Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 146
Ġabra taʼ Termini (Ingliż-Malti) fil-Qasam tal-Edukazzjoni tal-Matematika fis-Sekondarja
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u t-Terminoloġija
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Matematika, tagħlim sekondarju, skola sekondarja, klassi | 289-299 | Matematika, Edukazzjoni | Lista Malti-Ingliż taʼ 94 terminu matematiku. Ukoll, fʼpaġni 38-288 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini, bil-korrispondenti Ingliża-Maltija, il-qasam matematiku li jappartjenu għalih, id-definizzjonijiet Ingliżi u Maltin, is-sors tat-tifsira Ingliża, il-kuntest bilingwi Ingliż-Malti taʼ kif jintużaw bl-illustrazzjonijijet relevanti sabiex jgħinu fl-ispjega, l-ekwivalenti tagħhom fʼlingwi oħra (bħat-Taljan, l-Ispanjol u l-Franċiż), u noti oħra addizzjonali dwarhom. |
L-Għodda u l-Attività tal-Biedja: Il-Varjazzjoni Terminoloġika
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Biedja, bidwi | 270-294 | Agrikultura | Lista alfabetika bid-definizzjoni taʼ Aquilina, dik tar-riċerkatriċi, u tifsiriet oħra. Tinkludi wkoll termini ekwivalenti u xi kummenti. |
Glossarju taʼ (Ingliż-Malti) dwar il-Psikoloġija Klinika
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Psikoloġija klinika | 15-145 | Saħħa u Mediċina | Glossarju fʼordni alfabetika taʼ 287 terminu Ingliż-Malti, definizzjoni Ingliża-Maltija taʼ kull terminu, kwotazzjoni Ingliża-Maltija biex tixref l-użu tiegħu fil-kuntest, u noti dwar l-għażla tat-terminu nnifsu. Minn paġna 155 sa 169 hemm il-lista sempliċi Ingliż-Malti-Ingliż tat-termini kollha rriċerkati. |
Is-Sengħa tal-Inbid: Dokumentazzjoni u Glossarju
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Inbid, dielja/dwieli, għeneb | 60-87 | Xogħol u Snajjaʼ, Ikel u Tisjir, Agrikultura | Lista alfabetika taʼ 131 terminu bit-tifsira tad-dizzjunarju, dik skont il-kultivatur, u r-ritratti biex jikkonsolidaw lill-istess kunċetti. |
Traduzzjoni tar-Regoli tan-Netbol Segwita minn Glossarju li Jiġbor l-Aktar Termini Użati fʼDan il-Qasam Sportiv
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Sport, netball/netbol | 170-172 | Sport u Rikreazzjoni | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 65 terminu dwar il-qasam tan-netball. Imbagħad, minn paġna 144 sa 168 hemm glossarju bit-termini u d-definizzjonijiet, bl-Ingliż u bil-Malti. |
| Sport, netball/netbol | 173-175 | Sport u Rikreazzjoni | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ 65 terminu dwar il-qasam tan-netball. Imbagħad, minn paġna 144 sa 168 hemm glossarju bit-termini u d-definizzjonijiet, bl-Ingliż u bil-Malti. |
A Glossary of Medical Terms Related to Diseases, Disorders and Conditions
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fl-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Saħħa, mediċina, mard, diżordni/diżordnijiet, kundizzjonijijet | 223-232 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 154 terminu mediku. It-tagħrif dettaljat tagħhom, bid-definizzjonijiet tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, is-sors u d-data tal-aċċess għad-definizzjoni Ingliża, u noti oħra dwaru, jinsab fʼpaġni 38-217. |
| Saħħa, mediċina, mard, diżordni/diżordnijiet, kundizzjonijijet | 233-242 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ 154 terminu mediku. It-tagħrif dettaljat tagħhom, bid-definizzjonijiet tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, is-sors u d-data tal-aċċess għad-definizzjoni Ingliża, u noti oħra dwaru, jinsab fʼpaġni 38-217. |
Glossary on Motor Vehicle Technology
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kumment/i ġenerali:
Minn paġna 16 sa 158 ir-riċerkatriċi tiftaħ bʼiktar informazzjoni dwar kull teriminu, bħat-tifsira tiegħu bl-Ingliż u bil-Malti u bʼalternattivi oħra possibbli għalih bil-Malti.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Vettura/vetturi, karozza/karozzi, mutur/muturi | 159-166 | Xjenza u Teknoloġija | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti taʼ 150 terminu. |
| Vettura/vetturi, karozza/karozzi, mutur/muturi | 167-174 | Xjenza u Teknoloġija | Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż taʼ 150 terminu. |
Ir-Reġistru tat-Tisjir tal-Ħelu bl-Ilsien Malti
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Tisjir, ħelu | 8-92 | Ikel u Tisjir | Reġistru. |
Glossarju taʼ Termini Marbuta mal-Apikultura
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fl-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Apikultura, trobbija tan-naħal, naħal/naħla, għodda, naħla l-ferħ, reġina, trobbija tal-irġejjen, metodi ta-sengħa, għasel, mard tan-naħa, għedewwa tan-naħal | 319-326 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | Lista taʼ 165 terminu Ingliż-Malti dwar it-trobbija tan-naħal. Ukoll, fʼpaġni 33-318 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini bl-ekwivalenti Ingliża-Maltija, id-definizzjoni tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, is-sors tat-tifsira Ingliża, eżempju li juri l-użu tat-terminu fʼkuntest Malti, noti oħra bʼtabella tal-iżjed terminu użat minn fost possibbiltajiet oħra, u stampi sbieħ u ddettaljati li jkomplu jfissru lill-istess kunċett. |
| Apikultura, trobbija tan-naħal, naħal/naħla, għodda, naħla l-ferħ, reġina, trobbija tal-irġejjen, metodi ta-sengħa, għasel, mard tan-naħa, għedewwa tan-naħal | 327-334 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | Lista taʼ 165 terminu Malti-Ingliż dwar it-trobbija tan-naħal. Ukoll, fʼpaġni 33-318 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini bl-ekwivalenti Ingliża-Maltija, id-definizzjoni tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, is-sors tat-tifsira Ingliża, eżempju li juri l-użu tat-terminu fʼkuntest Malti, noti oħra bʼtabella tal-iżjed terminu użat minn fost possibbiltajiet oħra, u stampi sbieħ u ddettaljati li jkomplu jfissru lill-istess kunċett. |
A Glossary of Terms Related to Complementary and Alternative Medicine
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fl-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mediċina komplimentarja/kumplimentarja, mediċina alternattiva, kura, terapija | 140-148 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 134 terminu dwar mediċina komplimentarja/alternattiva. Ukoll, fʼpaġni 25-134 hemm tagħrif dettaljat dwar kull terminu, bl-ekwivalenti Ingliża-Maltija, definizzjonijijet bl-Ingliż u bil-Malti, eżempji tal-użu tagħhom fʼkuntest Ingliż u Malti u s-sors tal-kuntest bid-data taʼ meta ġie aċċessat. |
| Mediċina komplimentarja/kumplimentarja, mediċina alternattiva, kura, terapija | 149-157 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ 134 terminu dwar mediċina komplimentarja/alternattiva. Ukoll, fʼpaġni 25-134 hemm tagħrif dettaljat dwar kull terminu, bl-ekwivalenti Ingliża-Maltija, definizzjonijijet bl-Ingliż u bil-Malti, eżempji tal-użu tagħhom fʼkuntest Ingliż u Malti u s-sors tal-kuntest bid-data taʼ meta ġie aċċessat. |
It-Traduzzjoni taʼ Manwal tal-Ewwel Għajnuna u Glossarju tat-Termini Tekniċi
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Saħħa, mediċina, l-ewwel għajnuna/first aid | 90-117 | Saħħa u Mediċina | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti taʼ 55 terminu bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti, is-sors tad-definizzjoni Ingliża, u eżempju tal-użu tat-terminu Malti fʼkuntest. |