Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 146
Abigail Deguara
2019

Il-Laqam Personali: Analiżi Lingwistika

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Laqmijiet 52-124 Soċjetà u Soċjoloġija
Adrian D. Casha
2010

Traduzzjoni tar-Regolamenti Uffiċjali tal-Logħba tal-Futbol

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Sport, football/futbol 163-178 Sport u Rikreazzjoni Lista alfabetika Ingliż-Malti tat-termini li għandhom xʼjaqsmu mal-logħba tal-football. Ukoll, minn paġna 83 sa 161 hemm glossarju spjegat u annotat tal-istess termini, bid-definizzzjonijiet tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, u bl-użu tagħhom fʼkuntest Ingliż u Malti.
Sport, football/futbol 179-193 Sport u Rikreazzjoni Lista alfabetika Malti-Ingliż tat-termini li għandhom xʼjaqsmu mal-logħba tal-football. Ukoll, minn paġna 83 sa 161 hemm glossarju spjegat u annotat tal-istess termini, bid-definizzzjonijiet tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, u bl-użu tagħhom fʼkuntest Ingliż u Malti.
Alessia Schembri
2019

Studju Soċjolingwistiku dwar il-Ħelu fʼMalta

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħelu 100-158 Ikel u Tisjir Studju soċjolingwistiku.
Alison Grech
2014

A Glossary of Terms (English-Maltese) Related to Printing

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Xandir, ġurnaliżmu, xandir bl-istampa, stampa, stampar 333-340 Xandir Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 150 terminu. Ukoll, fʼpaġni 28-327 hemm tagħrif dettaljat dwar kull terminu, bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti, is-sors u d-data tal-aċċess tagħha, xi noti oħra fuqu, u ritratt jew stampa tiegħu.
Xandir, ġurnaliżmu, xandir bl-istampa, stampa, stampar 341-347 Xandir Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ 150 terminu. Ukoll, fʼpaġni 28-327 hemm tagħrif dettaljat dwar kull terminu, bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti, is-sors u d-data tal-aċċess tagħhom, xi noti oħra fuqu, u ritratt jew stampa tiegħu.
Anabel Aquilina
2006

Glossarju tal-Lingwaġġ Tekniku Finanzjarju u Kummerċjali

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Intepretar
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Finanzi, kummerċ, negozju, bank/banek 15-106 Finanzi u Kummerċ Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti taʼ termini bʼtagħrif dwar l-użu tagħhom fʼkuntest bilingwi. Fʼpaġni 107-170 hemm analiżi kritika tagħhom.
Finanzi, kummerċ, negozju, bank/banek 171-213 Finanzi u Kummerċ Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż taʼ termini bʼtagħrif dwar l-użu tagħhom fʼkuntest bilingwi. Fʼpaġni 107-170 hemm analiżi kritika tagħhom.
Andrea-Michele Buhagiar
2022

Bil-Qadfa l-Qadfa: Ġabra tat-Terminoloġija tar-Regatta Tradizzjonali

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Regatta, opri tar-regatta tal-passat u tal-preżent, partijiet tal-opri tar-regatta, injam, materjal u termini oħra użati fil-bini tal-opri tar-regatta, għodda tal-bennejja tal-opri tar-regatta, termini tal-ġurija, toponomastika/postijiet, verbi u azzjonijijet oħra, nies involuti fir-regatta 92-110, 111-633 Sport u Rikreazzjoni, Arti, Kultura u Folklor Indiċi tat-termini (fʼpaġni 92 sa110) u, għal kull terminu, wieħed isib (fʼpaġni 111 sa 633) din l-informazzjoni li ġejja: il-varjanti fonetiċi-ortografiċi tiegħu, l-informazzjoni grammatikali li għandu, il-varjanti lessikali tiegħu, is-sors, id-definizzjoni li jagħtu Aquilina u Seracino-Inglott għalih, il-kummenti tal-awtur, l-ekwivalenti Ingliża tat-terminu u s-sors tagħha, eżempju taʼ kif jintuża t-terminu u s-sors tiegħu, u ritratta tat-terminu u s-sors minn fejn inkiseb.
Angelique Bonello
2014

A Translation of Some of the Fundamental Biological Terms and Definitions

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Bijoloġija 109-120 Xjenza u Teknoloġija, Saħħa u Mediċina Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż. Imbagħad, fʼpaġni 37-98 hemm tagħrif dwar it-termini u l-frażijiet bl-Ingliż, bʼanaliżi u definizzjoni bilingwi għal kull terminu.
Bijoloġija 121-132 Xjenza u Teknoloġija, Saħħa u Mediċina Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti. Imbagħad, fʼpaġni 37-98 hemm tagħrif dwar it-termini u l-frażijiet bl-Ingliż, bʼanaliżi u definizzjoni bilingwi għal kull terminu.
Anna Maria Bartolo
2001

Glossarju Trilingwu Malti-Ingliż-Franċiż taʼ Termini/Frażijiet dwar il-Proċedura Kriminali

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Interpretar
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Liġi, kriminalità, proċedura kriminali 13-21 Liġi Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż-Franċiż. Imbagħad, fʼpaġni 22-193 hemm tagħrif dwar it-termini u l-frażijiet bil-Malti, bħall-karatteristiċi grammatikali tagħhom, id-definizzjoni, l-użu tagħhom fʼkuntest.
Liġi, kriminalità, proċedura kriminali 194-202 Liġi Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti-Franċiż. Imbagħad, fʼpaġni 203-373 hemm tagħrif dwar it-termini u l-frażijiet bl-Ingliż, bħall-karatteristiċi grammatikali tagħhom, id-definizzjoni, l-użu tagħhom fʼkuntest.
Liġi, kriminalità, proċedura kriminali 374-382 Liġi Glossarju alfabetiku Franċiż-Malti-Ingliż. Imbagħad, fʼpaġni 383-555 hemm tagħrif dwar it-termini u l-frażijiet bil-Franċiż, bħall-karatteristiċi grammatikali tagħhom, id-definizzjoni, l-użu tagħhom fʼkuntest.
Annabelle Micallef
2010

Glossarju dwar l-Enerġija Solari: Ingliż-Malti

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Enerġija solari 189-199 Xjenza u Teknoloġija Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti. Minn paġni 36 sa 188 wieħed isib definizzjoni bl-Ingliż u bil-Malti tat-termini, is-sors tal-istess definizzjoni bl-Ingliż, kif ukoll it-tagħrif grammatikali tagħhom.
Enerġija solari 200-209 Xjenza u Teknoloġija Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż. Minn paġni 36 sa 188 wieħed isib definizzjoni bl-Ingliż u bil-Malti tat-termini, is-sors tal-istess definizzjoni bl-Ingliż, kif ukoll it-tagħrif grammatikali tagħhom.
Anthony George Preca
1978

Studju Lingwistiku Folkloristiku taʼ Snajjaʼ Bikrin Maltin

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti u Studju Semitiċi
Grad:
Maġisteru tal-Arti
Kumment/i ġenerali:
Teżi li tiġbor il-materjal ewlieni fuq is-snajjaʼ Maltin, iżżid ieħor oriġinali, u tanalizza kollox biex toħroġ l-isfond soċjali u lingwistiku dwar ix-xogħol bikri Malti inġenerali u dwar għadd taʼ snajjaʼ, uħud illum mejta. Minbarra l-valur terminoloġiku tagħha, ir-riċerka tittratta diversi aspetti kulturali u folkloristiċi oħra fid-dettall, bħall-ħaddiema, it-twemmin, id-drawwiet, ir-rakkonti tradizzjonali, l-għana Malti (anke dak ikklassifikat skont is-sengħa), il-qwiel u l-ħaġa moħġaġa, fost l-oħrajn.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Biedja, bidwi, qbiela, għodda, moħriet, rabaʼ, tidmil, ħrit, żrigħ, , tisqija, żbir, tilqim, prodotti, andar, dris, tidrija, għasir, bhejjem u tjur, sienja 4-45 Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura Għad li kemm-il darba t-termini fiha jinsabu fi ħdan it-test, hija riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li, minbarra listi taʼ termini, tinkludi għadd taʼ illustrazzjonijiet mill-isbaħ.
Tħin tal-qamħ, mitħna minn ġewwa, mitħna minn barra 47-59 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarju, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Ħobż, għaġna, ħami tal-ħobż, furnar, għodod, magna tal-għaġna, għarbiel/għeriebel 60-66 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarju, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Kaċċa, għodod tal-kaċċatur, alwettiera, skartoċċ, kaċċa għall-fenek, 67-73 Kaċċa u Nsib Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarju, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Insib, għodda tan-nassab 74-78 Kaċċa u Nsib Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarju, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Sajd, ħut, għodda/għodod tas-sajjied, metodi taʼ sajd, dgħajjes, opri/bċejjeċ/biċċiet tal-baħar 79-103 Sajd u Marittima, Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Ħadid, ħaddied, għodda/għodod tal-ħaddied, xogħol tan-nagħal 104-112 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Bini, bennej, ġebla, barriera/barrieri, għodda, ġir, naġġar, bajjad, żebbiegħ/taż-żebgħa 113-140 Bini u Arkitettura, Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Injam, mastrudaxxa, għodda 141-152 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Karrettunar/tal-karrettuni, għodda tal-karrettunar, żebbiegħ, serkin, karozzin, karrettun 153-157 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Buttar, għodda tal-buttar 158-161 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Qalfat/qlafat, għodda tal-qalfat, 162-165 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Insiġ, tajjar, għodda tal-ħallieġ, għodda tad-daqqaq, għodda tal-għażżiel, ħalġ 166-179 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Ħbula/ħabel, kurdar, għodda tal-kurdar 180-184 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Ġild, għodda tal-iskarpan/skarpar, partijiet taż-żarbun, sellar, xedd 185-197 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Qasab, ġummar, kappel/kpiepel, simar, qaleb/qwieleb, nassa/nases/nassi, għodda, soda, maqgħad, siġġu/siġġijiet 198-210 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Fuħħar, għodda tal-fuħħari/foħħari, prodotti tal-fuħħar 211-220 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Bizzilla, ħaddiema tal-bizzilla 221-230 Xogħol u Snajjaʼ Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Piroteknika, logħob tan-nar, għodda 231-237 Sport u Rikreazzjoni Minbarra t-termini li hemm fit-test nnifsu, inkluż il-glossarji, ir-riżorsa mimlija illustrazzjonijijet sbieħ.
Riħ 251 Temp u Żmien
Żiemel tat-tiġrija u l-għajn ħażina 281 Agrikultura, Arti, Kultura u Folklor
Antoine Camilleri
2015

Ir-Reġistru tal-Ilbies

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħwejjeġ, materjali, aċċessorji, partijiet tal-ħwejjeġ, ilbies, qwiel, idjomi u espressjonijiet oħra 82-168 Ilbies, Lingwa U letteratura Glossarju li jinkludi t-termini bid-definizzjonijiet taʼ Aquilina, Serracino Inglott u tifsriet oħra. Ukoll, ir-riżorsi tinvolvi indiċi bit-termini fʼordni alfabetika.
Antonia Pace Bonello
2006

It-Traduzzjoni taʼ Termini tal-Kċina: Ingliż u Malti

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Interpretar
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Kċina, ikel, tisjir, ċereali, kolazzjon/breakfast, deżerta, frażijiet użati fit-tisjir, frott, ġobon, ħobż, ħut, ħwawar, ħxejjex, legumi, żrieragħ, platti tipiċi Maltin, ingredjenti, kejl, laħam, tjur, fenek, verbi użati fit-tisjir, utensili u apparat 17-40 Ikel u Tisjir, Matematika Glossarju Ingliż-Malti.
Kċina, ikel, tisjir, ċereali, kolazzjon/breakfast, deżerta, frażijiet użati fit-tisjir, frott, ġobon, ħobż, ħut, ħwawar, ħxejjex, legumi, żrieragħ, platti tipiċi Maltin, ingredjenti, kejl, laħam, tjur, fenek, verbi użati fit-tisjir, utensili u apparat 41-63 Ikel u Tisjir, Matematika Glossarju Malti-Ingliż.
Audrey Aquilina
2013

A Glossary of Terms Related to Sailing

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Baħar, marittima, tbaħħir, baħħara, apparat marittimu, dgħajsa/dgħajjes, partijiet tad-dgħajsa, armar, sigurtà, qlugħ, tipi taʼ qlugħ 183-190 Sajd u Marittima Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 175 terminu marittimu. L-analiżi dettaljata tagħhom - bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti, l-użu tagħhom fʼkuntest, u forom oħra ekwivalenti għalihom - tinsab fʼpaġni 13 sa 182.
Baħar, marittima, tbaħħir, baħħara, apparat marittimu, dgħajsa/dgħajjes, partijiet tad-dgħajsa, armar, sigurtà, qlugħ, tipi taʼ qlugħ 191-198 Sajd u Marittima Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ 175 terminu marittimu. L-analiżi dettaljata tagħhom - bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti, l-użu tagħhom fʼkuntest, u forom oħra ekwivalenti għalihom - tinsab fʼpaġni 13 sa 182.
Bartosz Józef Romańczuk
2010

A Trilingual Glossary of Terms Related to International Rules and Regulations in the Maritime Sector

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fl-Interpretar
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Regoli internazzjonali, politika, regolamenti, marittima, settur marittimu, baħar 192-199 Politika, Sajd u Marittima Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti-Pollakk. Minn paġna 21 sa 191 hemm definizzjonijiet tat-termini bl-Ingliż, bil-Malti u bil-Pollakk skont l-artikoli tal-liġi, u eżempji bl-istess lingwi, skont kuntest, tal-istess termini.
Regoli internazzjonali, politika, regolamenti, marittima, settur marittimu, baħar 200-207 Politika, Sajd u Marittima Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż-Pollakk. Minn paġna 21 sa 191 hemm definizzjonijiet tat-termini bl-Ingliż, bil-Malti u bil-Pollakk skont l-artikoli tal-liġi, u eżempji bl-istess lingwi, skont kuntest, tal-istess termini.
Regoli internazzjonali, politika, regolamenti, marittima, settur marittimu, baħar 208-215 Politika, Sajd u Marittima Glossarju alfabetiku Pollakk-Ingliż-Malti. Minn paġna 21 sa 191 hemm definizzjonijiet tat-termini bl-Ingliż, bil-Malti u bil-Pollakk skont l-artikoli tal-liġi, u eżempji bl-istess lingwi, skont kuntest, tal-istess termini.
Brian Gatt
2016

Ir-Raħħal: Studju Terminoloġiku

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Raħħal, ħalib, bhima/bhejjem 80-128 Agrikultura It-termini relevanti jinsabu bl-ittri kapitali. Ukoll, l-ispjegazzjoni taʼ kull terminu hija mgħammra bʼdefinizzjoni skont ir-raħħal, oħra skont id-dizzjunarju taʼ Aquilina, u tqabbil bejn iż-żewġ tifsiriet.
1 2 3 … 10