Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Natalie Portelli
2002

Il-Ħwawar u Kif Tużahom

Pubblikazzjoni:
Malta: Bieb Bieb
Kumment/i ġenerali:
Ġabra taʼ tagħrif utli dwar 60 tip taʼ ħwawar u l-għażla u l-użu tagħhom fʼaktar minn 70 riċetta faċli.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħwawar, herbs 5-6 Flora u Fawna, Ikel u Tisjir Lista bilingwi Ingliż-Malti taʼ ħwawar. Imbagħad, fʼpaġni 7-15 hemm ftit tagħrif dwar kull tip li jissemma.
Natalino Fenech
2010

A Complete Guide to the Birds of Malta

Pubblikazzjoni:
Malta: Midesea Books Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni bl-Ingliż li tesplora tajjeb ħafna il-qasam tal-ornitoloġija Maltija. Il-ktieb huwa maqsum fʼżewġ taqsimiet. Fl-ewwel parti, l-awtur jittratta fʼsebaʼ kapitli l-għasfur fʼoqsma differenti tal-ħajja, bħall-Istorja, il-flus u l-arti, fost l-oħrajn. Fit-tieni taqsima, l-awtur joħloq klassifkazzjoni dettaljata tal-ispeċi kollha rrekordjati fil-gżejjer Maltin. Fuq livell terminoloġiku, din tal-aħħar hija relevanti ħafna.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Għasafar bil-lingwaġġ popolari 51-53 Flora u Fawna Bil-Malti u bl-Ingliż.
Mappa taʼ Malta u Għawdex 54 Flora u Fawna
Għasafar fʼxogħlijiet bikrin 74 Flora u Fawna
Għasafar 107 Flora u Fawna Bil-Malti u bl-Ingliż.
Għasafar taʼ Malta 197-394 Flora u Fawna Klassifikazzjoni bl-Ingliż, bʼmod xjentifiku u bil-Malti
Għasafar fil-proverbji/qwiel 395-402 Flora u Fawna, Lingwa U letteratura, Arti, Kultura u Folklor Il-qwiel mogħtija hawnhekk ingħataw minn Victor J. Galea minn Għawdex.
Għasafar fil-kunjomijiet 405-406 Flora u Fawna, Arti, Kultura u Folklor
Natalino Fenech
2017

Birds of the Maltese Islands

Pubblikazzjoni:
Malta: BDL
Kumment/i ġenerali:
Dan il-ktieb bl-Ingliż jelenka 463 speċi taʼ għasafar irreġistrati fil-gżejjer Maltin. Ukoll, l-awtur jikkwota l-letteratura ornitoloġika kollha eżsitenti u jelenka 32 speċi ġodda oħra rreġistrati mill-2010. Din il-pubblikazzjoni tagħmel part mis-sensiela Nature Guide.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Għasafar/tajr fil-gżejjer Maltin 15-274 Flora u Fawna Klassifikazzjoni bl-Ingliż, bʼmod xjentifiku, u bil-Malti tal-għasafar kollha tal-gżejjer Maltin. Għal kull għasfur, wieħed isib silta qasira taʼ natura informattiva u ritratti sbieħ għal kull speċi.
Għasafar/tajr fil-gżejjer Maltin 277-279 Indiċi tal-ismijiet xjentifiċi.
Għasafar/tajr fil-gżejjer Maltin 281-283 Flora u Fawna Indiċi tal-ismijiet Maltin. Għal kull terminu bil-Malti hemm referenza tal-paġna fejn l-informazzjoni ddettaljata dwaru tinsab fil-ktieb.
Għasafar/tajr fil-gżejjer Maltin 285-287 Indiċi tal-ismijiet bl-Ingliż.
Nicola Ardoino
1928

Gli Uccelli di Malta: Elenco Sinottico

Pubblikazzjoni:
Malta: Soċjetà Storika-Xjentifika Maltija
Kumment/i ġenerali:
Xogħol taʼ Nicola Ardoino ppubblikat wara mewtu li ġrat fl-1903. Jinkludi daħla bijografika taʼ Giuseppe Despott (1879-1936).
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Għasafar/tajr taʼ Malta 5-27 Flora u Fawna Lista taʼ 281 speċi taʼ għasfur/tajra bl-isem xjentifiku u Malti, kif ukoll ftit tagħrif dwar kull kunċett, bħax-xahar meta dan jidher fil-gżejjer tagħna u jekk hux rari jew le.
Għasafar/tajr taʼ Malta 31-34 Flora u Fawna Indiċi alfabetiku tal-ismijiet Maltin kollha tal-għasafar li jissemmew fir-riċerka.
Ninu Cremona
—

Ħxejjex taʼ Mediċina Popolari fil-Gżejjer taʼ Malta u Għawdex

Pubblikazzjoni:
Malta: l-awtur; mhux ippubblikat
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Mediċina popolari, ħxejjex 2-4 Saħħa u Mediċina, Flora u Fawna Bil-Malti.
Mediċina popolari, ħxejjex 5-7 Saħħa u Mediċina, Flora u Fawna Bl-Isqalli u bil-Malti.
Ninu Cremona
—

La Terminologia Popolare della Botanica Maltese / La Nomenclatura Popolare sulla Botanica Maltese

Pubblikazzjoni:
Malta: l-awtur, manuskritt
Kumment/i ġenerali:
Huwa manuskritt miktub minn Cremona li għadu qiegħed jistenna l-proċess taʼ traskrizzjoni. Fih jinkludi nomenklatura interessanti dwar il-botanika Maltija li ftit li xejn tingħaraf mill-għajnejn fraġli tal-bniedem minħabba li jinsab miktub bl-idejn.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Botanika, pjanti 1-154 Flora u Fawna
Ninu Cremona
1960

Tifsir il-Kliem fl-Ewwel Ktieb taʼ Ħrejjef, Stejjer u Kitba Oħra taʼ Sir Temi Zammit

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Press
Kumment/i ġenerali:
Tifsir taʼ kliem u espressjonijiet li jinsabu fʼdawn il-kitbiet tal-awtur: Il-Ħmar tas-Sienja; Ir-Regħba; Ferħa bla Temma; Ir-Rebħa taʼ Pupull; Mhux Dejjem Tiġi Żewġ; In-Nemla u l-Werżieq; L-Arloġġ tal-Baxa; Kelb Rieqed La Tqajmux; Il-Ħalliel Misruq; Il-Għali Jkun Imsiefer; Il-Bawxata tas-Sur Feliċ; Il-Għorab; Iż-Żrinġ u l-Barri; Il-Flus tal-Ħares; Mastru Ġakbu; Nefqa Żgħira u Fejda Kbira; Ix-Xiħ u l-Mewt; Nies Bla Sabar; Ix-Xemx, Id-Dinja u l-Istaġuni; L-Ilma tax-Xita; L-Ilma Li Nixorbu; Ir-Riħ; Is-Saħara; It-Tromba; L-Eklissi; Kif l-Isponoż Jimxu; Il-Milied; Lapsi; Għodod tal-Biedja; L-Imsella taʼ Kleopatra; Tas-Sliema u San Ġiljan; Kelmtejn fuq it-Tħejjija għall-Assedju l-Kbir.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Kelma/kliem, frażijiet, espressjonijiet, idjoma/idjomi, tifsir, letteratura, letteratura popolari, ħrafa/ħrejjef, storja/stejjer 1-22 Lingwa U letteratura, Arti, Kultura u Folklor
Ninu Cremona
1964

Maltese Technical Terminology: Agricultural, Nautical and Fishing Terms Including a Supplementary List of Insects and Plant Pests (Vol 1)

Pubblikazzjoni:
Malta: l-awtur; mhux ippubblikat
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Partijiet tal-moħriet u l-moħriet taż-żewġ 1-2 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Għodda u termini tal-biedja u r-rabaʼ 3-10 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Tnissil, tilqim, taħwil u tisqija taʼ siġar tal-frott u tal-agrumi 10-12 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ, Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Għeżiq u tidmil 12 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Żabra 12-13 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Mard u parassiti tas-siġar tal-frott u tal-agrumi 13-28 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ, Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Mard tal-qamħ 29 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ, Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Kultivazzjoni tad-dwieli 29-33 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ, Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Biedja u bhejjem 33-34 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ, Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Ħamrija/sfuf tal-art 34 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ, Ġeoloġija Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Ġeoloġija 34a-35 Ġeoloġija, Agrikultura Bl-Ingliż u bil-Malti.
Biedja 36-38 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Kaċċa u nsib 38 Kaċċa u Nsib Bil-Malti u bl-Ingliż.
Għana tal-għasafar 38 Flora u Fawna Bil-Malti.
Għodod tas-sajd 40-41, 49-50 Sajd u Marittima Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan. Tinkludi xi illustrazzjonijiet.
Sajd u ħut 42-49 Sajd u Marittima Bil-Malti. Tinkludi xi illustrazzjonijiet.
Navigazzjoni, bastimenti, dgħajjes tal-qlugħ, tal-ġiri, tas-sajd u tat-tagħbija 52-68 Sajd u Marittima, Ġeografija Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Bini taʼ bastimenti u dgħajjes tal-qlugħ u bʼmanuvra sħiħa, u aċċessorji 68-73 Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Mard u parassiti tal-fungi, ħxejjex, insetti u pjanti 74-88 Flora u Fawna Bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bil-Franċiż/bit-Taljan/bl-Ingliż.
Friefet u baħrijiet/lepidoptera 89-118 Flora u Fawna Lista bl-Ingliż/l-isem botaniku, bil-Malti u bit-Taljan.
Navigazzjoni, boxxla tal-irjieħ 119-120 Ġeografija Bil-Malti u bl-Ingliż.
Navigazzjoni, direzzjonijiet tal-irjieħ 121-123 Ġeografija Bl-Ingliż, bil-Malti u bit-Taljan.
Ninu Cremona
1966

Maltese Technical Terminology: Entomological, Ornithological and Ichthyological Maltese Terms (Vol 2)

Pubblikazzjoni:
Malta: l-awtur; mhux ippubblikat
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, annulata 3 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, arachnida/araknidi 3-5 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, actinozoa 5 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, holothurioidea 5 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, crustacea/krustaċi 5-7 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, chinodermata/ekinodermi 7-8 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, insecta/insetti 8-17 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, coccidae 17-25 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, myriapoda/mirjapodi 26 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, mollusca/molluski 27-36 Flora u Fawna, Sajd u Marittima Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, mammalia/mammiferi 37-40 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u speċi oħra tal-art/terrestri, reptilia/rettili 40-41 Flora u Fawna Bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Insetti u iżjed speċi, lepidoptera, collopters, u iżjed 42-45 Flora u Fawna Addenda bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Għasafar, ornitoloġija 46-78 Flora u Fawna Ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Ħut, iktijoloġija 79-107 Flora u Fawna, Sajd u Marittima Ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
Fawna taʼ Malta 108-127 Flora u Fawna Indiċi alfabetiku tal-ismijiet Maltin bin-numru taʼ referenza fejn jissemmew fil-bqija tal-kitba.
Fawna taʼ Malta 128-130 Flora u Fawna Indiċi alfabetiku tal-addenda tal-ismijiet Maltin bin-numru taʼ referenza fejn jissemmew fil-bqija tal-kitba.
Oliver Friggieri
1986

L-Idea tal-Letteratura: Daħla għall-Istudju tal-Arti tal-Kelma

Pubblikazzjoni:
Malta: Pubblikazzjoni Bugelli
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Letteratura, termini letterarji 79-90 Lingwa U letteratura Glossarju taʼ termini letterarji, bit-termini u d-definizzjonijiet bil-Malti.
Oliver Friggieri
2001

L-Istorja tal-Poeżija Maltija

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 29)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Letteratura, poeżija 135-138 Lingwa U letteratura Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Oliver Friggieri
2010

Dizzjunarju taʼ Termini Letterarji: Teorija, Metrika, Stilistika bʼEżempji mil-Letteratura Maltija

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Fiha, l-awtur fassal waħdu terminoloġija sħiħa għall-kamp letterarju Malti.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Letteratura, termini letterarji 13-897 Lingwa U letteratura
Patrick J. Schembri u Alfred E. Baldacchino
1998

Ilma, Blat u Ħajja: Is-Sisien tal-Ambjent Naturali Malti

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Publishers Ltd.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Saffi tal-blat 19 Ġeoloġija
Ħamrija, tipi taʼ ħamrija fil-gżejjer Maltin 39 Ġeoloġija, Ġeografija
Bijoċenożi, veġetazzjoni 51-65 Flora u Fawna
Fawna tal-art 66-70 Flora u Fawna
Fawna tal-baħar u taʼ max-xatt 71-76 Flora u Fawna
Ġeoloġija, flora, fawna, ilma, blat, ħajja, ambjenti, natura 89-92 Ġeoloġija, Flora u Fawna Glossarju bid-definizzjonijiet.
Ġeoloġija, flora, fawna, ilma, blat, ħajja, ambjenti, natura 97-102 Ġeoloġija, Flora u Fawna Bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż.
Paul Borg
1932

The Lepidoptera of the Maltese Islands

Pubblikazzjoni:
Malta: Government Printing Office
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Farfett/friefet, baħrijiet, lepidoptera 1-25 Flora u Fawna Klassifikazzjoni bl-Ingliż dwar il-lepidoptera Maltija. Fiha terminoloġija xjentifika, bit-Taljan, bl-Ingliż u bil-Malti.
Paul Bugeja
1956

Kif Titkellem bl-Ingliż: Dizzjunarju Malti-Ingliż

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Dizzjunarju prattiku maħdum bl-intenzjoni li jgħallem. Mibni mill-Kaptan Pawlu Bugeja li kien organizzatur għat-tagħlim tal-kbar.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Staġuni, xhur, ġranet, żmien u ħin 12-13 Temp u Żmien Bil-Malti u bl-Ingliż.
Boxxla 13 Temp u Żmien Bil-Malti u bl-Ingliż.
Flus, piżijiet u kejl, numri, numri rumani 13-16 Matematika Bil-Malti u bl-Ingliż.
Festi ewlenin 16-17 Arti, Kultura u Folklor Bil-Malti u bl-Ingliż.
Pajjiżi u nies tagħhom 17-18 Ġeografija Bil-Malti u bl-Ingliż.
Arti, snajjaʼ, professjonijiet, għodod 98-108 Xogħol u Snajjaʼ Bil-Malti u bl-Ingliż.
1 … 18 19 20 21 22 … 26