Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Julian Zarb
2004

L-Istorja tat-Turiżmu fʼMalta u Għawdex

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 58)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Storja, turiżmu 189-192 Turiżmu u Ospitalità, Storja u Arkeoloġija Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Karmen Tedesco
2000-2010

Insajru maʼ Karmen Tedesco (Vol 1 sa Vol 10)

Pubblikazzjoni:
Malta: Media Centre Publications
Kumment/i ġenerali:
Sensiela taʼ kotba mifruxa fuq għaxar volumi bʼħafna riċetti tal-awtriċi Maltija.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ikel, tisjir, dieta, riċetti — Ikel u Tisjir It-terminoloġija Maltija tinsab mifruxa fit-testi tal-għaxar volumi kollha.
Karmenu Vassallo
1949

Metrika Maltija

Pubblikazzjoni:
Malta: A.C. Aquilina & Co.
Kumment/i ġenerali:
Fi kliem Ġużè Aquilina fid-daħla tal-ktieb, dan il-ktieb jiġbor il-qofol tar-regoli tal-metrika Maltija. Ikompli, li l-kotra taʼ suġġerimenti li Vassallo qed jagħmel fih huma regoli li jiswew ħafna lil kull poeta tradizzjonali, inkluż lil dawk iż-żgħażagħ li jħossuhom imxejrin lejn l-għanja Maltija, kemm bħala kittieba taʼ poeżiji u wkoll bħala qarrejja.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Letteratura, metrika, prosodija, vers, sillaba, aċċent, ritmu/rittmu 7-9 Lingwa U letteratura
Letteratura, metrika, prosodija, sillabi, vers Malti 9-14 Lingwa U letteratura
Letteratura, metrika, prosodija, għamliet taʼ versi bil-Malti 14-21 Lingwa U letteratura
Letteratura, metrika, prosodija, versi magħqudin, versi mżewġin 21-23 Lingwa U letteratura
Letteratura, metrika, prosodija, metru/metri, rima 24-31 Lingwa U letteratura
Letteratura, metrika, prosodija, saffika, karme, ballata romantika jew romanza/rumanza, eleġija, sunett 31-37 Lingwa U letteratura
Letteratura, metrika, prosodija, sunett shakesperjan, salm 38-44 Lingwa U letteratura
Keith Attard
2012

Ballun Pinġut: Ġabra taʼ Espressjonijiet mil-Logħba tal-Futbol

Pubblikazzjoni:
Malta: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti bi sħab mal-Għaqda Ġurnalisti Sport
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li taf il-bidu tagħha minn teżi li kiteb l-awtur fl-2011.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Sports, futbol/football 1-90 Sport u Rikreazzjoni
Keith Attard
2014

Ballun Pinġut 2: Ġabra taʼ Espressjonijiet mil-Logħba tal-Futbol

Pubblikazzjoni:
Malta: Faraxa
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tkompli tkabbar ir-reġistru tal-logħba tal-football.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Sports, futbol/football 25-186 Sport u Rikreazzjoni Fʼpaġni 187-205 il-ktieb jinkludi indiċi tematiku.
Keith Sciberras
2003

L-Arti Barokka fʼMalta

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 50)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Arti, Barokk, pittura, skultura 195-196 Arti, Kultura u Folklor Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Kelinu Vella Haber
1974

Kalendarju tal-Ħxejjex u Ħwawar

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħamrija, demel, żrigħ, taħwil 1-7 Agrikultura
Flora, ħaxix/ħxejjex 8-18 Agrikultura, Flora u Fawna Isem il-ħaxixa u informazzjoni dwarha.
Żrigħ, flora, ħaxix/ħxejjex 19-20 Agrikultura, Flora u Fawna
Flora, tidmil, ħaxix/ħxejjex 21-22 Agrikultura, Flora u Fawna
Flora, riċetti 23-28 Agrikultura, Flora u Fawna, Ikel u Tisjir
Flora, ħwawar 29 Agrikultura, Flora u Fawna, Ikel u Tisjir
Flora, ħaxix/ħxejjex 30 Agrikultura, Flora u Fawna Vokabularju bil-Malti u bl-Ingliż.
Flora, ħaxix/ħxejjex 31 Agrikultura, Flora u Fawna Lista bl-isem tal-ħaxixa, meta tibda u meta tispiċċa.
Kenneth Ellul
1999

Għal Xagħar bʼSaħħtu

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Xagħar, ħasil tax-xagħar, ġilda, xagħra, stili tax-xagħar, għala jaqaʼ x-xagħar, nutriment u saħħtek, prodotti li nużaw, trattament, tnixxif tax-xagħar, kuluri, straightening, nokkla permanenti 13-134 Kura u Sbuħija
Ġilda u xagħra minn ġewwa 48 Kura u Sbuħija, Saħħa u Mediċina Illustrazzjoni bit-termini magħha.
Xagħar 135-137 Kura u Sbuħija Glossarju taʼ terminoloġija bl-Ingliż u definizzjonijiet bil-Malti.
Kenneth Gambin u Noel Buttigieg
2003

Storja tal-Kultura tal-Ikel fʼMalta

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 51)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ikel, kultura, storja, kċina, tisjir 309-313 Ikel u Tisjir, Arti, Kultura u Folklor, Storja u Arkeoloġija Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Kirsty Camilleri (bil-kollaborazzjoni taʼ Ruth Bonnici, Miran Sapiano u Eliza Vella)
2014

English-Maltese Dictionary of Pharmaceutical and Medical Terms

Pubblikazzjoni:
Malta: Midsea Books
Kumment/i ġenerali:
Ġabra unika li tinkludi 15,993 terminu tradott u 18,239 traduzzjoni testwali. Għad li ħafna termini ttieħdu minn sorsi affidabbli, aktar minn nofshom ġew tradotti ġodda. Skont il-Prof. Lilian M. Azzopardi fid-daħla, din il-pubblikazzjoni taf il-ħidma taʼ grupp taʼ riċerkaturi fi ħdan id-Dipartiment tal-Farmaċija ġewwa l-Università taʼ Malta, immexxi mill-Prof. Anthony Serracino-Inglott, fejn ġew identifikati t-termini li jiddeskrivu l-azzjonijiet u l-kwalitajiet tal-mediċini, l-effetti mhux mixtieqa, u l-preżentazzjoni tal-istess farmaċewtiċi. Fiha ħadu sehem numru taʼ studenti tal-farmaċija li evalwaw it-termini u pparteċipaw fʼdin il-ġabra finali. Sal-2007, Eliza Vella ġabret minn ittra A sa E. Warajha, sal-2010, Ruth Bonnici ħadmet fuq ittri L sa K, biex fl-aħħar, Kirsty Camilleri lestiet minn ittra N sa Z u standardizzat ix-xogħol kollu. Kollox beda mill-ħtieġa tal-istandardizzazzjoni tat-termini farmaċewtiċi, bʼmod speċjali fejn tidħol it-talba taʼ traduzzjonijiet bil-Malti taʼ dokumenti li jirrikjedu reġistrazzjoni taʼ prodotti mediċinali fi ħdan il-kuntest regolatorju farmaċewtiku. Hija ġabra li, minbarra lill-pubbliku ġenerali, tiswa ħafna lill-ispiżjara, professjonisti tas-saħħa u individwi oħra li huma involuti fil-preparazzjoni taʼ informazzjoni miktuba bil-Malti.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Mediċina u farmaċija/farmaċewtika 1-218 Saħħa u Mediċina, Xjenza u Teknoloġija Mill-Ingliż għall-Malti.
Mediċina u farmaċija/farmaċewtika 1-218 Saħħa u Mediċina, Xjenza u Teknoloġija Mill-Ingliż għall-Malti.
Lawrence E. Attard
1999

L-Emigrazzjoni Maltija: Is-Seklu Dsatax u Għoxrin

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 8)
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Storja, emigrazzjoni 177 Storja u Arkeoloġija Fʼdin ir-riżorsa l-awtur jiġbor xi termini tekniċi li uża fʼkitbietu. Tinvolvi glossarju taʼ termini bid-definizzjonijiet bil-Malti għalihom.
Lino C. Farrugia
2014

L-Insib għall-Għasafar tal-Passa fil-Gżejjer Maltin bʼEnfasi fuq l-Insib għall-Gamiem

Pubblikazzjoni:
Malta: FKNK
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni indirizzata primarjament għan-nassaba Maltin u Għawdxin. Fiha, l-awtur jikteb dwar din in-namra u jżid magħha diversi stampi biex ikomplu jgħinu fil-fehim tagħha. Fejn tidħol it-terminoloġija Maltija, bi ftit tinqija mit-test, huwa xogħol relevanti ħafna.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Insib, nassab 1-5 Kaċċa u Nsib
Insib fl-istorja 5-25 Kaċċa u Nsib
Insib 26-28 Kaċċa u Nsib
Insib, tipi taʼ nsib 28 Kaċċa u Nsib
Insib, meta jsir 29 Kaċċa u Nsib
Insib, insib ieħor tal-imgħoddi 31 Kaċċa u Nsib
Insib, il-kapaċità u s-sengħa tan-nassab 31 Kaċċa u Nsib
Insib, temp 32-33 Kaċċa u Nsib, Temp u Żmien
Insib, fejn jinsabu l-imnasab 34-35 Kaċċa u Nsib
Insib, il-mansab tradizzjonali 36-37 Kaċċa u Nsib
Insib, insib is-sena kollha 38-39 Kaċċa u Nsib
Insib, armar tal-mansab 42-51 Kaċċa u Nsib
Insib, apparat ieħor li jintuża waqt l-insib 51-57 Kaċċa u Nsib
Insib, apparat ieħor 18-22, 27, 30, 35, 40-41, 43, 47, 50, 525, 456-457 Kaċċa u Nsib Stampi.
Insib, il-mansab 62 Kaċċa u Nsib Illustrazzjoni.
Lino Psaila
2003

Il-Baħar Rasu Iebsa

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Il-ktieb jibda - minn paġna 1 sa 339 - bʼsensiela taʼ stejjer marittimi minn fomm diversi persuni tal-baħar li, bʼqari dettaljat tagħhom, jaf ifiġġu fihom xi termini relatati mal-qasam tal-baħar. Fʼdiversi stejjer minn dawn jispikka wkoll id-djalett.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħut 340-349 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Ismijiet taʼ ħut bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bʼmod xjentifiku
Marittima 350-353 Sajd u Marittima Glossarju taʼ termini marittimi u definizzjonijiet; kliem imfisser.
Lizio Zerafa
1992

Agħraf Pajjiżek — Malta u Għawdex: Il-Ġografija

Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Library Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Ktieb li jappartjeni għas-sensiela tat-tfal (i) Il-Ġografija, (2) In-Natura, (3) L-Ambjent, (4) Ċivika, u (5) Storja.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Univers, pjaneti 1-2 Ġeografija, Astronomija
Univers, mappa tal-Ewropa 3-5 Ġeografija, Astronomija
Blat u art taʼ Malta 6-9 Ġeografija, Ġeoloġija
Klima taʼ Malta, fejn titlaʼ x-xemx, dell, staġuni 10-13 Ġeografija, Temp u Żmien
Agrikultura/agrikoltura fʼMalta, razzett antik Malti 14-17 Ġeografija, Agrikultura
Industrija taʼ Malta 18-23 Ġeografija, Finanzi u Kummerċ
Toroq u trasport taʼ Malta 24-29 Ġeografija, Trasport u Vjaġġar
Bliet u rħula Maltin, tipi taʼ djar 30-37 Ġeografija
Ġografija/ġeografija u ambjent 38 Ġeografija
Pajjiżi u bliet kapitali 39 Ġeografija
Bliet u rħula 40 Ġeografija
Lizio Zerafa
1993

Agħraf Pajjiżek — Malta u Għawdex: In-Natura

Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Library Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Ktieb li jappartjeni għas-sensiela tat-tfal (i) Il-Ġografija, (2) In-Natura, (3) L-Ambjent, (4) Ċivika, u (5) Storja.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Annimali taʼ madwarna vi Flora u Fawna
Flora u fawna, masġar/imsaġar, abitat 6 Flora u Fawna
Flora u fawna, siġra tal-ħarrub, abitat 8 Flora u Fawna
Flora u fawna, wied/widien, abitat 10 Flora u Fawna
Flora u fawna, xagħri, abitat 12 Flora u Fawna
Flora u fawna, sqaqien, abitat 14 Flora u Fawna
Flora u fawna, art li tinħadem/rabaʼ, abitat 16 Flora u Fawna, Agrikultura
Flora u fawna, annimali domestiċi 18 Flora u Fawna
Flora u fawna, ilma ħelu, abitat 20 Flora u Fawna
Flora u fawna, art moxa u mgħaddra, abitat 22 Flora u Fawna
Flora u fawna, blat/xatt, abitat 24 Flora u Fawna
Flora u fawna, bniedem, abitat 26 Flora u Fawna
Flora u fawna, annimali li jgħixu mal-bniedem 28 Flora u Fawna
Flora u fawna li qed nitilfu 32 Flora u Fawna
1 … 15 16 17 18 19 … 26