminoloġiku, iżda mʼiniex nikludiha hawnhekk peress li li hija konsistenti. Il-ħarġiet 108, 109 u 110 ħariġhom għalihom Joe Barbara fil-ktejjeb Ismijiet tal-Ħut tal-Mediterran (1961). Wara li waqfet tinkiteb din ir-rivista fl-1968 bdiet toħroġ rivista oħra bl-isem Agrikoltura u Sajd, bʼxeħta aktar ġenerali, li fil-Melitensia tal-Università taʼ Malta ma sibthiex.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1954 (28) | — | Ħut | 3 | Sajd u Marittima | Ismijiet bil-Malti u bl-Ingliż. |
| 1956 (43) | Frank D. Mercieca | Ħut | 3 | Sajd u Marittima | Ismijiet tal-ħut bil-Malti, u tagħrif. |
| 1958 (64) | — | Kura tal-ħut wara l-qbid | 2-4 | Sajd u Marittima | Tinkludi informazzjoni. |
| 1960 (97) | — | Tkarkir | 3 | Sajd u Marittima | |
| 1961 (105) | — | Skalijiet | 1 | Sajd u Marittima | |
| 1961 (105) | — | Irkaptu għas-sajd | 2 | Sajd u Marittima | |
| 1961 (106) | — | It-tkarkir | 1, 3 | Sajd u Marittima | |
| 1961 (106) | — | Ħut | 2 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Ismijiet bil-Malti. |
| 1961 (106) | — | Bastimenti tas-sajd | 3 | Sajd u Marittima | |
| 1961 (111) | — | Sajd, numri, sinjali, dwal | 3-4 | Sajd u Marittima | |
| 1962 (114/115) | — | Ħut | 7 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Ismijiet taʼ ħut bil-Malti. |
| 1962 (116) | — | Għodda ġdida għal-lampara | 3-4 | Sajd u Marittima | |
| 1963 (124) | — | Skalijiet | 3-4 | Sajd u Marittima | |
| 1963 (125) | — | Ħut | 4 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Ismijiet taʼ ħut bil-Malti. |
| 1963 (128) | — | Sajd bil-lampara | 1,4 | Sajd u Marittima | |
| 1963 (128) | — | Xbieki | 2 | Sajd u Marittima | |
| 1963 (128) | — | Irkaptu | 3-4 | Sajd u Marittima | |
| 1963 (129) | — | Passa tal-ħut | 3-4; 2,4 | Sajd u Marittima | Numri 1 u 2. |
| 1963 (130) | — | Passa tal-ħut | 2 | Sajd u Marittima | Numru 3. |
| 1963 (131) | — | Passa tal-ħut | 2 | Sajd u Marittima | Numru 4. |
| 1963 (131) | — | Sajd għat-tonn bil-konzijiet | 3-4 | Sajd u Marittima | |
| 1963 (132) | — | Ħut u kurrenti tal-baħar | 1, 4 | Sajd u Marittima | |
| 1963 (133/134) | — | Metodi taʼ sajd Spanjol | 7 | Sajd u Marittima | |
| 1964 (135) | — | Sinjali fuq il-baħar | 4 | Sajd u Marittima | |
| 1964 (137) | Prof. Cherubini | Metodi u teknika tas-sajd | 2 | Sajd u Marittima | |
| 1964 (138) | — | Dawl ġdid għas-sajd | 1-4 | Sajd u Marittima | |
| 1965 (147) | — | Skalijiet | 3-4 | Sajd u Marittima | |
| 1965 (148) | — | Ħut | 3 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Ismijiet taʼ ħut bil-Malti. |
| 1965 (149) | — | Tkarkir fʼnofs ilma fil-Mediterran | 4 | Sajd u Marittima | |
| 1965 (153) | — | Użu tal-iskaljiet | 2 | Sajd u Marittima | |
| 1965 (154/155) | — | Kannizzati | 1, 4 | Sajd u Marittima | |
| 1965 (156) | — | Sinjali xierqa | 3 | Sajd u Marittima | |
| 1965 (157) | — | Sajd bin-nases | 3 | Sajd u Marittima | |
| 1966 (159) | — | Skalijiet | 2 | Sajd u Marittima | |
| 1966 (163) | — | Tqegħid taʼ kannizzati | 2 | Sajd u Marittima |
Is-Seraċina: Festa Santa Marija, ĦʼAttard
Pubblikazzjoni:
Malta: Soċjetà Mużikali La Stella Levantina A.D. 1894 - ĦʼAttard
Kumment/i ġenerali:
Rivista aċċessata mill-Kollezzjoni Programmi tal-Festa li qed tinġabar bʼħafna mħabba u dedikazzjoni mil-librara tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela (Junior College), l-Imsida.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2015 (30) | Saviour Camilleri | Armar taʼ barra, festi reliġjużi, arbli taʼ fuq il-bjut, antarjola/antaljola/antanjola, apparat u aċċessorji | 91-94 | Arti, Kultura u Folklor | L-ewwel parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom. |
| 2016 (31) | Saviour Camilleri | Armar taʼ barra, festi reliġjużi, kolonna, gastra, pilandra, ark | 68-70 | Arti, Kultura u Folklor | It-tieni parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom. |
| 2017 (32) | Saviour Camilleri | Armar taʼ barra, festi reliġjużi, pjanċier taʼ barra, ballun, mensoli bil-puttin fuqhom, statwa | 74-77 | Arti, Kultura u Folklor | It-tielet parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom. |
| 2018 (33) | Saviour Camilleri | Armar taʼ barra, festi reliġjużi, trofew | 68-71 | Arti, Kultura u Folklor | Ir-rabaʼ parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom. |
Bulletin of the Entomological Society of Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: Is-Soċjetà Entomoloġika taʼ Malta
Kumment/i ġenerali:
Rivista, mifruxa fʼsebaʼ volumi, mimlija studji riċerkati bl-Ingliż dwar l-insetti tal-Gżejjer Maltin.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2013 (6) | Godwin Degabriele | Fawna, insetti, mazzarelli | 47-94 | Flora u Fawna | Tinkludi l-ismijiet xjentifiċi, bl-Ingliż u bil-Malti taʼ mazzarelli varji tal-Gżejjer Maltin. Ukoll, fiha diversi illustrazzjonijiet dettaljati tal-mazzarelli u l-partijiet anatomiċi tagħhom bit-termini kollha bl-Ingliż. |
Il-Malti
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti / L-Akkademja tal-Malti
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1926 (2) żieda | Ferd. Calleja | Nemel | 3-7 | Flora u Fawna | Fil-bidu tagħha bdiet toħroġ ħarġa kull tliet xhur, erbaʼ ħarġiet fis-sena. |
| 1927 (3), nru 2 | G. Busuttil | Ġurdien/ġrieden, far/firien, mard, għodod | 64-67 | Flora u Fawna | |
| 1927 (3), nru 3 | T. Z. | Moħriet | 84-88 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjonijijet bit-termini magħhom. |
| 1927 (3), nru 4 | T. Z. | Biedja, għodod/għodda | 118-121 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1929 (5), nru 4 | T.Z. | Nissieġa, newl, insiġ | 104-107 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1931 (7), nru 3 | T.Z. | Ilbies, ħwejjeġ, drapp | 95-96 | Ilbies | |
| 1931 (7), nru 4 | Sajdun | Kliem Għarbi fit-Taljan u fil-Malti | 119-120 | Lingwa U letteratura | |
| 1935 (11), nru 2 | T.Z. | Naħal | 39-42 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2000 (74), nru 1 | Alfred Vella | Elementi kimiċi, kimika | 90-91 | Saħħa u Mediċina | Lista tal-elementi kimiċi bil-Malti. |
| 2017 (90), nru 1 | Carlston Grima | Piroteknika, logħob tan-nar | 110-133 | Sport u Rikreazzjoni | |
| 2017 (90), nru 1 | Carlston Grima | Piroteknika, logħob tan-nar | 110-133 | Sport u Rikreazzjoni |
Journal of Maltese Studies
Pubblikazzjoni:
Malta: Id-Dipartiment tal-Malti, Fakultà tal-Arti, fl-Università taʼ Malta / Midsea Books
Kumment/i ġenerali:
Rivista akkademika tad-Dipartiment tal-Malti li bdiet fl-1961 mill-Prof. Ġużè Aquilina. L-għan tagħha hu li tistimula r-riċerka interdixxiplinarja fl-oqsma tal-Lingwistika u tal-Letteratura Maltija. Il-biċċa l-kbira tal-ħarġiet fihom kitbiet fuq l-istudju tal-lingwa u tal-kritika u t-teorija letterarja, imma xi ħarġiet jinkludu monografiji. Peress li hi maħsuba għall-komunità akkademika internazzjonali u spiss ikun fiha studji ta’ riċerkaturi barranin, ir-rivista toħroġ bl-Ingliż. Dan l-aħħar, ir-rivista qed tinħadem bil-kollaborazzjoni taʼ Midsea Books u qed tiffoka fuq qasam wieħed taʼ interess, ngħidu aħna, fuq De Soldanis (2010), il-Kantilena (2014) u Buonamico (2017).
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1964 (2) | Ġużè Aquilina | Postijiet, irħula, bliet fʼMalta u Għawdex, topografija | 246-252 | Ġeografija | Il-postijiet imsemmija hawnhekk jinsabu fil-grassett. |
| 1964 (2) | Ġużè Cassar Pullicino | Skarpan, xedd is-sieq/saqajn, għodda | 238-245 | Xogħol u Snajjaʼ | Glossarju bit-termini bil-Malti, bid-definizzjonijiet bit-Taljan. |
| 1964 (2) | Ninu Cremona | Sajd, baħar, marittima, dgħajjes bil-qlugħ, xini/xwieni, bastimenti | 177-197 | Sajd u Marittima | Tinkludi diversi illustrazzjonijiet dettaljati. |
| 1964 (2) | Ġużè Aquilina | Laqmijiet, kunjomijiet | 147-176 | Arti, Kultura u Folklor | It-terminoloġija relevanti hawnhekk tinsab fil-grassett. |
| 1964 (2) | William Cowan | Kliem antik bil-Malti, Megiser | 217-225 | Lingwa U letteratura, Storja u Arkeoloġija | |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Annimali, bhima/bhejjem, laħam | 1-68 | Flora u Fawna | |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Annimali, bhima/bhejjem | 2 | Flora u Fawna | Klassifikazzjoni taʼ annimali popolari li jagħti Annibale Preca fil-Malta Cananea. |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Annimali, għodda/tagħmir tal-bhejjem | 6 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Żiemel | 7 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-termini bl-Ingliż u bil-Malti magħha. |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Laħam | 8 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-termini bl-Ingliż u bil-Malti magħha. |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Annimali, pjanti, post/raħal | 11-17 | Flora u Fawna | Tabella. |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Pjanti, post/raħal | 18-19 | Flora u Fawna, Ġeografija | |
| 1967 (4) | Ġużè Cassar Pullicino | Annimali, bhejjem/bhima, mammiferi, qwiel/proverbji, kelb, ħanżir/ħnieżel, mogħża/mogħoż, nagħaġ/nagħġa, qattus/qtates, ġrieden/ġurdien, fniek/fenek, qniefed/qanfud, volpi, lupu/lpup, ors, iljunfant, tajr, flieles/fellus, tiġieġ/tiġieġa, għasafar/għasfur, rettili, insetti, nemel, naħal, bergħud, dubbien, qamel, brimb | 21-46 | Flora u Fawna, Arti, Kultura u Folklor | |
| 1973 (8) | Ġużè Aquilina | Flora, pjanti taʼ Malta | 63-92 | Flora u Fawna | Lista alfabetika. |
| 1973 (8) | Ġużè Aquilina | Etimoloġija, dizzjunarju | 1-62 | Lingwa U letteratura | Glossarju. |
| 1973 (9) | Louis P. Trimble | Il-Missierna, is-Sliema, il-Kredu | 59-67 | Reliġjon | |
| 1986 (16) | Stanley Fiorini | Laqmijiet | 62-82 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1988 (17-18) | Giuseppe Aquilina | Agrikultura, temp, proverbji/qwiel | 6-12 | Agrikultura, Temp u Żmien, Lingwa U letteratura | Studju bit-Taljan li fih xi termini Maltin fil-korsiv. |
| 1989 (19-20) | Charles Briffa | Dgħajjes, qlugħ | 62-70 | Sajd u Marittima | Studju li fih tissemma xi terminoloġija marittima bil-Malti. |
Il Barth: Gazzetta di Medicina e Scienze Naturali
Pubblikazzjoni:
Malta: Tipgografia del Corriere
Kumment/i ġenerali:
Gazzetta dwar il-mediċina u l-ixjenza naturali. Il-maġġorparti tagħha hija bit-Taljan, biss, hemm partijiet minnha miktubin bl-Ingliż. Qed niddokumenta biss dawk il-partijiet fejn hemm xi termini bil-Malti li fil-maġġoranza jinsabu fil-korsiv ġewwa t-test.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|---|---|
| 1871 (1) | — | Botanika | 16-22 | Flora u Fawna |
| 1871 (2) | — | Botanika | 43-44 | Flora u Fawna |
| 1871 (3) | — | Botanika | 59-60 | Flora u Fawna |
| 1871 (4) | — | Botanika | 71 | Flora u Fawna |
| 1872 (7) | — | Botanika | 135 | Flora u Fawna |
| 1872 (8) | — | Fawna Maltija | 155-157 | Flora u Fawna |
| 1872 (8) | — | Molluski | 157-160 | Flora u Fawna |
| 1872 (9) | — | Botanika | 175-176 | Flora u Fawna |
| 1872 (10) | Luigi Benoit u Gavino Gulia | Fawna Maltija, molluski | 198-200 | Flora u Fawna |
| 1873 (12) | — | Botanika | 239 | Flora u Fawna |
| 1873 (14) | — | Botanika | 282-284 | Flora u Fawna |
| 1873 (15-16) | — | Ħut | 300 | Flora u Fawna |
| 1873 (15-16) | — | Fawna Maltija | 300 | Flora u Fawna |
| 1873 (15-16) | — | Fawna Maltija, krustaċi | 314-315 | Flora u Fawna |
| 1873 (17-18) | — | Ħut | 351-353 | Flora u Fawna |
| 1873 (17-18) | — | Annimali u speċi oħrajn | 363 | Flora u Fawna |
| 1874 (19) | — | Botanika | 378-380 | Flora u Fawna |
| 1874 (20) | — | Botanika | 403-404 | Flora u Fawna |
| 1874 (21-22) | — | Botanika | 416-419 | Flora u Fawna |
| 1874 (23) | — | Botanika | 462-463 | Flora u Fawna |
The Maltese Naturalist
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Għaqda Maltija tal-Istorja Naturali
Kumment/i ġenerali:
Rivista li kienet toħroġ darba fis-sena, miktuba bl-Ingliż minn awturi varji. Tinvolvi informazzjoni dettaljata dwar oqsma differenti tal-istorja naturali fʼMalta bʼillustrazzjonijiet impinġijin. Ħafna mit-terminoloġija li tissemma fiha hija bl-Ingliż jew bil-Latin, però, id-dokumentazzjoni li ġbart fʼdil-filliera hija relatata biss mad-drabi fejn jissemmew xi termini bil-Malti. Fil-librerija tal-Melitensia tal-Università taʼ Malta hemm il-ġabra kollha nnumerata. Il-paġni li qed nagħti hawn hija minn din il-ġabra, skont is-sena u x-xahar li qed nindika.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1971 (Diċ) nru 2 | Guido Lanfranco | Molluski (cypraeidae) | 12-16 | Flora u Fawna | |
| 1972 (Diċ) nru 3 | Guido Bonett | Ħut | 34-35 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 1972 (Diċ) nru 3 | Guido Bonett | Krustaċi (crustacea) | 35 | Flora u Fawna | |
| 1972 (Diċ) nru 3 | Guido Bonett | Molluski (mollusca, gastropoda) | 36 | Flora u Fawna | |
| 1972 (Diċ) nru 3 | Guido Bonett | Rettili | 36 | Flora u Fawna | |
| 1972 (Diċ) nru 3 | Guido Bonett | Mammiferi | 36-37 | Flora u Fawna | |
| 1972 (Diċ) nru 3 | Guido Bonett | Għasafar | 37 | Flora u Fawna | |
| 1974 (Ġun) nru 5 | Guido Lanfranco | Molluski tal-art | 24-26 | Flora u Fawna | |
| 1974 (Ġun) nru 5 | Guido Lanfranco | Molluski tal-baħar | 27-39 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 1974 (Ġun) nru 5 | Guido Lanfranco | Rettili, amfibji, mammiferi | 40-41 | Flora u Fawna | It-termini bil-Malti jinsabu fil-parentesi. |
| 1974 (Diċ) nru 6 | Charles Savona Ventura | Rettili (lacertilia) | 26-29 | Flora u Fawna |
L-Imnara
Pubblikazzjoni:
Malta: Għaqda Maltija tal-Folklor
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1978 (1) | Charles Cassar | Folklor fil-mediċina | 7-10 | Arti, Kultura u Folklor, Saħħa u Mediċina | |
| 1980 (3) | Vincenzo Maria Pellegrini | Ilbies Malti | 76-79 | Ilbies | |
| 1980 (3) | Guido Lanfranco | Mediċina popolari, ħxejjex popolari mediċinali | 80-98 | Saħħa u Mediċina, Flora u Fawna | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Kif jikteb l-awtur innifsu, in-numri li hemm fil-parentesi ħdejn it-termini jirreferu għas-sorsi minn fejn ittieħdu (li jinsabu fl-aħħar tal-artiklu). Barra minn hekk, ikompli, xi ismijiet tekniċi oħra huma żidiet tal-awtur innifsu bħala l-ewwel tentattiv għalihom bil-Malti. |
| 1982 (5) | Guido Lanfranco | Folklor | 139-142 | Arti, Kultura u Folklor | Ir-riżorsa tinkludi termini u ritratti li ngħataw donazzjoni mill-membri tal-kumitat tal-Għaqda tal-Folklor u mislufin għall-wiri ġewwa l-mużew tal-folklor. |
| 1982 (5) | Lorenza Bonnici Calì | Logħob tat-tfal taʼ dari, pasturi | 143-145 | Arti, Kultura u Folklor | Fʼdin ir-riżorsa jissemmew bosta termini relatati mal-logħba antika li ġġib l-isem Il-Pasturi. |
| 1983 (7) | Guido Lanfranco | Folklor | 32 | Arti, Kultura u Folklor | Dir-riżorsa bil-Malti u bl-Ingliż tinvolvi katalgu taʼ wirja taʼ kwadri dwar il-folkor Malti impenġijin minn Guido Lanfranco li saret bejn is-17 u l-24 taʼ Settembru 1983 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Kull kwadru għandu isem taʼ xʼqed jirrappreżenta. In-natura tar-riċerka tagħna jinteressaha biss minn dan l-isem. Il-kumplament tar-riżorsa tiftaħ bʼkitba informattiva fuq kull kwadru u xʼqed jirrappreżenta. |
| 1984 (8) | Rafel Bonnici Calì | Drawwiet tal-funerali | 87-90 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1986 (10) | Guido Lanfranco | Laqmijiet | 154 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1988 (11) | Ġużi Buontempo | Parrukkier | 2-3 | Xogħol u Snajjaʼ | Jissemmew xi għodod li dari kien juża l-parrukkier. |
| 1989 (12/13) | Anton F. Attard | Xogħol tal-palm, xogħol tar-rattan | 64-67 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1989 (12/13) | Lawrence bajada | Ilma żahar u l-lampik | 71-72 | Xogħol u Snajjaʼ | Fʼdin ir-riżorsa hemm figura tal-lampik u l-ismijiet tal-bċejjeċ li kien ikun magħmul minnhom. |
| 1989 (12/13) | Rose-Anne Felice | Logħob tat-tfal taʼ dari | 74-76 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1990 (14) | Tarcisio Zarb | Rabaʼ | 18-26 | Agrikultura | Din hija traskrizzjoni taʼ programm li l-awtur kien tellaʼ fuq Radju Malta fis-snin sebgħin. Huwa programm taʼ natura folkloristika u jagħti ħarsa lejn is-sena meteroloġika u x-xejriet ewlenin li jgħaddu minnhom l-istaġuni. Huwa mqassam bejn tagħrif miktub mill-awtur u r-riproduzzjoni taʼ intervisti li l-awtur għamel maʼ persuni anzjani. |
| 1991 (15) | Guido Lanfranco | Ħobż | 29-32 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1991 (15) | Paul Portelli | Karnival fl-imgħoddi | 43-46 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1991 (15) | G. M. Buontempo | Luttu fl-imgħoddi | 47-48 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1991 (15) | Guido Lanfranco | Żugraga | 54-57 | Arti, Kultura u Folklor | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv fi ħdan it-test. |
| 1993 (17) | Anġela Zerafa | Ilbies tat-tarbija, u l-magħmudija | 104-105 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1994 (18) | Guido Lanfranco | Ħalib, ġbejniet, irkotta | 5-12 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1995 (19) | Guido Lanfranco | Pompa tar-riħ | 36-37 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1996 (20) | Anna Borg Cardona | Mużika, strumenti, rabbaba/żuvżafa | 65-69 | Mużika | Ir-riżorsa tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet bit-termini magħhom. |
| 1996 (20) | Guido Lanfranco | Mużika, strumenti, rabbaba/żuvżafa | 70-71 | Mużika | |
| 1997 (21) | J. F. Porsella Flores | Qniepen | 87-90 | Arti, Kultura u Folklor, Mużika, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1997 (21) | Lorenzo Zahra | Topografija fil-Birgu | 130-131 | Ġeografija | |
| 1999 (23) | Lorenzo Zahra | Dgħajsa Maltija | 51 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1999 (23) | Lorenzo Zahra | Topografija fil-Belt Valletta | 55 | Ġeografija | |
| 2000 (24) | Anna Borg Cardona | Mużika, strumenti, il-bedbut | 92-99 | Mużika | |
| 2000 (24) | Joseph C. Camilleri | Vari tal-Ġimgħa l-Kbira | 109-112 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2001 (25) | Ġużi Gatt | Mogħoż u nagħaġ | 138-141 | Agrikultura | Ir-riżorsa tinkludi ħafna termini u illustrazzjonijiet. |
| 2001 (25) | Mary Haber | Va sagra versata | 144-146 | Arti, Kultura u Folklor, Reliġjon | Ir-riżorsa tinvolvi l-via sagra bi ftit versi għal kull stazzjon. |
| 2002 (26) | Ġużi Gatt | Flus, kejl u qisien | 2-5 | Matematika | |
| 2002 (26) | C. J. Jaccarini | Bini, il-muxrabija | 17-22 | Bini u Arkitettura | |
| 2002 (26) | C. Savona Ventura | Laqmijiet fʼGħawdex tas-seklu 19 | 26-27 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2002 (26) | Anton Attard, Paul u Agnes Bezzina u Lorenzo Zahra | Laqmijiet mill-Birgu | 35-42 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2003 (27) | Ġużi Gatt | Insiġ | 54-65 | Xogħol u Snajjaʼ, Arti, Kultura u Folklor | |
| 2003 (27) | Steve Borg | Sajd, kif isir iċ-ċkal | 69-7 | Sajd u Marittima | Ir-riżorsa tinkludi xi illustrazzjonijiet bit-termini magħhom. |
| 2003 (27) | George Zammit Maempel | Superstizzjonijiet, l-għajn | 76-82 | Arti, Kultura u Folklor | Riżorsa bl-Ingliż li tinkludi xi termini bil-Malti li jinsabu fil-korsiv. |
| 2003 (27) | Anton Attard | Vokabularju tat-tfal fl-imgħoddi | 83-85 | Arti, Kultura u Folklor, Lingwa U letteratura | Minkejja li t-termini jinsabu fi ħdan it-test innifsu, hija riżorsa inklinata ħafna lejn il-kompilazzjoni terminoloġika. |
| 2003 (27) | Guido Lanfranco | Soqfa u l-ballata | 86-92 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2003 (27) | Saviour Camilleri | Daqq tal-qniepen | 94-95 | Arti, Kultura u Folklor, Mużika, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2004 (28) | Ġużi Gatt | Blat, ilma, ħawt | 15-19 | Agrikultura | |
| 2004 (28) | Steve Borg | Logħob Malti antik | 29-30 | Arti, Kultura u Folklor, Sport u Rikreazzjoni | |
| 2004 (28) | Alex Camilleri | Toponomastika taʼ Kemmuna | 34-43 | Ġeografija | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Tinkludi wkoll xi illusrazzjonijiet. |
| 2005 (29) | Guido Lanfranco | Sigaretti | 52-56 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2005 (29) | Joseph Caruana | Għodda għall-bini tad-dgħajjes | 62-66 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet. |
| 2005 (29) | Alex Camilleri | Toponomastika tal-Aħrax tal-Mellieħa | 74-82 | Ġeografija | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Tinkludi wkoll xi illusrazzjonijiet. |
| 2005 (29) | Lorenzo Zahra | Toponomastika tal-Birgu | 83-84 | Ġeografija | |
| 2005 (29) | Joe Vassallo | Laqmijiet fil-Mellieħa | 89-90 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2005 (29) | Ġużi Gatt | Raddiena tat-tajjar | 94-95 | Xogħol u Snajjaʼ | Riżorsa li tinvolvi wkoll illustrazzjoni sabiħa tar-raddiena li biha kienu jagħżu t-tajjar. |
| 2006 (30) | Ġużi Gatt | Tberfil | 101-107 | Xogħol u Snajjaʼ |
The Malta Year Book
Pubblikazzjoni:
Malta: De La Salle Brothers Publications
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1954 | Joe Sultana u Charles Gauci | Għasafar tat-tnissil | 332-346 | Flora u Fawna | Riżorsa bl-isem Ingliż, Latin u Malti, kif ukoll informazzjoni bl-Ingliż dwar l-ispeċi. |
Il-Kampanja
Pubblikazzjoni:
Malta: Nature Trust Malta
Kumment/i ġenerali:
Rivista qasira bʼartikli bl-Ingliż (il-maġġoranza tagħha) u bil-Malti dwar aspetti u aħbarijiet li jikkonċernaw aspetti naturali varji tal-gżejjer Maltin, imżejna bi ftit stampi u illustrazzjonijiet, bʼxi paġni minnha inklinati għall-qarrejja żgħar. Fil-bidu tagħha kienet intenzjonata li tkun ippubblikata erbaʼ darbiet fis-sena. Aktarx bdiet toħroġ qabel is-sena 2000. Fil-Melitensia tal-Univessità taʼ Malta jeżistu mis-6 ħarġa (2000) sal-34 ħarġa (2011) biss, fatt li lanqas jinnega li jeżistu iżjed ħarġiet riċenti taʼ Il-Kampanja. L-edituri sal-2004 (ħarġa 21) huma mniżżlin fil-qoxra tal-ħarġiet stess imma dawk li ħejjew il-ħarġiet li ġew wara (mill-2005, ħarġa 22 ʼil quddiem) mhumiex rikonoxxuti.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|
| 2010 (32) | Arnold Sciberras u Jeffrey Sciberras | Flora, pjanti salvaġġi/slavaġ tal-gżejjer Maltin | 2 | Riżorsa bl-ismijiet Ingliżi u xjentifiċi biss. |
Birdʼs Eye View
Pubblikazzjoni:
Malta: Is-Soċjetà Ornitoloġika (1977-1994), BirdLife Malta (1999-)
Kumment/i ġenerali:
Inizjalment (fl-1977), din ir-rivista nħolqot apposta sabiex tikkumplimenta r-rivista Il-Merill, li maż-żmien ħadet xejra iżjed xjentifika. Fil-fatt, din tʼhawn saret bl-iskop li tiġbor l-aħbarijiet tas-Soċjetà Ornitoloġika taʼ Malta (wara, BirdLife Malta) u artikli taʼ interess ġenerali, fost l-oħrajn. Hija rivista miktuba bl-Ingliż.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2014 (43) | Holly Forsyth | Flora u fawna taʼ Malta | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2014 (43) | Illust. Ella Beeson | Friefet | 12 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bl-illustrazzjonijiet. |
| 2014 (44) | Holly Forsyth | Flora u fawna taʼ Malta | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2014 (44) | Illust. Ella Beeson | Fjuri tax-xitwa | 12 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bl-illustrazzjonijiet. |
| 2015 (45) | Ketija Riteniece | Profil taʼ għasfur, fras-Servjent | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2015 (45) | Steven Williams | Flora u fawna taʼ Malta | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2015 (45) | Rohan Trivedi u Steven Williams | Flora u fawna taʼ Malta | 12-13 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2015 (46) | Steven Williams | Profil taʼ għasfur, kuċċarda | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2015 (46) | Steven Williams | Flora u fawna taʼ Malta | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2015 (46) | Ray Vella | Flora u fawna taʼ Malta | 8-9 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2015 (46) | Illust. Lydia Wild | Għasafar tal-priża tal-ħarifa | 12 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2016 (47) | Ketija Riteniece | Profil taʼ għasfur, garnija | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2016 (47) | Ray Vella | Flora u fawna taʼ Malta | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2016 (47) | Caroline Rance | Flora u fawna taʼ Malta | 8-9 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2016 (47) | Illust. Lydia Wild | Orkidej/orkidi tar-rebbiegħa | 12 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2016 (48) | Yanka Milusheva | Flora u fawna taʼ Malta | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2016 (49) | Joe Sultana | Profil taʼ għasfur, qerd in-naħal | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2016 (49) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2016 (50) | Martin Austad | Profil taʼ għasfur, sturnell | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2016 (50) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2017 (51) | Nicholas Galea | Profil taʼ għasfur, kokka | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2017 (51) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2017 (52) | Raymond Vella | Profil taʼ għasfur, il-Merill | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2017 (52) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2017 (53) | David Attard | Profil taʼ għasfur, russett griż | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2017 (53) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2017 (54) | Mark Gauci | Profil taʼ għasfur, pitirross | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2017 (54) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2018 (55) | Tim Micallef | Profil taʼ għasfur, ħuttafa | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2018 (55) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2018 (56) | Sean Bonello | Profil taʼ għasfur, gawwija prima | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2018 (56) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2018 (57) | Raymond Galea | Profil taʼ għasfur, Tal-Ħannieqa | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2018 (57) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2018 (58) | Tim Micallef | Profil taʼ għasfur, malvizz | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2018 (58) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2019 (59) | Charles Gauci | Profil taʼ għasfur, kuluvert tas-salib | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2019 (59) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2019 (60) | Nicholas Galea | Profil taʼ għasfur, bufula sewda | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2019 (60) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2019 (61) | Ray Vella | Profil taʼ għasfur, daqquqa tat-toppu | 4 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2019 (61) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina | 5 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2019 (62) | David Attard | Profil taʼ għasfur, gallozza tax-xitwa | 3 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2019 (62) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira | 7 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2020 (63) | Charles Gauci | Profil taʼ għasfur, agrett tal-bhejjem | 3 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2020 (63) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar | 7 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2020 (64) | Martin Austad | Profil taʼ għasfur, kanġu taʼ Filfla | 3 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2020 (64) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 | 7 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
| 2020 (65) | Ray Galea | Profil taʼ għasfur, kuċċarda | 5 | Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni. |
| 2020 (65) | Victor Falzon | Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina | 7 | Flora u Fawna, Ġeografija | Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti. |
Melita Agricola: Rivista taʼ Cull Xahar fuk il-Biedja Maltija
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Uffiċċju tal-Biedja
Kumment/i ġenerali:
Rivista informattiva bil-Malti, miġbura fi tliet volumi, li bdiet toħroġ darba fix-xahar mill-editur il-Professur John Borg (li dak iż-żmien kien is-Suprintendent tal-Biedja), u tittratta l-biedja Maltija. Kienet toħroġ mill-Uffiċċju tal-Biedja. Il-ħlas biex tabbona għaliha kien taʼ 2|-fis-sena u xi drabi kienet tingħata bʼxejn lill-bdiewa li kien jistħoqqilhom. Kienet tiġi stampata fl-Istamperija tal-Gvern. Sa mill-bidu tagħha, ir-rivista bdiet taċċetta avviżi u reklami kummerċjali li għandhom xʼjaqsmu mal-biedja. Ladarba, kienet l-unika rivista li fi żmienha kienet tittratta dan il-qasam, u għalhekk kienet tinqara minn bosta bdiewa taʼ Malta u Għawdex, l-importaturi taż-żerriegħa tal-patata, tal-ġwież, tal-għodod tal-biedja u tal-inbid, tad-demel artifiċjali, tar-razez tat-tjur u taʼ annimali oħra, sabu fiha pjattaforma tajba ħafna biex sabiha jilħqu lill-ħafna bdiewa tal-gżejjer. L-ewwel ħarġa tagħha kienet fʼDiċembru tal-1932 u l-aħħar waħda tagħha kienet tkopri x-xhur taʼ April sa Settembru tal-1935. Minn ħarġa għall-oħra, il-paġni tagħha jkomplu bʼmod kontinwu, sakemm jingħaqad volum.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1932 (1) | John Borg | Biedja, biedja fʼDiċmebru | 2-6 | Agrikultura | |
| 1932 (1) | Temi Zammit | Mogħoż | 6 | Agrikultura | |
| 1932 (1) | John Borg | Patata | 7-9 | Agrikultura | |
| 1932 (1) | Alfred Azzopardi | Kultivazzjoni tal-patata | 9-12 | Agrikultura | |
| 1932 (1) | C. Zammit Marmara | Demel artifiċjali | 12-13 | Agrikultura | |
| 1932 (1) | John Borg | Dubbiena tal-frott | 13-14 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| 1932 (1) | J. Briffa | Brinġiel/brunġiel | 14-15 | Agrikultura | |
| 1932 (1) | P. Borg | Qamħ, ċereali, mard | 16-19 | Agrikultura | L-ewwel parti. |
| 1933 (2) | John Borg | Biedja fʼJannar | 21-22 | Agrikultura | |
| 1933 (2) | John Borg | Patata bikrija | 23-24 | Agrikultura | |
| 1933 (2) | P. Borg | Qamħ, ċereali, mard | 24-27 | Agrikultura | It-tieni parti. |
| 1933 (2) | Temi Zammit | Mogħoż, deni rqiq | 27-28 | Agrikultura, Saħħa u Mediċina | |
| 1933 (2) | J. Briffa | Żebbuġ | 29-31 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| 1933 (2) | Alfred Azzopardi | Tiġieġ | 32-34 | Agrikultura | |
| 1933 (2) | John Borg | Patata, ġlata | 35-36 | Agrikultura | |
| 1933 (2) | Alfred Azzopardi | Insett, buħarrat | 36-37 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| 1933 (3) | John Borg | Biedja fi Frar | 41-42 | Agrikultura | |
| 1933 (3) | John Borg | Tiġieġ Maltin | 42-44 | Agrikultura | |
| 1933 (3) | P. Borg | Qamħ, ċereali, mard, dud | 44-46 | Agrikultura | |
| 1933 (3) | Alfred Azzopardi | Tiġieġ | 46-49 | Agrikultura | |
| 1933 (3) | Temi Zammit | Mogħoż, deni rqiq | 49-50 | Agrikultura, Saħħa u Mediċina | |
| 1933 (3) | C. Zammit Marmara | Kimika, biedja | 50-52 | Agrikultura | |
| 1933 (3) | John Borg | Qamħ, kafura | 52-53 | Agrikultura | |
| 1933 (3) | P. Borg | Bexx tal-patata | 53-55 | Agrikultura | |
| 1933 (3) | V. R. Rizzo u John Borg | Qanfud | 55-56 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| 1933 (3) | John Borg | Għeneb, inbid | 57-58 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1933 (3) | — | Imtieħen tar-riħ Ingliżi, mitħna | 59 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | Riklam bl-illustrazzjoni miegħu. Hija riżorsa repetuta fʼdiversi ħarġiet taʼ wara din. |
| 1933 (4) | John Borg | Biedja fʼMarzu | 65-66 | Agrikultura | |
| 1933 (4) | John Borg | Ħmir taʼ Malta, ħmar | 66-68 | Flora u Fawna, Agrikultura | |
| 1933 (4) | P. Borg | Mard tas-silla, mard tal-widna | 68-70 | Agrikultura | |
| 1933 (4) | Alfred Azzopardi | Għalf tat-tiġieġ | 70-72 | Agrikultura | |
| 1933 (4) | J. Briffa | Frawli ħoxna, frawli Ingliża | 72-73 | Flora u Fawna, Agrikultura | |
| 1933 (4) | Attilio De Nardo | Inbid, inbejjed tal-istaġun | 75-78 | Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura | |
| 1933 (4) | Alfred Azzopardi | Inbid | 78-80 | Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura | |
| 1933 (4) | P. Borg | Ġrieden/ġurdien | 80-82 | Flora u Fawna, Agrikultura | |
| 1933 (5) | John Borg | Biedja fʼApril | 89-90 | Agrikultura | |
| 1933 (5) | John Borg | Dakra, naħal | 90-93 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1933 (5) | P. Borg | Dud li jmiss l-uċuħ tas-silla u tal-widna | 95-96 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| 1933 (5) | J. Briffa | Frott, nespla/naspla | 97-98 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| 1933 (5) | N. Bochicchio | Biedja Maltija | 100-101 | Agrikultura | Aktarx dan l-artiklu huwa tradizzjoni bil-Malti mit-Taljan. |
| 1933 (5) | Alfred Azzopardi | Kultivazzjoni, rabaʼ bagħli | 103-105 | Agrikultura | |
| 1933 (5) | John Borg | Patata, sulfat tal-ammonja | 105-106 | Agrikultura | |
| 1933 (6) | John Borg | Biedja fʼMejju | 109-110 | Agrikultura | |
| 1933 (6) | John Borg | Dakra, naħal | 110-113 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1933 (6) | P. Borg | Mard tal-ful u tal-piżelli | 113-114 | Agrikultura | |
| 1933 (6) | P. Borg | Veleni, bexx tas-siġar, għalf tal-bhejjem | 116 | Agrikultura | |
| 1933 (6) | Alfonso Maria Galea | Bibbja, biedja | 117-119 | Agrikultura, Reliġjon | |
| 1933 (6) | John Borg | Xita tar-ramel | 120 | Temp u Żmien | |
| 1933 (6) | Alfred Azzopardi | Patata | 121-123 | Agrikultura | |
| 1933 (6) | J. Briffa | Patata, fażola | 123-124 | Agrikultura |