Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Ġmiel in-Natura
Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Library Ltd.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora u fawna taʼ Malta | 11-97 | Flora u Fawna | |
| Flora u fawna taʼ Malta | 99-100 | Flora u Fawna | Kliem tqil tal-pubblikazzjoni. |
| Flora u fawna taʼ Malta | 101-104 | Flora u Fawna | Lista bil-Malti, bil-Latin u bl-Ingliż tal-ismijiet tal-ispeċi kollha li jissemmew fil-pubblikazzjoni. |
Amfibji, Rettili u Mammiferi
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 39)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali, għandha valur terminoloġiku bʼsaħħtu ħafna, u mgħammra minn għadd taʼ illustrazzjonijiet sbieħ.Tinkludi ħafna informazzjoni dettaljata dwar tliet klassijiet taʼ ħlejjaq: l-amfibji, ir-rettili u l-mammiferi, bl-ismijiet tal-ispeċi differenti li jagħmluhom.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Tqassim tal-annimali, saltna tal-annimali, annimali u ikel | 3-12 | Flora u Fawna | |
| Amfibji, l-ordni anura, żrinġ | 13-120, | Flora u Fawna | Klassifikazzjoni bl-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. |
| Rettili, fekruna/fkieren, gremxul/wiżaʼ/wiżgħa, kamaleont, serp/sriep, lifgħa, teleskopju | 21-92 | Flora u Fawna | |
| Mammiferu/mammiferi, insettivori, qanfud/qniefed, ġurdien/ġrieden, farfett/friefet il-lejl, pippistrell, serotin, noktula, karnivori, ballottra, pinnipedi, bumerini, monka, ċetaċei, denfil/dniefel, psewdorka, orka, baliena/balieni, gabdoll, gerriema, far/firien, ġurdien/ġrieden, fenek/fniek, liebri | 95-186 | Flora u Fawna | |
| Ħarsien tal-amfibji, rettili, mammiferi | 189-205 | Flora u Fawna, Liġi | |
| Amfibji, rettili, mammiferi | 209-222 | Flora u Fawna | Tinkludi lista bil-Malti, l-Latin u l-Ingliż tal-amfibji, rettili u mammiferi li l-fdalijiet tagħhom instabu fil-gżejjer Maltin. |
| Flora u fawna | 225-232 | Flora u Fawna | Speċi barranin li daħlu jew iddaħħlu fil-gżejjer Maltin. |
| Flora u fawna | 233-236 | Flora u Fawna | Tabella bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż tal-ispeċi kollha li jissemmew fil-ktieb. Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. |
L-Istorja tal-Opra fʼMalta (1631-1866)
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 6)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Opra | 175-179 | Mużika | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
L-Istorja tal-Opra fʼMalta (1866-2000)
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 27)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Opra | 333-336 | Mużika | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
The Slugs of the Maltese Islands
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Molluski | 5-11 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv. |
Malta Breeding Bird Atlas 2008
Pubblikazzjoni:
Malta: BirdLife Malta
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar/tajr | 14-85 | Flora u Fawna | Minbarra l-isem bl-Ingliż, bil-Malti u bʼmod xjentifiku, għal kull speċi, l-awturi jagħtu deskrizzjoni ħafifa tagħha, l-imġiba fit-tnissil, tabella tal-popolazzjoni tagħha, stima taʼ kemm-il medda okkupat, id-distribuzzjoni tagħha fl-2008, l-implikazzjonijiet taʼ konservazzjoni, u l-abtitat ewlieni fejn tfaqqas. |
| Għasafar/tajr | 90-91 | Flora u Fawna | Lista kompluta bl-isem Ingliż, Malti u xjentifiku. |
Daqq, Għana u Żfin Malti
Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Strumenti tradizzjonali Maltin, bronja, ċuqlajta, bedbut, rabbaba/żafżafa, żummara, flejguta, tanbur, żaqq, qarn, kitarra, daqqaqa, għana Malti, żfin | 7-43 | Mużika, Arti, Kultura u Folklor | It-terminoloġija bil-Malti tul it-testi tinsab fil-grassett. Ukoll, tinkludi diversi illustrazzjonijiet bit-terminoloġija tal-partijiet tagħhom. |
Musical Instruments of the Maltese Islands: History, Folkways and Traditions
Pubblikazzjoni:
Malta: Fondazzjoni Patrimonju Malti
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni mill-isbaħ dwar l-istrumenti tal-gżejjer Maltin. Tinkludi riċerka dettaljata bl-Ingliż mimlija stampi. Fuq livell terminoloġiku, l-awtriċi tinkludi wkoll il-varjanti tal-ismijiet tal-istrumenti mniżżlin hawnhekk.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għana Malti | 10-11 | Mużika | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv. |
| Strumenti, idjofoni, strumenti li jivvibraw | 21-79 | Mużika | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv. |
| Strumenti, membranofoni, strumenti tal-membrani stirati | 81-125 | Mużika | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv. |
| Strumenti, membranofoni, strumenti tal-membrani stirati, żavżava/żavżova | 106 | Mużika | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Strumenti, kordofoni, strumenti tal-korda | 127-171 | Mużika | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv. |
| Strumenti, arjufoni, strumenti tal-arja | 173-266 | Mużika | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv. |
The Food & Cookery of Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: PAX Books
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ikel, tisjir, riċetti, soppa/sopop | 31-42 | Ikel u Tisjir | |
| Ħut | 49-71 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir, Sajd u Marittima | Ġabra alfabetika taʼ Guido Lanfranco, bil-Malti u bʼlingwi oħra. |
| Ikel, tisjir, riċetti, ħut | 72-83 | Ikel u Tisjir | |
| Ikel, tisjir, riċetti, laħam | 88-115 | Ikel u Tisjir | |
| Ikel, tisjir, riċetti, għaġin, ross | 125-136 | Ikel u Tisjir | |
| Ikel, tisjir, riċetti, ħaxix | 137-163 | Ikel u Tisjir | |
| Ikel, tisjir, riċetti, tnaqqir, ħobż, ħobż biż-żejt, ġobon, pastizzi | 165-184 | Ikel u Tisjir | |
| Frott | 188-189 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Ġabra alfabetika taʼ frott, bil-Malti u bʼlingwi oħra. |
| Ikel, tisjir, riċetti, frott, ħelu | 190-213 | Ikel u Tisjir | |
| Ikel, tisjir, riċetti, zalza/zlazi/zalez | 216-226 | Ikel u Tisjir |
Malta Cananea: Ossia, Investigazioni Filologico-Etimologiche nel Linguaggio Maltese
Pubblikazzjoni:
Malta: Alf. M. Galea Tip. del Malta
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Lingwa | — | Lingwa U letteratura |
Il-Preistorja
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 30)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Preistorja, bini | 133-136 | Storja u Arkeoloġija, Bini u Arkitettura | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Tisjir tad-Deheb (Vol 1)
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ikel, tisjir, dieta, riċetti | — | Ikel u Tisjir | It-terminoloġija bil-Malti tinsab fi ħdan it-test tal-ktieb. |
Platti tad-Deheb (Vol 2)
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ikel, tisjir, dieta, riċetti | — | Ikel u Tisjir | It-terminoloġija bil-Malti tinsab fi ħdan it-test tal-ktieb. |
Dieta tad-Deheb (Vol 3)

Know the Birds
Pubblikazzjoni:
Malta: Giov. Muscat
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni għan-Nature Study Series Nru 1. Tinkludi ħafna tagħrif bl-Ingliż dwar xi għasafar taʼ Malta.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Fawna, għasafar li jbejtu | 3-22 | Flora u Fawna | Tinkludi għadd taʼ illustrazzjonijiet sbieħ taʼ għasafar taʼ Malta. |
| Fawna, għasafar migratorji, għasafar tal-għana | 23-27 | Flora u Fawna |