Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 37
Alan Deidun, Jennifer Fiorentino, Titian Schembri u Arnold Sciberras
Vol 1. 1879-1986, Vol 2. 1990-1997, Vol 3. 1999-2002, Vol 4. 2003-2008, Vol 5. 2009-2012

The Central Mediterranean Naturalist

Pubblikazzjoni:
Vol 1. Malta: Natural History Society, Vol 2. Malta: Society for the Study and Conservation of Nature, Vol 3/4/5. Malta: Nature Trust - Malta
Kumment/i ġenerali:
Kif miktub fl-ewwel volum, l-ewwel ħarġa tal-1979, paġna 29, din ir-rivista kienet irriklamata bl-isem The Maltese Naturalist - New Series. Biss, l-isem kellu jinbidel u sar li hu sabiex ikun konformi mal-Att 22 (1978) tal-Liġi Maltija li tipprojbixxi l-użu tal-kliem ‘Maltaʼ, ‘Nationalʼ u derivattivi oħra minnhom fʼtitli taʼ kotba, gazzetti, ismijiet taʼ ditti, u l-bqija, mingħajr il-permess tal-Prim Ministru. Hija rivista bʼħafna informazzjoni bl-Ingliż u figuri taʼ natura bijoloġika. Wieħed jistaʼ jsibu kollu fis-sit elettroniku tal-Università taʼ Malta.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1979 (Vol 1) 1 Edwin Lanfranco Flora u fawna 27 Flora u Fawna Bil-Latin u bil-Malti.
1990 (Vol 2) 1 Patrick J. Schembri u Stephen Schembri Skorpjuni 15 Flora u Fawna
1999 (Vol 3) 1 Mark-Anthony Falzon Ħut, ħlejjaq tal-baħar, Blenniidae, clinidae, tripterygiidae (pisces) 17-22 Flora u Fawna, Sajd u Marittima Bil-Latin u bil-Malti.
2007 (Vol 4) 3 Gilbert Haber, David Mifsud Siġar taż-żebbuġ 143-161 Bl-Ingliż.
2010 (Vol 5) 2 Jeffrey Sciberras u Arnold Sciberras Toponomastika, gżejjer żgħar tal-Gżejjer Maltin 31-42 Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti.
Alfred E. Baldacchino
1982-2003

L-Għasfur u l-Ambjent Naturali / In-Natura

Pubblikazzjoni:
Valletta: Soċjetà Ornitoloġika
Kumment/i ġenerali:
Mill-1982 sal-1985 din ir-rivista kien jisimha L-Għasfur u l-Ambjent Naturali biex fl-1986 biddlet isimha għal In-Natura u baqgħet tiġi ppubblikata sal-2003. Fʼdin ir-rivista wieħed isib informazzjoni terminoloġika utli ħafna, kif ukoll diversi figuri sbieħ bʼmod frekwenti u li jkomplu jsebbħu lil din ir-rivista.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1982 (1) — Għasafar, passa tal-għasafar, tipi taʼ għasafar 3-5 Flora u Fawna
1982 (1) — Għasafar, il-ħuttaf, il-ħawtiel, ir-rundun 6-7 Flora u Fawna
1982 (1) — Għasfur, il-merill 8-10 Flora u Fawna
1982 (1) — Post, il-Buskett, tipi taʼ għasafar 11-12 Flora u Fawna, Ġeografija
1982 (1) — Tromba 13-15 Flora u Fawna
1982 (1) — Flora, fjuri, ħalib it-tajr 15-16 Flora u Fawna
1982 (2) Victor Falzon Għasfur, kif tagħraf għasfur, tipi taʼ għasafar 3-5 Flora u Fawna
1982 (2) Joe Sultana Għasfur, iz-zizka u tipi tiegħu 6-7 Flora u Fawna
1982 (2) Saviour Balzan Post, Wied il-Lunzjata, tipi taʼ għasafar 8-10 Flora u Fawna, Ġeografija
1982 (2) Michael Grima Għasfur, il-barbaġann 11-14 Flora u Fawna
1982 (2) Alfred E. Baldacchino Fawna, iż-żrinġ 15-16 Flora u Fawna
1983 (3) Victor Falzon Għasfur, l-istruttura tal-għasfur 3-6 Flora u Fawna
1983 (3) Saviour Balzan Munzelli tar-ramel, passi taʼ fawna fuqu 7-9 Flora u Fawna, Ġeoloġija
1983 (3) Charles Gauci Għasafar, psiepes, diżżijiet, bilbluni 10-11 Flora u Fawna
1983 (3) Michael Grima Għasfur, il-bies 13-14 Flora u Fawna
1983 (3) Guido Bonett Fawna, ix-xaħmet 15 Flora u Fawna
1984 (4) Saviour Balzan Għasafar, l-għasafar tal-plajja/xatt 3-5 Flora u Fawna
1984 (4) Edwin Lanfranco Flora, pjanti tal-għadajjar mielħa 7-8 Flora u Fawna
1984 (4) James L. Schembri Fawna, il-ħajja fl-ilma ħelu 9-11 Flora u Fawna
1984 (4) John Borg Għasfur, iċ-ċiefa 13-14 Flora u Fawna
1984 (4) Louis F. Cassar Fawna, il-mazzarell 17 Flora u Fawna
1985 (5) Charles Gauci Għasafar, it-tajr tal-priża 3-5 Flora u Fawna
1985 (5) Michael Grima Oħloq għadira 6-7 Flora u Fawna, Ġeografija Proċess bil-figuri, 1.
1985 (5) Raymond Galea Għasfur, il-monakell 8-9 Flora u Fawna
1985 (5) Edwin Lanfranco Flora, ħaxix, ħxejjex madwarna, ħxejjex komunissimi 10-12 Flora u Fawna
1985 (5) Patrick J. Schembri Ambjenti naturali Maltin 13-14 Flora u Fawna, Ġeografija
1985 (5) Alfred E. Baldacchino Fawna, qanfud 15 Flora u Fawna
1986 (6) Alfred E. Baldacchino Post, Buskett 2 Flora u Fawna, Ġeografija
1986 (6) Raymond Galea Flora, iż-żanżarell tat-tikki 3-4 Flora u Fawna
1986 (6) Joe Borg Flora, siġar, is-siġar fil-Buskett 5-9 Flora u Fawna
1986 (6) Michael Grima Post, il-Buskett 10-11 Flora u Fawna, Ġeografija
1986 (6) Joe Cilia Fawna, friefet u baħrijiet 12-16 Flora u Fawna
1986 (6) Paul Portelli Għasafar, l-għasafar fil-Buskett 17-19 Flora u Fawna
1987 (7) Saviour Balzan Fawna, il-ballottra 3-4 Flora u Fawna
1987 (7) Alex Casha Għasfur, il-bufula sewda 6-7 Flora u Fawna
1987 (7) Stephen Schembri Fawna, friefet u baħrijet, il-farfett tal-fejġel 8-11 Flora u Fawna
1987 (7) Michael Grima Oħloq għadira 12-13 Flora u Fawna, Ġeografija Proċess bil-figuri, 2.
1987 (7) Joe A. Doublet Għasfur, il-gawwi 15-16 Flora u Fawna
1987 (7) Edwin Lanfranco Flora, fjuri, l-ordiki 17-18 Flora u Fawna
1988 (8) Raymond Galea Għasfur, id-durrajsa 3-5 Flora u Fawna
1988 (8) Patrick J. Schembri Flora u fawna, ħlejjaq u l-ambjent fl-għadira 6-9 Flora u Fawna
1988 (8) — Riserva tal-Għadira, u tipi taʼ għasafar 10-11 Flora u Fawna, Ġeografija
1988 (8) Denis Casha Tiġieġa tal-baħar, il-gallozz iswed 12-14 Flora u Fawna
1988 (8) Charles Gauci Riserva tal-Għadira 15-17 Flora u Fawna, Ġeografija
1988 (8) Joe Cilia Ħut, il-bużaqq 18-19 Flora u Fawna
1989 (9) Raymond Galea Għasfur, il-bagħal tal-imrewħa 3-5 Flora u Fawna
1989 (9) Carmel Hili Fawna, il-ħnieżer/ħanżir tal-art 6-9 Flora u Fawna
1989 (9) Charles Gauci Għasafar, l-għasafar tal-għana 10-13 Flora u Fawna
1989 (9) Edwin Lanfranco Flora, fjuri, fjuri komuni Maltin 14-16 Flora u Fawna
1989 (9) Stephen Schembri Fawna, iż-żnażan/żunżan 17-19 Flora u Fawna

Ara l-entrati kollha (112)

Brother Edmund (1970-1971), Alfred Baldacchino (1971-1974), Domnic Cutajar (1975-1977), Charles Galea Bonavia (1978-1980), Charles Gauci (1981-1994), Mark-Anthony Falzon (1999), Joe Sultana u Joe J. Borg (2002-2005, 2017), André Raine (2010), Alice Tribe (2020)
1970-2020

Il-Merill

Pubblikazzjoni:
Malta: Is-Soċjetà Ornitoloġika (1970-1991), BirdLife Malta (1992-2020)
Kumment/i ġenerali:
Rivista ornitoloġika taʼ BirdLife Malta (qabel l-1992, is-Soċjetà Ornitoloġika) u ssevi bħala mezz għall-pubblikazzjoni taʼ artikli u noti qosra li jittrattaw kull aspett tal-ornitoloġija li bʼxi mod jaffettwa lill-Gżejjer Maltin u l-Mediterran. Hija miktuba bl-Ingliż. Fiha wkoll listi sistematiċi taʼ għasafar reġistrati fil-gżejjer tagħna, rapporti taʼ raritajiet, kif ukoll rapporti tal-irringjar tal-għasafar. Mil-lat terminoloġiku, il-listi bʼtermini bil-Malti li fiha huma bʼsaħħithom ħafna. Fil-perjodu bejn l-1974 u l-1980, ir-rivista baqgħet tippreżenta l-istess listi u aspetti ornitoloġiċi tas-soltu - anzi, żiedet xi artikli informattivi dwar il-qasam - però eliminat il-verżjoni Maltija tat-termini tal-ispeċi trattati u baqgħet biss bʼdik Latina u Ingliża. Ukoll, din l-affari hija evidenti fil-verżjonijiet l-aktar riċenti tar-rivista.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1970 (1) Joe Sultana u Charles Gauci Għasafar tat-tnissil taʼ Malta 5-8 Bl-Ingliż u bil-Latin, u bl-illustrazzjonijiet.
1971 (5) Charles Gauci u Joe Sultana Għasafar 1-24 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1967-1970, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1971 (6) Joe Sultana u Charles Gauci Għasafar 1-28 Flora u Fawna Lista taʼ speċi rringjati bit-totali, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1972 (7) Charles Galea Għasafar tal-priża 9-12 Flora u Fawna Lista bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti, u bl-informazzjoni.
1972 (8) Joe Sultana u Charles Gauci Għasafar 3-24 Flora u Fawna Lista sistematika għal-irringjar tal-għasafar għas-sena 1971, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1972 (8) Joe Sultana u Charles Gauci Għasafar 28-31, 35-37 Flora u Fawna Listi tal-irkupru taʼ għasafar irringjati, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1972 (9) Joseph M. Attard Il-Kavallier Antonio Schembri: Missier l-Ornitoloġija Maltija 4-20
1973 (11) Joe Sultana u Charles Gauci Għasafar 1-23 Flora u Fawna Lista sistematika għal-irringjar tal-għasafar għas-sena 1972, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1973 (11) Joe Sultana u Charles Gauci Għasafar 27-32 Flora u Fawna Listi tal-irkupru taʼ għasafar irringjati, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1980 (21) Richard Cachia Zammit u John Attard Montalto Għasafar 26-43 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1977-1978, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1981-1983 (22) Richard Cachia Zammit Għasafar 22-42 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1979-1980, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1984-1985 (23) Charles Gauci Għasafar 15-31 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1981-1982, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1986-1987 (24) Charles Gauci Għasafar 21-38 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1983-1984, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1988 (25) Charles Coleiro Għasafar 19-40 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1985-1986, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1989 (26) Charles Coleiro Għasafar 1-26 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1987-1988, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1990-1991 (27) Charles Coleiro Għasafar 30-46 Flora u Fawna Lista sistematika għas-sena 1989, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1992-1994 (28) Charles Coleiro u John Attard Montalto Għasafar 38-64 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1990-1992, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
1999 (29) Caldon Mercieca, Manwel Mallia u Joe Sultana Għasafar 30-57 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 1993-1995, bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti.
2005 (31) Edward Bonavia, John J. Borg, Caldon Mercieca u Joe Sultana Għasafar 1-34 Lista sistematika għas-snin 1996-1999, bl-Ingliż u bil-Latin.
2010 (32) Edward Bonavia, John J. Borg, Charles Coleiro, Charles Gauci, Matt Johnson, Andre Raine u Joe Sultana Għasafar 55-109 Flora u Fawna Lista sistematika għas-snin 2000-2005, bl-Ingliż u bil-Latin.
Charles Attard u Joe Barbara
1950-1968

Is-Sajd

Pubblikazzjoni:
Malta: Dipartiment tas-sajd
Kumment/i ġenerali:
Fil-Melitensia tal-Università taʼ Malta jeżistu minn Frar tal-1954 sa Mejju 1966 u hemm taʼ diversi xhur niqsin. Dan huwa folju taʼ natura informattiva dwar is-sajd li kien joħroġ darba fix-xahar. Kull fuljett kien ikun magħmul minn 4 paġni, għad li hemm uħud li jgħaqqdu xahrejn sħaħ u għalhekk jikkonsistu minn iżjed paġni. Dal-folju jinkludi ħafna informazzjoni ġenerali xahar bʼxahar, maħruġa mid-Dipartiment tas-sajd, li tinterssa lis-sajjieda u kull min hu midħla taʼ das-settur. Jinkludi wkoll ħafna tagħrif taʼ natura kwantitattiva, ngħidu aħna, dwar qbid taʼ ħut matul ix-xahar, ħut impurtat, ħut li nħatt minn skejjen barranin, prezzijiet bl-imnut, informazzjoni relatata maʼ applikazzjonijijet għall-kannizzati, rimjiet, liċenzji, reġistrazzjonijiet, regolamenti, u l-bqija. Fl-aħħar paġna taʼ kull fuljett (aktarx, paġna 4), hemm taqsima relatata mat-tip taʼ ħut li jkun inqabad matul dak ix-xahar partikolari. Fʼdan is-sens, din it-taqsima hija wkoll taʼ interess terminoloġiku, iżda mʼiniex nikludiha hawnhekk peress li li hija konsistenti. Il-ħarġiet 108, 109 u 110 ħariġhom għalihom Joe Barbara fil-ktejjeb Ismijiet tal-Ħut tal-Mediterran (1961). Wara li waqfet tinkiteb din ir-rivista fl-1968 bdiet toħroġ rivista oħra bl-isem Agrikoltura u Sajd, bʼxeħta aktar ġenerali, li fil-Melitensia tal-Università taʼ Malta ma sibthiex.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1954 (28) — Ħut 3 Sajd u Marittima Ismijiet bil-Malti u bl-Ingliż.
1956 (43) Frank D. Mercieca Ħut 3 Sajd u Marittima Ismijiet tal-ħut bil-Malti, u tagħrif.
1958 (64) — Kura tal-ħut wara l-qbid 2-4 Sajd u Marittima Tinkludi informazzjoni.
1960 (97) — Tkarkir 3 Sajd u Marittima
1961 (105) — Skalijiet 1 Sajd u Marittima
1961 (105) — Irkaptu għas-sajd 2 Sajd u Marittima
1961 (106) — It-tkarkir 1, 3 Sajd u Marittima
1961 (106) — Ħut 2 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Ismijiet bil-Malti.
1961 (106) — Bastimenti tas-sajd 3 Sajd u Marittima
1961 (111) — Sajd, numri, sinjali, dwal 3-4 Sajd u Marittima
1962 (114/115) — Ħut 7 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Ismijiet taʼ ħut bil-Malti.
1962 (116) — Għodda ġdida għal-lampara 3-4 Sajd u Marittima
1963 (124) — Skalijiet 3-4 Sajd u Marittima
1963 (125) — Ħut 4 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Ismijiet taʼ ħut bil-Malti.
1963 (128) — Sajd bil-lampara 1,4 Sajd u Marittima
1963 (128) — Xbieki 2 Sajd u Marittima
1963 (128) — Irkaptu 3-4 Sajd u Marittima
1963 (129) — Passa tal-ħut 3-4; 2,4 Sajd u Marittima Numri 1 u 2.
1963 (130) — Passa tal-ħut 2 Sajd u Marittima Numru 3.
1963 (131) — Passa tal-ħut 2 Sajd u Marittima Numru 4.
1963 (131) — Sajd għat-tonn bil-konzijiet 3-4 Sajd u Marittima
1963 (132) — Ħut u kurrenti tal-baħar 1, 4 Sajd u Marittima
1963 (133/134) — Metodi taʼ sajd Spanjol 7 Sajd u Marittima
1964 (135) — Sinjali fuq il-baħar 4 Sajd u Marittima
1964 (137) Prof. Cherubini Metodi u teknika tas-sajd 2 Sajd u Marittima
1964 (138) — Dawl ġdid għas-sajd 1-4 Sajd u Marittima
1965 (147) — Skalijiet 3-4 Sajd u Marittima
1965 (148) — Ħut 3 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Ismijiet taʼ ħut bil-Malti.
1965 (149) — Tkarkir fʼnofs ilma fil-Mediterran 4 Sajd u Marittima
1965 (153) — Użu tal-iskaljiet 2 Sajd u Marittima
1965 (154/155) — Kannizzati 1, 4 Sajd u Marittima
1965 (156) — Sinjali xierqa 3 Sajd u Marittima
1965 (157) — Sajd bin-nases 3 Sajd u Marittima
1966 (159) — Skalijiet 2 Sajd u Marittima
1966 (163) — Tqegħid taʼ kannizzati 2 Sajd u Marittima
Daniel Gauci
—

Is-Seraċina: Festa Santa Marija, ĦʼAttard

Pubblikazzjoni:
Malta: Soċjetà Mużikali La Stella Levantina A.D. 1894 - ĦʼAttard
Kumment/i ġenerali:
Rivista aċċessata mill-Kollezzjoni Programmi tal-Festa li qed tinġabar bʼħafna mħabba u dedikazzjoni mil-librara tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela (Junior College), l-Imsida.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
2015 (30) Saviour Camilleri Armar taʼ barra, festi reliġjużi, arbli taʼ fuq il-bjut, antarjola/antaljola/antanjola, apparat u aċċessorji 91-94 Arti, Kultura u Folklor L-ewwel parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom.
2016 (31) Saviour Camilleri Armar taʼ barra, festi reliġjużi, kolonna, gastra, pilandra, ark 68-70 Arti, Kultura u Folklor It-tieni parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom.
2017 (32) Saviour Camilleri Armar taʼ barra, festi reliġjużi, pjanċier taʼ barra, ballun, mensoli bil-puttin fuqhom, statwa 74-77 Arti, Kultura u Folklor It-tielet parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom.
2018 (33) Saviour Camilleri Armar taʼ barra, festi reliġjużi, trofew 68-71 Arti, Kultura u Folklor Ir-rabaʼ parti. Tinkludi ħafna illustrazzjonijiet sbieħ bit-termini magħhom.
David Mifsud
2008-2015

Bulletin of the Entomological Society of Malta

Pubblikazzjoni:
Malta: Is-Soċjetà Entomoloġika taʼ Malta
Kumment/i ġenerali:
Rivista, mifruxa fʼsebaʼ volumi, mimlija studji riċerkati bl-Ingliż dwar l-insetti tal-Gżejjer Maltin.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
2013 (6) Godwin Degabriele Fawna, insetti, mazzarelli 47-94 Flora u Fawna Tinkludi l-ismijiet xjentifiċi, bl-Ingliż u bil-Malti taʼ mazzarelli varji tal-Gżejjer Maltin. Ukoll, fiha diversi illustrazzjonijiet dettaljati tal-mazzarelli u l-partijiet anatomiċi tagħhom bit-termini kollha bl-Ingliż.
Ġużè Muscat Azzopardi (1925-1927), Dun Karm Psaila (1928-1942), Ninu Cremona (1943-1945), Ġużè Galea (1946-1974), Ġużè Diacono (1975-1980), Ġużè Cassar Pullicino (1981), Alfred M. Previ (1984-1986), Joseph M. Ghigo (1986-1993), Achille Mizzi (1996-1999, 2014-2016), Charles Briffa (2000-2001), Bernard Micallef (2005), Marco Galea (2006), Anton Agius Muscat (2008), Toni Cortis, Reno Fenech, Olvin Vella u William Zammit (2010), Carmel Azzopardi (2011), Olvin Vella (2013-2016), Mario Cassar (2017), Josette Attard (2018), George Farrugia (2019), David Aloisio (2021)
1925-

Il-Malti

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti / L-Akkademja tal-Malti
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1926 (2) żieda Ferd. Calleja Nemel 3-7 Flora u Fawna Fil-bidu tagħha bdiet toħroġ ħarġa kull tliet xhur, erbaʼ ħarġiet fis-sena.
1927 (3), nru 2 G. Busuttil Ġurdien/ġrieden, far/firien, mard, għodod 64-67 Flora u Fawna
1927 (3), nru 3 T. Z. Moħriet 84-88 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjonijijet bit-termini magħhom.
1927 (3), nru 4 T. Z. Biedja, għodod/għodda 118-121 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ
1929 (5), nru 4 T.Z. Nissieġa, newl, insiġ 104-107 Xogħol u Snajjaʼ
1931 (7), nru 3 T.Z. Ilbies, ħwejjeġ, drapp 95-96 Ilbies
1931 (7), nru 4 Sajdun Kliem Għarbi fit-Taljan u fil-Malti 119-120 Lingwa U letteratura
1935 (11), nru 2 T.Z. Naħal 39-42 Xogħol u Snajjaʼ
2000 (74), nru 1 Alfred Vella Elementi kimiċi, kimika 90-91 Saħħa u Mediċina Lista tal-elementi kimiċi bil-Malti.
2017 (90), nru 1 Carlston Grima Piroteknika, logħob tan-nar 110-133 Sport u Rikreazzjoni
2017 (90), nru 1 Carlston Grima Piroteknika, logħob tan-nar 110-133 Sport u Rikreazzjoni
Ġużè Aquilina (1961-1975), Daniel Massa (1977), Karm Sant (1978-1979), Wallace Ph. Gulia (1981-1983), Oliver Friggieri (1986-1890), Olvin Vella (2010), Bernard Micallef (2014), Giovanni Bonello, Arnold Cassola u Bernard Micallef (2017), Michael Spagnol u Ray Fabri (2023)
1961-

Journal of Maltese Studies

Pubblikazzjoni:
Malta: Id-Dipartiment tal-Malti, Fakultà tal-Arti, fl-Università taʼ Malta / Midsea Books
Kumment/i ġenerali:
Rivista akkademika tad-Dipartiment tal-Malti li bdiet fl-1961 mill-Prof. Ġużè Aquilina. L-għan tagħha hu li tistimula r-riċerka interdixxiplinarja fl-oqsma tal-Lingwistika u tal-Letteratura Maltija. Il-biċċa l-kbira tal-ħarġiet fihom kitbiet fuq l-istudju tal-lingwa u tal-kritika u t-teorija letterarja, imma xi ħarġiet jinkludu monografiji. Peress li hi maħsuba għall-komunità akkademika internazzjonali u spiss ikun fiha studji ta’ riċerkaturi barranin, ir-rivista toħroġ bl-Ingliż. Dan l-aħħar, ir-rivista qed tinħadem bil-kollaborazzjoni taʼ Midsea Books u qed tiffoka fuq qasam wieħed taʼ interess, ngħidu aħna, fuq De Soldanis (2010), il-Kantilena (2014) u Buonamico (2017).
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1964 (2) Ġużè Aquilina Postijiet, irħula, bliet fʼMalta u Għawdex, topografija 246-252 Ġeografija Il-postijiet imsemmija hawnhekk jinsabu fil-grassett.
1964 (2) Ġużè Cassar Pullicino Skarpan, xedd is-sieq/saqajn, għodda 238-245 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju bit-termini bil-Malti, bid-definizzjonijiet bit-Taljan.
1964 (2) Ninu Cremona Sajd, baħar, marittima, dgħajjes bil-qlugħ, xini/xwieni, bastimenti 177-197 Sajd u Marittima Tinkludi diversi illustrazzjonijiet dettaljati.
1964 (2) Ġużè Aquilina Laqmijiet, kunjomijiet 147-176 Arti, Kultura u Folklor It-terminoloġija relevanti hawnhekk tinsab fil-grassett.
1964 (2) William Cowan Kliem antik bil-Malti, Megiser 217-225 Lingwa U letteratura, Storja u Arkeoloġija
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Annimali, bhima/bhejjem, laħam 1-68 Flora u Fawna
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Annimali, bhima/bhejjem 2 Flora u Fawna Klassifikazzjoni taʼ annimali popolari li jagħti Annibale Preca fil-Malta Cananea.
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Annimali, għodda/tagħmir tal-bhejjem 6 Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Żiemel 7 Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjoni bit-termini bl-Ingliż u bil-Malti magħha.
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Laħam 8 Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjoni bit-termini bl-Ingliż u bil-Malti magħha.
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Annimali, pjanti, post/raħal 11-17 Flora u Fawna Tabella.
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Pjanti, post/raħal 18-19 Flora u Fawna, Ġeografija
1967 (4) Ġużè Cassar Pullicino Annimali, bhejjem/bhima, mammiferi, qwiel/proverbji, kelb, ħanżir/ħnieżel, mogħża/mogħoż, nagħaġ/nagħġa, qattus/qtates, ġrieden/ġurdien, fniek/fenek, qniefed/qanfud, volpi, lupu/lpup, ors, iljunfant, tajr, flieles/fellus, tiġieġ/tiġieġa, għasafar/għasfur, rettili, insetti, nemel, naħal, bergħud, dubbien, qamel, brimb 21-46 Flora u Fawna, Arti, Kultura u Folklor
1973 (8) Ġużè Aquilina Flora, pjanti taʼ Malta 63-92 Flora u Fawna Lista alfabetika.
1973 (8) Ġużè Aquilina Etimoloġija, dizzjunarju 1-62 Lingwa U letteratura Glossarju.
1973 (9) Louis P. Trimble Il-Missierna, is-Sliema, il-Kredu 59-67 Reliġjon
1986 (16) Stanley Fiorini Laqmijiet 62-82 Arti, Kultura u Folklor
1988 (17-18) Giuseppe Aquilina Agrikultura, temp, proverbji/qwiel 6-12 Agrikultura, Temp u Żmien, Lingwa U letteratura Studju bit-Taljan li fih xi termini Maltin fil-korsiv.
1989 (19-20) Charles Briffa Dgħajjes, qlugħ 62-70 Sajd u Marittima Studju li fih tissemma xi terminoloġija marittima bil-Malti.
Gavino Gulia
1871-1875

Il Barth: Gazzetta di Medicina e Scienze Naturali

Pubblikazzjoni:
Malta: Tipgografia del Corriere
Kumment/i ġenerali:
Gazzetta dwar il-mediċina u l-ixjenza naturali. Il-maġġorparti tagħha hija bit-Taljan, biss, hemm partijiet minnha miktubin bl-Ingliż. Qed niddokumenta biss dawk il-partijiet fejn hemm xi termini bil-Malti li fil-maġġoranza jinsabu fil-korsiv ġewwa t-test.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam
1871 (1) — Botanika 16-22 Flora u Fawna
1871 (2) — Botanika 43-44 Flora u Fawna
1871 (3) — Botanika 59-60 Flora u Fawna
1871 (4) — Botanika 71 Flora u Fawna
1872 (7) — Botanika 135 Flora u Fawna
1872 (8) — Fawna Maltija 155-157 Flora u Fawna
1872 (8) — Molluski 157-160 Flora u Fawna
1872 (9) — Botanika 175-176 Flora u Fawna
1872 (10) Luigi Benoit u Gavino Gulia Fawna Maltija, molluski 198-200 Flora u Fawna
1873 (12) — Botanika 239 Flora u Fawna
1873 (14) — Botanika 282-284 Flora u Fawna
1873 (15-16) — Ħut 300 Flora u Fawna
1873 (15-16) — Fawna Maltija 300 Flora u Fawna
1873 (15-16) — Fawna Maltija, krustaċi 314-315 Flora u Fawna
1873 (17-18) — Ħut 351-353 Flora u Fawna
1873 (17-18) — Annimali u speċi oħrajn 363 Flora u Fawna
1874 (19) — Botanika 378-380 Flora u Fawna
1874 (20) — Botanika 403-404 Flora u Fawna
1874 (21-22) — Botanika 416-419 Flora u Fawna
1874 (23) — Botanika 462-463 Flora u Fawna
Guido Lanfranco
1970-1976

The Maltese Naturalist

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Għaqda Maltija tal-Istorja Naturali
Kumment/i ġenerali:
Rivista li kienet toħroġ darba fis-sena, miktuba bl-Ingliż minn awturi varji. Tinvolvi informazzjoni dettaljata dwar oqsma differenti tal-istorja naturali fʼMalta bʼillustrazzjonijiet impinġijin. Ħafna mit-terminoloġija li tissemma fiha hija bl-Ingliż jew bil-Latin, però, id-dokumentazzjoni li ġbart fʼdil-filliera hija relatata biss mad-drabi fejn jissemmew xi termini bil-Malti. Fil-librerija tal-Melitensia tal-Università taʼ Malta hemm il-ġabra kollha nnumerata. Il-paġni li qed nagħti hawn hija minn din il-ġabra, skont is-sena u x-xahar li qed nindika.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1971 (Diċ) nru 2 Guido Lanfranco Molluski (cypraeidae) 12-16 Flora u Fawna
1972 (Diċ) nru 3 Guido Bonett Ħut 34-35 Flora u Fawna, Sajd u Marittima
1972 (Diċ) nru 3 Guido Bonett Krustaċi (crustacea) 35 Flora u Fawna
1972 (Diċ) nru 3 Guido Bonett Molluski (mollusca, gastropoda) 36 Flora u Fawna
1972 (Diċ) nru 3 Guido Bonett Rettili 36 Flora u Fawna
1972 (Diċ) nru 3 Guido Bonett Mammiferi 36-37 Flora u Fawna
1972 (Diċ) nru 3 Guido Bonett Għasafar 37 Flora u Fawna
1974 (Ġun) nru 5 Guido Lanfranco Molluski tal-art 24-26 Flora u Fawna
1974 (Ġun) nru 5 Guido Lanfranco Molluski tal-baħar 27-39 Flora u Fawna, Sajd u Marittima
1974 (Ġun) nru 5 Guido Lanfranco Rettili, amfibji, mammiferi 40-41 Flora u Fawna It-termini bil-Malti jinsabu fil-parentesi.
1974 (Diċ) nru 6 Charles Savona Ventura Rettili (lacertilia) 26-29 Flora u Fawna
Guido Lanfranco (1978-2003) u Ġużi Gatt (2004-)
1978-

L-Imnara

Pubblikazzjoni:
Malta: Għaqda Maltija tal-Folklor
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1978 (1) Charles Cassar Folklor fil-mediċina 7-10 Arti, Kultura u Folklor, Saħħa u Mediċina
1980 (3) Vincenzo Maria Pellegrini Ilbies Malti 76-79 Ilbies
1980 (3) Guido Lanfranco Mediċina popolari, ħxejjex popolari mediċinali 80-98 Saħħa u Mediċina, Flora u Fawna Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Kif jikteb l-awtur innifsu, in-numri li hemm fil-parentesi ħdejn it-termini jirreferu għas-sorsi minn fejn ittieħdu (li jinsabu fl-aħħar tal-artiklu). Barra minn hekk, ikompli, xi ismijiet tekniċi oħra huma żidiet tal-awtur innifsu bħala l-ewwel tentattiv għalihom bil-Malti.
1982 (5) Guido Lanfranco Folklor 139-142 Arti, Kultura u Folklor Ir-riżorsa tinkludi termini u ritratti li ngħataw donazzjoni mill-membri tal-kumitat tal-Għaqda tal-Folklor u mislufin għall-wiri ġewwa l-mużew tal-folklor.
1982 (5) Lorenza Bonnici Calì Logħob tat-tfal taʼ dari, pasturi 143-145 Arti, Kultura u Folklor Fʼdin ir-riżorsa jissemmew bosta termini relatati mal-logħba antika li ġġib l-isem Il-Pasturi.
1983 (7) Guido Lanfranco Folklor 32 Arti, Kultura u Folklor Dir-riżorsa bil-Malti u bl-Ingliż tinvolvi katalgu taʼ wirja taʼ kwadri dwar il-folkor Malti impenġijin minn Guido Lanfranco li saret bejn is-17 u l-24 taʼ Settembru 1983 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Kull kwadru għandu isem taʼ xʼqed jirrappreżenta. In-natura tar-riċerka tagħna jinteressaha biss minn dan l-isem. Il-kumplament tar-riżorsa tiftaħ bʼkitba informattiva fuq kull kwadru u xʼqed jirrappreżenta.
1984 (8) Rafel Bonnici Calì Drawwiet tal-funerali 87-90 Arti, Kultura u Folklor
1986 (10) Guido Lanfranco Laqmijiet 154 Arti, Kultura u Folklor
1988 (11) Ġużi Buontempo Parrukkier 2-3 Xogħol u Snajjaʼ Jissemmew xi għodod li dari kien juża l-parrukkier.
1989 (12/13) Anton F. Attard Xogħol tal-palm, xogħol tar-rattan 64-67 Xogħol u Snajjaʼ
1989 (12/13) Lawrence bajada Ilma żahar u l-lampik 71-72 Xogħol u Snajjaʼ Fʼdin ir-riżorsa hemm figura tal-lampik u l-ismijiet tal-bċejjeċ li kien ikun magħmul minnhom.
1989 (12/13) Rose-Anne Felice Logħob tat-tfal taʼ dari 74-76 Arti, Kultura u Folklor
1990 (14) Tarcisio Zarb Rabaʼ 18-26 Agrikultura Din hija traskrizzjoni taʼ programm li l-awtur kien tellaʼ fuq Radju Malta fis-snin sebgħin. Huwa programm taʼ natura folkloristika u jagħti ħarsa lejn is-sena meteroloġika u x-xejriet ewlenin li jgħaddu minnhom l-istaġuni. Huwa mqassam bejn tagħrif miktub mill-awtur u r-riproduzzjoni taʼ intervisti li l-awtur għamel maʼ persuni anzjani.
1991 (15) Guido Lanfranco Ħobż 29-32 Xogħol u Snajjaʼ
1991 (15) Paul Portelli Karnival fl-imgħoddi 43-46 Arti, Kultura u Folklor
1991 (15) G. M. Buontempo Luttu fl-imgħoddi 47-48 Arti, Kultura u Folklor
1991 (15) Guido Lanfranco Żugraga 54-57 Arti, Kultura u Folklor It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv fi ħdan it-test.
1993 (17) Anġela Zerafa Ilbies tat-tarbija, u l-magħmudija 104-105 Arti, Kultura u Folklor
1994 (18) Guido Lanfranco Ħalib, ġbejniet, irkotta 5-12 Xogħol u Snajjaʼ
1995 (19) Guido Lanfranco Pompa tar-riħ 36-37 Xogħol u Snajjaʼ
1996 (20) Anna Borg Cardona Mużika, strumenti, rabbaba/żuvżafa 65-69 Mużika Ir-riżorsa tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet bit-termini magħhom.
1996 (20) Guido Lanfranco Mużika, strumenti, rabbaba/żuvżafa 70-71 Mużika
1997 (21) J. F. Porsella Flores Qniepen 87-90 Arti, Kultura u Folklor, Mużika, Xogħol u Snajjaʼ
1997 (21) Lorenzo Zahra Topografija fil-Birgu 130-131 Ġeografija
1999 (23) Lorenzo Zahra Dgħajsa Maltija 51 Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ
1999 (23) Lorenzo Zahra Topografija fil-Belt Valletta 55 Ġeografija
2000 (24) Anna Borg Cardona Mużika, strumenti, il-bedbut 92-99 Mużika
2000 (24) Joseph C. Camilleri Vari tal-Ġimgħa l-Kbira 109-112 Arti, Kultura u Folklor
2001 (25) Ġużi Gatt Mogħoż u nagħaġ 138-141 Agrikultura Ir-riżorsa tinkludi ħafna termini u illustrazzjonijiet.
2001 (25) Mary Haber Va sagra versata 144-146 Arti, Kultura u Folklor, Reliġjon Ir-riżorsa tinvolvi l-via sagra bi ftit versi għal kull stazzjon.
2002 (26) Ġużi Gatt Flus, kejl u qisien 2-5 Matematika
2002 (26) C. J. Jaccarini Bini, il-muxrabija 17-22 Bini u Arkitettura
2002 (26) C. Savona Ventura Laqmijiet fʼGħawdex tas-seklu 19 26-27 Arti, Kultura u Folklor
2002 (26) Anton Attard, Paul u Agnes Bezzina u Lorenzo Zahra Laqmijiet mill-Birgu 35-42 Arti, Kultura u Folklor
2003 (27) Ġużi Gatt Insiġ 54-65 Xogħol u Snajjaʼ, Arti, Kultura u Folklor
2003 (27) Steve Borg Sajd, kif isir iċ-ċkal 69-7 Sajd u Marittima Ir-riżorsa tinkludi xi illustrazzjonijiet bit-termini magħhom.
2003 (27) George Zammit Maempel Superstizzjonijiet, l-għajn 76-82 Arti, Kultura u Folklor Riżorsa bl-Ingliż li tinkludi xi termini bil-Malti li jinsabu fil-korsiv.
2003 (27) Anton Attard Vokabularju tat-tfal fl-imgħoddi 83-85 Arti, Kultura u Folklor, Lingwa U letteratura Minkejja li t-termini jinsabu fi ħdan it-test innifsu, hija riżorsa inklinata ħafna lejn il-kompilazzjoni terminoloġika.
2003 (27) Guido Lanfranco Soqfa u l-ballata 86-92 Xogħol u Snajjaʼ
2003 (27) Saviour Camilleri Daqq tal-qniepen 94-95 Arti, Kultura u Folklor, Mużika, Xogħol u Snajjaʼ
2004 (28) Ġużi Gatt Blat, ilma, ħawt 15-19 Agrikultura
2004 (28) Steve Borg Logħob Malti antik 29-30 Arti, Kultura u Folklor, Sport u Rikreazzjoni
2004 (28) Alex Camilleri Toponomastika taʼ Kemmuna 34-43 Ġeografija Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Tinkludi wkoll xi illusrazzjonijiet.
2005 (29) Guido Lanfranco Sigaretti 52-56 Xogħol u Snajjaʼ
2005 (29) Joseph Caruana Għodda għall-bini tad-dgħajjes 62-66 Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet.
2005 (29) Alex Camilleri Toponomastika tal-Aħrax tal-Mellieħa 74-82 Ġeografija Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Tinkludi wkoll xi illusrazzjonijiet.
2005 (29) Lorenzo Zahra Toponomastika tal-Birgu 83-84 Ġeografija
2005 (29) Joe Vassallo Laqmijiet fil-Mellieħa 89-90 Arti, Kultura u Folklor
2005 (29) Ġużi Gatt Raddiena tat-tajjar 94-95 Xogħol u Snajjaʼ Riżorsa li tinvolvi wkoll illustrazzjoni sabiħa tar-raddiena li biha kienu jagħżu t-tajjar.
2006 (30) Ġużi Gatt Tberfil 101-107 Xogħol u Snajjaʼ

Ara l-entrati kollha (116)

Hilary A. Clews
1953-2009

The Malta Year Book

Pubblikazzjoni:
Malta: De La Salle Brothers Publications
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1954 Joe Sultana u Charles Gauci Għasafar tat-tnissil 332-346 Flora u Fawna Riżorsa bl-isem Ingliż, Latin u Malti, kif ukoll informazzjoni bl-Ingliż dwar l-ispeċi.
James Sacco (2000-2001, 6-11), James Sacco u Annick Bonello (2002, 12), Noelle Cardona u James Sacco (2002, 13), Noelle Cardona (2002-2004, 14-21)
2000-2011

Il-Kampanja

Pubblikazzjoni:
Malta: Nature Trust Malta
Kumment/i ġenerali:
Rivista qasira bʼartikli bl-Ingliż (il-maġġoranza tagħha) u bil-Malti dwar aspetti u aħbarijiet li jikkonċernaw aspetti naturali varji tal-gżejjer Maltin, imżejna bi ftit stampi u illustrazzjonijiet, bʼxi paġni minnha inklinati għall-qarrejja żgħar. Fil-bidu tagħha kienet intenzjonata li tkun ippubblikata erbaʼ darbiet fis-sena. Aktarx bdiet toħroġ qabel is-sena 2000. Fil-Melitensia tal-Univessità taʼ Malta jeżistu mis-6 ħarġa (2000) sal-34 ħarġa (2011) biss, fatt li lanqas jinnega li jeżistu iżjed ħarġiet riċenti taʼ Il-Kampanja. L-edituri sal-2004 (ħarġa 21) huma mniżżlin fil-qoxra tal-ħarġiet stess imma dawk li ħejjew il-ħarġiet li ġew wara (mill-2005, ħarġa 22 ʼil quddiem) mhumiex rikonoxxuti.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
2010 (32) Arnold Sciberras u Jeffrey Sciberras Flora, pjanti salvaġġi/slavaġ tal-gżejjer Maltin 2 Riżorsa bl-ismijiet Ingliżi u xjentifiċi biss.
John Azzopardi (1977-1979), Joe Sultana (1981-1985), Joe A. Doublet (1987-1990), Desirée Falzon (1991-1993, 2011-2013), Victor Falzon (1994-2005), Tolga Temuge (2007-2010), Holly Forsyth, Rupert Masefield u Steve Micklewright (2014), Rupert Masefield (2014), Caroline Rance (2015), Ketija Riteniece, Ray Vella,Caroline Rance, Rohan Trivedi (2016), Nathaniel Attard, Ketija Riteniece, Jessica Irwin, Yanka Milusheva, Sean Bonello (2016), Nathaniel Attard (2016-)
1977-

Birdʼs Eye View

Pubblikazzjoni:
Malta: Is-Soċjetà Ornitoloġika (1977-1994), BirdLife Malta (1999-)
Kumment/i ġenerali:
Inizjalment (fl-1977), din ir-rivista nħolqot apposta sabiex tikkumplimenta r-rivista Il-Merill, li maż-żmien ħadet xejra iżjed xjentifika. Fil-fatt, din tʼhawn saret bl-iskop li tiġbor l-aħbarijiet tas-Soċjetà Ornitoloġika taʼ Malta (wara, BirdLife Malta) u artikli taʼ interess ġenerali, fost l-oħrajn. Hija rivista miktuba bl-Ingliż.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
2014 (43) Holly Forsyth Flora u fawna taʼ Malta 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2014 (43) Illust. Ella Beeson Friefet 12 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bl-illustrazzjonijiet.
2014 (44) Holly Forsyth Flora u fawna taʼ Malta 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2014 (44) Illust. Ella Beeson Fjuri tax-xitwa 12 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bl-illustrazzjonijiet.
2015 (45) Ketija Riteniece Profil taʼ għasfur, fras-Servjent 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2015 (45) Steven Williams Flora u fawna taʼ Malta 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2015 (45) Rohan Trivedi u Steven Williams Flora u fawna taʼ Malta 12-13 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2015 (46) Steven Williams Profil taʼ għasfur, kuċċarda 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2015 (46) Steven Williams Flora u fawna taʼ Malta 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2015 (46) Ray Vella Flora u fawna taʼ Malta 8-9 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2015 (46) Illust. Lydia Wild Għasafar tal-priża tal-ħarifa 12 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2016 (47) Ketija Riteniece Profil taʼ għasfur, garnija 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2016 (47) Ray Vella Flora u fawna taʼ Malta 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2016 (47) Caroline Rance Flora u fawna taʼ Malta 8-9 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2016 (47) Illust. Lydia Wild Orkidej/orkidi tar-rebbiegħa 12 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2016 (48) Yanka Milusheva Flora u fawna taʼ Malta 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2016 (49) Joe Sultana Profil taʼ għasfur, qerd in-naħal 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2016 (49) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2016 (50) Martin Austad Profil taʼ għasfur, sturnell 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2016 (50) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2017 (51) Nicholas Galea Profil taʼ għasfur, kokka 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2017 (51) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2017 (52) Raymond Vella Profil taʼ għasfur, il-Merill 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2017 (52) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2017 (53) David Attard Profil taʼ għasfur, russett griż 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2017 (53) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2017 (54) Mark Gauci Profil taʼ għasfur, pitirross 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2017 (54) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2018 (55) Tim Micallef Profil taʼ għasfur, ħuttafa 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2018 (55) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2018 (56) Sean Bonello Profil taʼ għasfur, gawwija prima 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2018 (56) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2018 (57) Raymond Galea Profil taʼ għasfur, Tal-Ħannieqa 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2018 (57) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2018 (58) Tim Micallef Profil taʼ għasfur, malvizz 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2018 (58) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2019 (59) Charles Gauci Profil taʼ għasfur, kuluvert tas-salib 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2019 (59) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2019 (60) Nicholas Galea Profil taʼ għasfur, bufula sewda 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2019 (60) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2019 (61) Ray Vella Profil taʼ għasfur, daqquqa tat-toppu 4 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2019 (61) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina 5 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2019 (62) David Attard Profil taʼ għasfur, gallozza tax-xitwa 3 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2019 (62) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, l-Għadira 7 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2020 (63) Charles Gauci Profil taʼ għasfur, agrett tal-bhejjem 3 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2020 (63) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Simar 7 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2020 (64) Martin Austad Profil taʼ għasfur, kanġu taʼ Filfla 3 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2020 (64) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, Foresta 2000 7 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.
2020 (65) Ray Galea Profil taʼ għasfur, kuċċarda 5 Flora u Fawna Bl-Ingliż u bil-Malti, stampa u informazzjoni.
2020 (65) Victor Falzon Flora u fawna taʼ Malta, is-Salina 7 Flora u Fawna, Ġeografija Bl-Ingliż u bil-Malti, u bir-ritratti.

Ara l-entrati kollha (66)

John Borg
1932-1935

Melita Agricola: Rivista taʼ Cull Xahar fuk il-Biedja Maltija

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Uffiċċju tal-Biedja
Kumment/i ġenerali:
Rivista informattiva bil-Malti, miġbura fi tliet volumi, li bdiet toħroġ darba fix-xahar mill-editur il-Professur John Borg (li dak iż-żmien kien is-Suprintendent tal-Biedja), u tittratta l-biedja Maltija. Kienet toħroġ mill-Uffiċċju tal-Biedja. Il-ħlas biex tabbona għaliha kien taʼ 2|-fis-sena u xi drabi kienet tingħata bʼxejn lill-bdiewa li kien jistħoqqilhom. Kienet tiġi stampata fl-Istamperija tal-Gvern. Sa mill-bidu tagħha, ir-rivista bdiet taċċetta avviżi u reklami kummerċjali li għandhom xʼjaqsmu mal-biedja. Ladarba, kienet l-unika rivista li fi żmienha kienet tittratta dan il-qasam, u għalhekk kienet tinqara minn bosta bdiewa taʼ Malta u Għawdex, l-importaturi taż-żerriegħa tal-patata, tal-ġwież, tal-għodod tal-biedja u tal-inbid, tad-demel artifiċjali, tar-razez tat-tjur u taʼ annimali oħra, sabu fiha pjattaforma tajba ħafna biex sabiha jilħqu lill-ħafna bdiewa tal-gżejjer. L-ewwel ħarġa tagħha kienet fʼDiċembru tal-1932 u l-aħħar waħda tagħha kienet tkopri x-xhur taʼ April sa Settembru tal-1935. Minn ħarġa għall-oħra, il-paġni tagħha jkomplu bʼmod kontinwu, sakemm jingħaqad volum.
Ħarġa Awtur/i Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
1932 (1) John Borg Biedja, biedja fʼDiċmebru 2-6 Agrikultura
1932 (1) Temi Zammit Mogħoż 6 Agrikultura
1932 (1) John Borg Patata 7-9 Agrikultura
1932 (1) Alfred Azzopardi Kultivazzjoni tal-patata 9-12 Agrikultura
1932 (1) C. Zammit Marmara Demel artifiċjali 12-13 Agrikultura
1932 (1) John Borg Dubbiena tal-frott 13-14 Agrikultura, Flora u Fawna
1932 (1) J. Briffa Brinġiel/brunġiel 14-15 Agrikultura
1932 (1) P. Borg Qamħ, ċereali, mard 16-19 Agrikultura L-ewwel parti.
1933 (2) John Borg Biedja fʼJannar 21-22 Agrikultura
1933 (2) John Borg Patata bikrija 23-24 Agrikultura
1933 (2) P. Borg Qamħ, ċereali, mard 24-27 Agrikultura It-tieni parti.
1933 (2) Temi Zammit Mogħoż, deni rqiq 27-28 Agrikultura, Saħħa u Mediċina
1933 (2) J. Briffa Żebbuġ 29-31 Agrikultura, Flora u Fawna
1933 (2) Alfred Azzopardi Tiġieġ 32-34 Agrikultura
1933 (2) John Borg Patata, ġlata 35-36 Agrikultura
1933 (2) Alfred Azzopardi Insett, buħarrat 36-37 Agrikultura, Flora u Fawna
1933 (3) John Borg Biedja fi Frar 41-42 Agrikultura
1933 (3) John Borg Tiġieġ Maltin 42-44 Agrikultura
1933 (3) P. Borg Qamħ, ċereali, mard, dud 44-46 Agrikultura
1933 (3) Alfred Azzopardi Tiġieġ 46-49 Agrikultura
1933 (3) Temi Zammit Mogħoż, deni rqiq 49-50 Agrikultura, Saħħa u Mediċina
1933 (3) C. Zammit Marmara Kimika, biedja 50-52 Agrikultura
1933 (3) John Borg Qamħ, kafura 52-53 Agrikultura
1933 (3) P. Borg Bexx tal-patata 53-55 Agrikultura
1933 (3) V. R. Rizzo u John Borg Qanfud 55-56 Agrikultura, Flora u Fawna
1933 (3) John Borg Għeneb, inbid 57-58 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ
1933 (3) — Imtieħen tar-riħ Ingliżi, mitħna 59 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Riklam bl-illustrazzjoni miegħu. Hija riżorsa repetuta fʼdiversi ħarġiet taʼ wara din.
1933 (4) John Borg Biedja fʼMarzu 65-66 Agrikultura
1933 (4) John Borg Ħmir taʼ Malta, ħmar 66-68 Flora u Fawna, Agrikultura
1933 (4) P. Borg Mard tas-silla, mard tal-widna 68-70 Agrikultura
1933 (4) Alfred Azzopardi Għalf tat-tiġieġ 70-72 Agrikultura
1933 (4) J. Briffa Frawli ħoxna, frawli Ingliża 72-73 Flora u Fawna, Agrikultura
1933 (4) Attilio De Nardo Inbid, inbejjed tal-istaġun 75-78 Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura
1933 (4) Alfred Azzopardi Inbid 78-80 Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura
1933 (4) P. Borg Ġrieden/ġurdien 80-82 Flora u Fawna, Agrikultura
1933 (5) John Borg Biedja fʼApril 89-90 Agrikultura
1933 (5) John Borg Dakra, naħal 90-93 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ
1933 (5) P. Borg Dud li jmiss l-uċuħ tas-silla u tal-widna 95-96 Agrikultura, Flora u Fawna
1933 (5) J. Briffa Frott, nespla/naspla 97-98 Agrikultura, Flora u Fawna
1933 (5) N. Bochicchio Biedja Maltija 100-101 Agrikultura Aktarx dan l-artiklu huwa tradizzjoni bil-Malti mit-Taljan.
1933 (5) Alfred Azzopardi Kultivazzjoni, rabaʼ bagħli 103-105 Agrikultura
1933 (5) John Borg Patata, sulfat tal-ammonja 105-106 Agrikultura
1933 (6) John Borg Biedja fʼMejju 109-110 Agrikultura
1933 (6) John Borg Dakra, naħal 110-113 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ
1933 (6) P. Borg Mard tal-ful u tal-piżelli 113-114 Agrikultura
1933 (6) P. Borg Veleni, bexx tas-siġar, għalf tal-bhejjem 116 Agrikultura
1933 (6) Alfonso Maria Galea Bibbja, biedja 117-119 Agrikultura, Reliġjon
1933 (6) John Borg Xita tar-ramel 120 Temp u Żmien
1933 (6) Alfred Azzopardi Patata 121-123 Agrikultura
1933 (6) J. Briffa Patata, fażola 123-124 Agrikultura

Ara l-entrati kollha (160)

1 2 3