Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Notes on the Ornithology of Malta
Pubblikazzjoni:
Londra: The Ibis
Kumment/i ġenerali:
Studju ornitoloġiku bl-Ingliż mislut mill-Ibis taʼ Lulju (paġni 281-349) u Ottubru (paġni 466-526) tal-1917.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar | 290-349, 467-528 | Flora u Fawna | Lista sistematika, maqsuma fʼżewġ ħarġiet, bl-isem Latin, Ingliż u Malti taʼ 341 speċi taʼ għasfur (biż-żieda taʼ erbaʼ speċi oħra fl-appendiċi) tal-Gżejjer Maltin. L-isem lokali jinsab fil-korsiv. Għal kull speċi, l-awtur jinkludi xi tagħrif bl-Ingliż taʼ natura ornitoloġika. |
Rapport Fuk is-Sajd
Pubblikazzjoni:
Malta: Stamperija tal-Gvern
Kumment/i ġenerali:
Rapport maħruġ oriġinarjament bl-Ingliż bħala suppliment nru I tal-Gazzetta tal-Gvern fit-13 taʼ Jannar 1928. Hawnhekk, dan ir-rapport huwa miġjub bil-Malti mir-rapport tas-sena 1926-27, magħmul minn Giuseppe Despott, Suprintendent tas-Sajd.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħut | 16-19 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Żewġ listi, bl-ismijiet bil-Malti u Ingliż, li juru (i) bejn wieħed u ieħor il-piż u l-prezz li ġieb il-ħut maqbud matul is-sena 1926-1927 u (ii) x-xahar jew ix-xhur l-oħra li fihom l-aktar li nqabdet ix-xorta taʼ ħut imsemmija fis-sena 1926-1927. |
Ornithological Notes
Pubblikazzjoni:
Malta: Critienʼs Printers
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar | 1-16 | Flora u Fawna | L-ismijiet tal-għasafar bil-Malti jinsabu fi ħdan it-test fil-korsiv. |
Glorious Food
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ikel, tisjir | 1-322 | Ikel u Tisjir | Tagħrif bilingwi Ingliż-Malti. |
More Glorious Food
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ikel, tisjir | 1-339 | Ikel u Tisjir | Tagħrif bilingwi Ingliż-Malti. |
| Ħwawar, ħxejjex aromatiċi | 340 | Ikel u Tisjir | Lista bl-Ingliż u bil-Malti. |
Ninvestigaw is-Soċjetà
Pubblikazzjoni:
Malta: Miller Distributors Ltd.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Soċjoloġija, soċjetà, studji soċjali | 355-367 | Soċjetà u Soċjoloġija | Indiċi li jiġbor il-kunċetti, l-ismijiet u t-termini importanti kollha li jissemmew u jintużaw fil-paġni taʼ dan il-ktieb. Il-persunaġġi msemmija fih jinsabu mniżżlin fl-indiċi bʼittri kbar. |
Fireworks: The Vibrant Celebration of the Maltese Islands
Pubblikazzjoni:
Malta: L-awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Piroteknika, logħob tan-nar, sustanzi kimiċi | 383-399 | Sport u Rikreazzjoni, Arti, Kultura u Folklor | Glossarju li jippreżena terminoloġija piroteknika importanti, jidentifika tipi taʼ murali differenti, inkluż dawk tradizzjonali, jiddeskrivi l-effetti pirotekniċi, u jniżżel mezzi li kienu jintużaw qabel fi ħdan il-komunità piroteknika fʼMalta. Sar sforz sabiex l-ismijiet u t-termini jaqblu maʼ dawk li jintużaw barra mill-gżejjer tagħna. Wieħed jistaʼ jsib ukoll termini internazzjonali li normalment ma jintużawx fʼMalta. It-termini Ingliżi jinsabu fil-grassett u l-Maltin jinsabu fil-korsiv. Id-definizzjonijiet huma bl-Ingliż. |
Glossarju Bilingwali taʼ Termini Kummerċjali Ingliż-Malti
Pubblikazzjoni:
Malta: Colour Image
Kumment/i ġenerali:
Dizzjunarju alfabetiku taʼ terminoloġija Ingliża mħaddma fil-qasam kummerċjali bid-definizzjonijiet bil-Malti tagħha.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Kummerċ, negozju | 5-437 | Finanzi u Kummerċ |
The Maltese Countryside: A Pictorial Guide to the Flora of the Maltese Islands (Vol 1)
Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora taʼ Malta, fjuri | 429-430 | Flora u Fawna | Indiċi alfabetiku tal-flora Maltija li tagħha hemm l-informazzjoni dettaljata fil-kumplament tal-ktieb skont kuluri differenti tal-istess flora. |
The Maltese Countryside: A Pictorial Guide to the Flora of the Maltese Islands (Vol 2)
Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Fawna taʼ Malta, molluski, mirjapodi, insetti, krustaċi, araknidi, amfibji, rettili, mammiferi | 389-390 | Flora u Fawna | Indiċi alfabetiku tal-fawna Maltija li tagħha hemm l-informazzjoni dettaljata fil-kumplament tal-ktieb. |
Gwida għas-Sajjieda Dwar l-Immaniġġjar tal-Fkieren tal-Baħar
Pubblikazzjoni:
Malta: Awtorità taʼ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Fawna, fkieren tal-baħar | 28-29 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Glossarju alfabetiku bʼterminoloġija u t-tifsir għaliha bil-Malti. |
Guide to The Flora of Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: Progress Press Co. Ltd.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora taʼ Malta | 11-49 | Flora u Fawna | Tagħrif qsajjar dwar 300 tip taʼ flora taʼ Malta, bl-isem Ingliż, bʼmod xjentifiku u bil-Malti. Fuq wara tal-ktieb hemm l-illustrazzjonjijet mill-awtur dwar l-istess speċi. |
| Flora taʼ Malta | 59-61 | Flora u Fawna | Indiċi tal-ismijiet Maltin. |
A Complete Guide to the Fishes of Malta (Central Mediterranean)
Pubblikazzjoni:
Malta: Dipartment tal-Informazzjoni u s-Servizzi Turistiċi
Kumment/i ġenerali:
Hija pubblikazzjoni bl-Ingliż li, fejn hu possibbli, jinkiteb ukoll l-isem bil-Malti fil-korsiv. Minn paġna 75 ʼil quddiem, il-pubblikazzjoni tinvolvi 260 illustrazzjoni, impinġijin mill-istess awtur, li tagħhom hemm il-klassifikazzjoni ddettaljata fʼpaġni 13 sa 48.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħut | 13-48; 75- | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Klassifikazzjoni tal-ħut, bl-istampi. |
| Ħut | 50-57 | Indiċi tal-ħut bl-Ingliż. | |
| Ħut | 58-61 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Indiċi tal-ħut bil-Malti. |
| Ħut | 64-74 | Indiċi tal-ħut bil-Latin. |
Field Guide to the Wild Flowers of Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora, fjuri | 1-64 | Flora u Fawna | Tagħrif dwar 600 speċi li jeżistu fil-gżejjer Maltin. Għalihom hemm l-illustrazzjonijiet tal-awtur innifsu fuq wara tal-ktieb. |
| Flora, fjuri | 65-67 | Flora u Fawna | L-ismijiet bil-Malti tal-ispeċi li jissemmew fil-ktieb. |
| Flora, fjuri | 68-77 | L-ismijiet bl-Ingliż tal-ispeċi li jissemmew fil-ktieb. | |
| Flora, fjuri | 78-81 | L-ismijiet bʼmod xjentifiku tal-ispeċi li jissemmew fil-ktieb. | |
| Flora, familji tal-fjuri | 82-83 | Indiċi tal-ismiijet bl-Ingliż tal-familji tal-ispeċi li jissemmew fil-ktieb. |
Maltese Mammals (Central Mediterranean)
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Klassifkazzjoni bl-Ingliż dwar il-Klassi tal-Mammiferi fil-gżejjer Maltin. Lanfranco jikteb li [(*)] qabel isem tekniku turi speċi li qatt ma kien irrekordjat; [*] qabel isem Malti tirreferi għal isem li l-awtur issuġġerixxa sabiex jiddistingwi l-ispeċi bʼmod iktar preċiż jew minħabba li qatt ma kien ingħata isem qabel; ismijiet Maltin fil-parentesi jirreferu għal ismijiet li ma jintużawx taʼ spiss jew li huma vagi jew li mhumiex preċiżi; [?] tirreferi għal isem jew okkorrenza dubjuż/a; [Syn] tirreferi għas-sinonimi; [Ref.] tirreferi għan-numru tal-ispeċi fil-biblijografija tal-ktieb.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mammiferu/mammiferi, qanfud/qniefed, ġurdien/ġrieden, farfett/friefet, pistrell, serotin, fenek/fniek, far/firien, ballottra, nemes (farrett), monka (bumerin), baliena, gabdoll, delfin, psewdorka | 10-26 | Flora u Fawna | Klassifkazzjoni bl-Ingliż, bil-Maltin u bʼmod xjentifiku. |