Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 46
Mario Vassallo
2011

Mġarr Malta: IL-QIEGĦA Interview & re-enactment of Maltese wheat harvesting

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Filmat fʼsit elettroniku 2011 Rabaʼ, biedja, qiegħa, dris Agrikultura Intervista fʼsit elettroniku li Mario Vassallo għamel lil Franġisk, bidwi mill-Imġarr, dwar il-qiegħa. Fiha tispikka ħafna terminoloġija interessanti dwar is-suġġett. Dan il-proġett jagħmel parti mill-festival Trades of Our Fathers li kien sar l-Imġarr Malta fid-9 taʼ Lulju 2011 fis-6 taʼ filgħaxija. pakvim.net/watch/9h0ff77q1jc
Nicholas Galea u Steve Zammit Lupi
2009

Birding in Malta > Birds of Malta

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Lista fʼsit elettroniku 2009 Għasafar Flora u Fawna Riżorsa bl-Ingliż, bil-Malti u bʼmod xjentifiku, li terminoloġikament hija bʼsaħħitha ħafna, tiġbor l-għasafar kollha li ġew irreġistrati fʼMalta. L-awturi qed jaħdmu biex ikun hemm taqsima separata dwar kull għasfur fil-lista bʼdeskrizzjoni qasira tiegħu, l-istatus tiegħu fʼMalta, ritratti, ħsejjes u filmati tiegħu. L-informazzjoni ewlenija dwar dawn l-għasafar qed tinkiseb minn diversi pubblikazzjonijiet antiki, l-aktar dawk taʼ BirdLife Malta, kif ukoll minn database bl-informazzjoni kollha dwar għasafar rari miġbura minn Raymond Galea. Hija lista li tikkonsisti minn 392 speċi bl-istatus lokali (komuni, rari, eċċ.) taʼ kull wieħed. birdinginmalta.com/birdspecies.htm
Samuel Cutajar

It-Temp Madwarna

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2016- Temp, klima Temp u Żmien Paġna li tinvolvi ħafna tagħrif interessanti dwar it-temp madwar il-Gżejjer Maltin. Hija paġna affidabbli li tbassar it-temp bi spjegazzjonijiet ċari bil-Malti u bʼterminoloġija mħaddma kif suppost. Hija waħda mill-aqwa riżorsi preżenti tat-tip tagħha. Fiha wkoll għadd ġmielu taʼ filmati interessanti dwar l-istess qasam. facebook.com/tempmadwarna
Paġna fuq Facebook 2022 Temp, klima Temp u Żmien Filmat li jkopri l-ewwel parti taʼ intervent live li sar fid-19 taʼ Awwissu 2022 dwar it-terminoloġija u t-temp. facebook.com/tempmadwarna/videos/602574134798859
Paġna fuq Facebook 2022 Temp, klima Temp u Żmien Filmat li jkopri t-tieni parti taʼ intervent live li sar fis-26 taʼ Awwissu 2022 dwar it-terminoloġija u t-temp. facebook.com/tempmadwarna/videos/3257981031126802
Simon Vella Gregory
2016

YouTube > Il-Baqar u l-Produzzjoni tal-Ħalib

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Filmat fʼsit elettroniku 2016 Baqar, produzzjoni tal-ħalib Agrikultura Filmat informattiv, li jagħmel parti mill-programm televiżv Lokali u Bnin, dwar il-baqar u l-produzzjoni tal-ħalib ġewwa r-razzett taʼ Victor Abela fʼĦal Għaxaq. youtube.com/watch?v=iA68d-3VQmc
Simon Vella Gregory
2016

YouTube > It-Tkabbir tal-Għeneb u l-Produzzjoni tal-Inbid

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Filmat informattiv fuq YouTube 2016 Tkabbir tal-għeneb, produzzjoni tal-inbid Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Filmat informattiv, li jagħmel parti mill-programm televiżv Lokali u Bnin, dwar it-tkabbir tal-għeneb u l-produzzjoni tal-inbid. youtube.com/watch?v=HHYAcW6y9sQ
Simon Vella Gregory
2016

YouTube > Iċ-Ċanga Maltija

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Filmat fʼsit elettroniku 2016 Ċanga Maltija Agrikultura Filmat informattiv, li jagħmel parti mill-programm televiżv Lokali u Bnin, dwar iċ-ċanga Maltija ġewwa r-razzett taʼ Victor Abela fʼĦal Għaxaq. youtube.com/watch?v=utRVlRKNH7M
Soċjetà Agrarja taʼ Malta 1844
2015

Facebook > The Agrarian Society of Malta

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2015 Bhejjem, annimali, ħxejjex, frott, baqar, żwiemel, dwieb, bgħula, ħmir, mogħoż, nagħaġ, majjal, klieb, ċereali, ful, piżelli, żrieragħ, tajjar u suf, għasel, xemaʼ, ġobon, kunservi, foraġġi bil-qatta, fniek, għodda u karrettuni tal-biedja, tjur u ħamiem Agrikultura, Flora u Fawna Paġna fuq Facebook, li fit-taqsimiet tal-kompetizzjonijiet hemm listi (xi drabi bʼmod bilingwi Malti-Ingliż) taʼ sezzjonijiet differenti, kollha relatati mal-aspett agrarju fʼMalta, li jiġu organizzati għall-wirjiet tal-Imnarja mis-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. HIja paġna li tagħha kien jeżisti sit elettroniku li llum mʼgħadux attiv. facebook.com/profile.php?id=100066512530592
Stephen Mifsud u Thomas Cassar
2002-2022

Malta Wild Plants > Funghi and Fauna of Malta

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Tabelli informattivi fʼsit elettroniku 2002-2022 Flora u fawna taʼ Malta Flora u Fawna Riżorsa bl-Ingliż li tinkludi ħafna riċerka dwar il-flora u l-fawna tal-gżejjer Maltin. Fiha, l-awturi jipprovaw jiġbru l-ħafna dokumentazzjoni li teżisti dwar dan il-qasam fil-kuntest Malti u jippreżentawh bʼmod interattiv bʼħafna ritratti sbieħ. Fost l-oħrajn, tinkludi glossarju botaniku bl-Ingliż. Fil-fatt, it-termini li wieħed isib fʼdan is-sit aktarx huma bl-Ingliż u l-Latin. Biss, fʼtaqsima minnhom, il-kreaturi tas-sit jittrattaw bʼmod organizzat il-fawna u l-fungi fʼMalta fejn hemmhekk jippreżentaw ukoll, fejn jeżistu, it-termini Maltin. Għall-għanijiet taʼ din ir-riċerka, qed niddokumenta biss din il-parti. It-termini li wieħed isib fʼdan is-sit huma aktarx bl-Ingliż, ħlief għall-unika taqsima li qed niddokumenta hawnhekk. maltawildplants.com/fauna.php
Temi Zammit
—

Facebook > St Paulʼs Catacombs

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Ritratt minn manuskritt — Moħriet Xogħol u Snajjaʼ Stampa taʼ moħriet, bit-terminoloġija bil-Malti tal-partijiet tiegħu, meħuda mill-ktieb tan-noti taʼ Sir Temi Zammit. Riżorsa bħal din turi kemm Zammit ħadem maʼ għadd taʼ bdiewa li għenuh jibni r-riċerka arkeoloġika tiegħu. facebook.com/profile/100064529956654/search/?q=temi%20zammit
Victor Falzon
2018

Birds of Malta: A Memory Game

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha
Logħba karti 2018 Għasafar/tajr taʼ Malta Flora u Fawna Logħba karti li tibbaża fuq il-memorja, maħruġa minn BirdLife Malta, u tikkonsisti minn 25 speċi taʼ għasfur/tajra tal-gżejjer Maltin, bl-isem Ingliż u Malti għal kull speċi. Il-kunċett warajha huwa taʼ Antaia Christou u prodotta minn Gianmarco Santirocco. L-iskop warajha hu li jitqabblu r-raġel u l-mara taʼ kull speċi billi jitqiegħdu l-karti wiċċhom ʼl isfel u dak li jkun irid jiftakar fejn jinsabu l-istess pari. Min jgħaqqad l-iżjed ammont taʼ pari, ovvjament, jirbaħ il-logħba. Sintendi, logħba bħal din tinkludi għadd taʼ illustrazzjonijiet sbieħ taʼ għasafar illustrati mill-istess disinjatur li ħadimha, Victor Falzon.
Vincent Galea
2021

YouTube > Malti-Mt > In-Nomenklatura Ekkleżjastika

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Filmat fuq YouTube 2021 Reliġjon, knisja, ilbies sagru, armar, liturġija Reliġjon, Ilbies Taħdita li saret fil-11 taʼ Mejju 2021, tal-proġett dwar it-Tradizzjoni Orali mmexxi mid-Dipartiment tal-Malti bil-fondi tar-riċerka tal-Università taʼ Malta u bl-appoġġ tal-Klabb Kotba Maltin. Fiha, Galea jitkellem dwar reġistru marbut mal-knejjes, l-ilbies tal-qassisin u reliġjużi, u ħwejjeġ li jintlibsu waqt il-funzjonijiet. youtube.com/watch?v=DkKHOHSrK3o
Wikimedia Community Malta
2022

Wikipedija > Lista tal-Għasafar taʼ Malta

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Lista fʼsit elettroniku 2022 Għasafar taʼ Malta Flora u Fawna Lista tal-ispeċi tal-għasafar li jidhru fʼMalta, bit-terminoloġija Maltija u xjentifika, kif ukoll bʼgħadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. mt.wikipedia.org/wiki/Lista_tal-g%C4%A7asafar_ta%27_Malta
—
2008

YouTube > BirdLife Malta

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sensiela taʼ filmati informattivi miġburin fi stazzjon fuq YouTube 2008 Għasafar, ornitoloġija, natura Flora u Fawna, Ġeografija Dan huwa l-post fejn wieħed isib l-ikbar ammont taʼ filmati mtellgħa minn BirdLife Malta. youtube.com/@BirdLifeMT
—
2011

Archived: MMSA – Medical Education

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2011 Organi, partijiet tal-ġisem, mard, kundizzjonijiet, għajn, ħalq Saħħa u Mediċina L-istudenti tal-mediċina fl-Università taʼ Malta ħadmu fuq sett taʼ infografiċi bil-Malti li jittrattaw xi termini mediċi bil-Malti. Dawn jinsabu fit-taqsima tar-ritratti tal-paġna uffiċjali tagħhom tal-Facebook, paġna li llum hija arkivjata. Uħud minn dawn l-istampi ddisinjatahom Leah Govè. facebook.com/mmsa.scome
—
2012

Facebook > Ġonna Maltin

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Grupp fuq Facebook 2012 Agrikoltura/agrikultura, flora Agrikultura, Flora u Fawna Grupp fuq Facebook, ikkultivat minn xi dilettanti, li jittratta oqsma differenti tal-agrikultura Maltija. facebook.com/gonnamaltin
1 2 3 4