Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Paul P. Borg
2000

Snajjaʼ u Xogħol il-Maltin (Volum 1)

Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni, li tkompli fit-tieni volum, taʼ natura kulturali, etnografika, u informattiva, u jittrattaw diversi snajjaʼ u xogħlijiet Maltin li llum qed jinqatgħu. Huma mibnijin minn għadd taʼ intervisti li l-awtur għamel maʼ diversi persuni tax-xogħol, fejn fʼuħud minnhom jispikka d-djalett tagħhom. Fʼdan is-sens, fʼkull intervista li taqra tistaʼ ssib termini bil-Malti ġo fiha, riżorsi li kieku nikklassifikahom bi stilla waħda (*). Biss, jien għażilt li dawn ma niddokumentahomx iżda minflok iffukajt biss fuq riżorsi li fihom it-terminoloġija Maltija hija iżjed evidenti għax grafikament hija magħżula u strutturata. Fil-fatt, ħafna mir-riżorsi li qiegħed niddokumenta hawnhekk jinkludu stampi bit-termini magħhom.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Moħriet qadim 89 Xogħol u Snajjaʼ
Moħriet ġdid 89 Xogħol u Snajjaʼ
Moħriet taʼ żewġ bhejjem 91 Xogħol u Snajjaʼ
Moħriet taż-żewġ 91 Xogħol u Snajjaʼ
Xedd il-bhejjem tat-tagħbija, tagħmir 97 Xogħol u Snajjaʼ
Għażiq bil-bank 102-103 Xogħol u Snajjaʼ
Ħajt tas-sejjieħ 122-123 Xogħol u Snajjaʼ
Sienja 134 Xogħol u Snajjaʼ
Nassa tal-arżnell 184 Xogħol u Snajjaʼ, Sajd u Marittima
Nassa tal-vopi 185 Xogħol u Snajjaʼ, Sajd u Marittima
Sieq iż-żiemel għan-nagħla, mill-ġenb u minn taħt 195 Xogħol u Snajjaʼ
Tipi taʼ kolonni 213 Xogħol u Snajjaʼ, Bini u Arkitettura
Barriera 221 Xogħol u Snajjaʼ
Spnar u ċapep 222 Xogħol u Snajjaʼ
Ħofor għall-furnelli 228 Xogħol u Snajjaʼ
Deffun 249 Xogħol u Snajjaʼ
Tagħmir iż-żiemel, serkin 278 Xogħol u Snajjaʼ
Dgħajsa Maltija, frejgatina 288 Xogħol u Snajjaʼ, Sajd u Marittima
Dgħajsa Maltija, użin 290 Xogħol u Snajjaʼ, Sajd u Marittima
Dgħajsa Maltija, pruwa 292 Xogħol u Snajjaʼ, Sajd u Marittima
Dgħajsa Maltija, poppa 293 Xogħol u Snajjaʼ, Sajd u Marittima
Dqiq, magna tat-tħin 353 Xogħol u Snajjaʼ
Dqiq, għarbiel tad-dqiq 355 Xogħol u Snajjaʼ
Dqiq, l-aħħar għeriebel 357 Xogħol u Snajjaʼ
Ilma żahar, lampik 402 Xogħol u Snajjaʼ
Sikkina taʼ Għawdex 410-411 Xogħol u Snajjaʼ
Piroteknika, murtal 497 Xogħol u Snajjaʼ, Sport u Rikreazzjoni
Piroteknika, berqa 498 Xogħol u Snajjaʼ, Sport u Rikreazzjoni
Paul P. Borg
2001

Snajjaʼ u Xogħol il-Maltin (Volum 2)

Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni, li tkompli mal-ewwel volum, taʼ natura kulturali, etnografika, u informattiva, u jittrattaw diversi snajjaʼ u xogħlijiet Maltin li llum qed jinqatgħu. Huma mibnijin minn għadd taʼ intervisti li l-awtur għamel maʼ diversi persuni tax-xogħol, fejn fʼuħud minnhom jispikka d-djalett tagħhom. Fʼdan is-sens, fʼkull intervista li taqra tistaʼ ssib termini bil-Malti ġo fiha, riżorsi li kieku nikklassifikahom bi stilla waħda (*). Biss, jien għażilt li dawn ma niddokumentahomx iżda minflok iffukajt biss fuq riżorsi li fihom it-terminoloġija Maltija hija iżjed evidenti għax grafikament hija magħżula u strutturata. Fil-fatt, ħafna mir-riżorsi li qiegħed niddokumenta hawnhekk jinkludu stampi bit-termini magħhom.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Partijiet tal-mitħna 55-58 Xogħol u Snajjaʼ Riżorsa li tinkludi lista taʼ termini bid-definizzjoni tagħhom.Tinkludi wkoll illustrazzjoni dettaljata.
Skarpan, tipi taʼ xwejjef, xifa 126 Xogħol u Snajjaʼ
Skarpan, rabta tal-lanżita mal-ispaga 129 Xogħol u Snajjaʼ
Tagħmir żiemel, arneż 144-147 Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura Dawn it-tliet riżorsi jinkludu lista taʼ termini bid-definizzjoni tagħhom. Jinkludu wkoll illustrazzjonijiet dettaljati.
Tagħmir iż-żiemel, tustiera 148-149 Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura Dawn it-tliet riżorsi jinkludu lista taʼ termini bid-definizzjoni tagħhom. Jinkludu wkoll illustrazzjonijiet dettaljati.
Tagħmir iż-żiemel, sidra 149-151 Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura Dawn it-tliet riżorsi jinkludu lista taʼ termini bid-definizzjoni tagħhom. Jinkludu wkoll illustrazzjonijiet dettaljati.
Kaċċatur, skartoċċ 223 Kaċċa u Nsib
Sajd, kopp tal-ixkal 287 Sajd u Marittima
Sajd, gangmu tal-ħbula 288 Sajd u Marittima
Sajd, tartarun 288 Sajd u Marittima
Xemaʼ, xemgħa tar-rota 306 Xogħol u Snajjaʼ
Xemaʼ, xemgħa tal-molla 308 Xogħol u Snajjaʼ
Paul P. Borg
2007

Nismagħhem jgħidu … : Snajjaʼ, Għajdut u Karattri mill-Ħajja Maltija (Volum 1)

Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni, li tkompli fit-tieni volum, taʼ natura kulturali, etnografika, u informattiva, u jittrattaw diversi snajjaʼ, xogħlijiet Maltin li qed jinqatgħu, għajdut u karattri mill-ħajja Maltija. Huma mibnijin minn għadd taʼ intervisti li l-awtur għamel maʼ diversi persuni, fejn fʼuħud minnhom jispikka d-djalett tagħhom. Fʼdan is-sens, fʼkull intervista li taqra tistaʼ ssib termini bil-Malti ġo fiha, riżorsi li kieku nikklassifikahom bi stilla waħda (*). Biss, jien għażilt li dawn ma niddokumentahomx iżda minflok iffukajt biss fuq riżorsi li fihom it-terminoloġija Maltija hija iżjed evidenti għax grafikament hija magħżula u strutturata. Fil-fatt, ħafna mir-riżorsi li qiegħed niddokumenta hawnhekk jinkludu stampi bit-termini magħhom.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Żafżafa 320 Mużika
Flejguta 321 Mużika
Suffara 321 Mużika
Kejl u qisien, bottijiet li kienu jintużaw bħala kejl fil-ħwienet tax-xorb fl-imgħoddi 347 Matematika, Xogħol u Snajjaʼ
Paul P. Borg
2012

Nismagħhem jgħidu … : Snajjaʼ, Għajdut u Karattri mill-Ħajja Maltija (Volum 2)

Pubblikazzjoni:
Malta: PEG
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni, li tkompli mal-ewwel volum, taʼ natura kulturali, etnografika, u informattiva, u jittrattaw diversi snajjaʼ, xogħlijiet Maltin li qed jinqatgħu, għajdut u karattri mill-ħajja Maltija. Huma mibnijin minn għadd taʼ intervisti li l-awtur għamel maʼ diversi persuni, fejn fʼuħud minnhom jispikka d-djalett tagħhom. Fʼdan is-sens, fʼkull intervista li taqra tistaʼ ssib termini bil-Malti ġo fiha, riżorsi li kieku nikklassifikahom bi stilla waħda (*). Biss, jien għażilt li dawn ma niddokumentahomx iżda minflok iffukajt biss fuq riżorsi li fihom it-terminoloġija Maltija hija iżjed evidenti għax grafikament hija magħżula u strutturata. Fil-fatt, ħafna mir-riżorsi li qiegħed niddokumenta hawnhekk jinkludu stampi bit-termini magħhom.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Karrettuni, xatba tal-karrettun tal-idejn 367 Xogħol u Snajjaʼ
Karrettuni, gulvi għall-karrettun tal-passiġġata 367 Xogħol u Snajjaʼ
Karrettuni, gulvu u l-imgħażel 368 Xogħol u Snajjaʼ
Karrettuni, buttun 370 Xogħol u Snajjaʼ
Karrettun, krikk 371 Xogħol u Snajjaʼ
Mużika, kitarra 479-480 Mużika
Xogħol u snajjaʼ tal-imgħoddi 522-531 Xogħol u Snajjaʼ Xi kelmiet u termini speċjali.
Xogħol u snajjaʼ tal-imgħoddi 532-559 Xogħol u Snajjaʼ Indiċi.
Paul Portelli
2008

Habitat Maltaʼs Natural Heritage

Pubblikazzjoni:
Malta: Allied Publications
Kumment/i ġenerali:
Kitba bl-Ingliż, mgħammara bʼdiversi ritratti sbieħ, dwar il-flora u l-fawna tal-Gżejjer Maltin.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Fungi, likeni, flora, fawna 1-125 Flora u Fawna L-ismijiet tal-ispeċi huma bl-Ingliż, bil-Malti u bʼmod xjentifiku,
Paul Sammut
2000

Il-Lepidoptera

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 12)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni taʼ interess terminoloġiku qawwi ħafna. Għad li ħafna mill-kliem muftieħ hawnhekk jirreferi għal superfamilji bil-Latin, fil-kitba taʼ Sammut hemm ħafna terminoloġija bil-Malti. Il-ktieb huwa għani ħafna wkoll fejn jidħlu l-illustrazzjonijiet, speċjalment fʼnofsu, fejn wieħed isib 436 figura taʼ tipi differenti taʼ friefet u baħrijiet, bil-kulur.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Flora u fawna, antropodi, insetti 1-4 Flora u Fawna
Flora u fawna, friefet u baħrijiet, anatomija esterna taʼ farfett, sieq taʼ farfett, il-ġwienaħ taʼ farfett, qxur, xagħat taʼ farfett, glandoli, pupa taʼ farfett 7-22 Flora u Fawna Din ir-riżorsa tinvolvi għadd sabiħ taʼ illustrazzjonijiet dettaljati bit-termini Maltin magħhom.
Friefet u baħrijiet, mill-Hepialoidea sas-Sesioidea 33-64 Flora u Fawna Nomenklatura.
Friefet u baħrijiet, mill-Cossoidea sal-Choreutoidea 65-80 Flora u Fawna Nomenklatura.
Friefet u baħrijiet, Alucitoidea u Pterophoroidea 81-90 Flora u Fawna Nomenklatura.
Friefet u baħrijiet, Pyraloidea 91-124 Flora u Fawna Nomenklatura.
Friefet u baħrijiet, mil-Lasiocampoidea sas-Sphingoidea 125-132 Flora u Fawna Nomenklatura.
Friefet u baħrijiet, Hesperioidea u Papilionoidea 133-148 Flora u Fawna Nomenklatura.
Friefet u baħrijiet, Geometroidea 149-166 Flora u Fawna Nomenklatura.
Friefet u baħrijiet, Noctuoidea 167-211 Flora u Fawna Nomenklatura.
Flora u fawna, friefet u baħrijiet 221-223 Flora u Fawna Fʼdin ir-riżorsa l-awtur jiġbor xi termini tekniċi li uża fʼkitbietu. Tinvolvi glossarju taʼ termini bid-definizzjonijiet bil-Malti għalihom.
Friefet u baħrijiet 225-237 Indiċi taʼ ismijiet xjentifiċi, bil-Latin. L-ismijiet jikkorrispondu mal-illustrazzjonijiet bil-kulur tan-nofs.
Friefet u baħrijiet 239-245 Flora u Fawna Indiċi taʼ ismijiet bil-Malti. L-ismijiet jikkorrispondu mal-illustrazzjonijiet bil-kulur tan-nofs.
Paul Sammut (Tradut.)
2009

L-Oriġini tal-Ispeċi (taʼ Charles Robert Darwin)

Pubblikazzjoni:
Malta: Wise Owl Publication
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Flora u fawna 347-357 Flora u Fawna Glossarju alfabetiku bil-Malti tat-termini prinċipali użati fil-kitba taʼ Darwin, glossarju li nkiteb grazzi għas-Sur W. S. Dallas sabiex, bʼmod sempliċi, jgħin lill-qarrejja jifhmu ċerti termini użati fil-kitba tat-test.
Pawlu Mizzi (Illust. George Apap)
2020

Mill-Qamħa sal-Furnar: Il-Ħobż Malti: Xogħol il-Bidwi, it-Taħħan u l-Furnar

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Il-partijiet tal-qamħa 10-11 Agrikultura Illustrazzjonijiet bit-termini Maltin magħha.
Għodda tal-bidwi 16-17 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ
Partijiet tal-mitħna, minn barra u minn ġewwa 20-21 Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjonijiet bit-termini Maltin magħha.
Warda tar-riħ/irjieħ 26 Temp u Żmien
Forom tal-ħobż Malti 36-37 Xogħol u Snajjaʼ
Partijiet tal-kaxxa tal-ħobż 44 Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjonijiet bit-termini Maltin magħha.
Valur nutrittiv tal-ħobż Malti 48 Xogħol u Snajjaʼ, Saħħa u Mediċina
Peter A. Caruana
1969

Tkattir tal-Pjanti

Pubblikazzjoni:
Malta: National Press
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Qsari fid-djar 7-9 Agrikultura, Flora u Fawna
Għażla taʼ pjanti 10-12 Agrikultura, Flora u Fawna
Qsari, reċipjenti 13-16 Agrikultura, Flora u Fawna
Ħamrija 17-19 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, ħtieġa 20-23 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, tnissil 24-26 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, saħħa 27-29 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, kura 30-32 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, xhur sħan 33-38 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, kundizzjonijiet, għaliex 39-42 Agrikultura, Flora u Fawna
Nemel mal-pjanti 43 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, mewt 44-46 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, mard 47-49 Agrikultura, Flora u Fawna
Pjanti, asparagus, aspidistra, begonia, begonia rex, ċiklami, dalja, felċi, pjanti tal-ficus, fuxa, galletti, ġiżimin, ġwejnaħ l-anġlu ħadra, ġwejnaħ l-anġlu ħamra, ortensja, palm, pappagalli, philodendron, poinsettia, qronfol, sansevieria, sardinell, sinjorina, stella maris (stillarja), vinca, ward, xamaʼ 50-99 Agrikultura, Flora u Fawna
Ħaxix/ħxejjex 100 Agrikultura, Flora u Fawna Lista taʼ ħxejjex u ż-żmien tagħhom.
Frott 101 Agrikultura, Flora u Fawna Listaʼ taʼ frott u ż-żmien tiegħu.
Peter A. Caruana
1990

Pjanti fil-Qsari

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Dan il-ktieb bil-Malti huwa stupend għal min jixtieq ikabbar il-pjanti fil-qsari tiegħu bʼmod san. Huwa manwal tajjeb, miktub fʼMalti mexxej, minn awtur midħla sew tas-suġġett. Ħafna mill-informazzjoni li fih ma ddokumentajthiex hawnhekk - għax ma rajtx il-bżonn - iżda żammejt biss il-listi terminoloġiċi bil-Malti li Caruana jelenka fil-pubblikazzjoni tiegħu.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Pjanti/xtieli, mard tal-pjanti/xtieli 75-86 Flora u Fawna, Agrikultura
Pjanti/xtieli 123-125 Flora u Fawna, Agrikultura Lista li tinkludi 75 pjanta fil-qasrija. Għal kull pjanta hemm l-isem tekniku u dak Malti, it-tip taʼ dawl li għandha bżonn, l-ammont taʼ ilma li tixrob, tgħixx fis-sħana jew fil-frisk, il-livell taʼ umdità li għandha bżonn, u l-grad taʼ diffikultà biex tkabbarha (F=faċli, M=moderat, D=diffiċli). Kull pjanta msemmija hawnhekk hemm ritratt ċkejken tagħha fʼpaġni 115 sa 122.
Peter A. Caruana
1997

Siġar u Pjanti: Kalendarju taʼ Żrigħ, Taħwil u Tagħrif Ieħor li Għandu Jsir Kull Xahar

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Permezz taʼ dal-ktieb, l-awtur jagħti lid-dilettanti t-tagħrif meħtieġ taʼ kif u meta għandhom jiżirgħu, iħawlu, ibixxu u ħwejjeġ oħra li għandhom ikunu jafu matul kull xahar fit-tkabbir tas-siġar u l-pjanti fil-Gżejjer Maltin.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħamrija, blat 9-16 Agrikultura
Żabra 31, 101 Agrikultura Kif issir iż-żabra.
Mediċini u bexx 61-63 Agrikultura
Pjanti mnissla mill-basla jew mill-għeruq 106 Agrikultura, Flora u Fawna Lista bl-isem tekniku u bil-Malti; tinkludi wkoll ix-xahar meta trid tħawwilha/tofroqha u jekk tridx ambjent xemxi jew delli.
Pjanti annwali 107-108 Agrikultura, Flora u Fawna Lista bl-iem tekniku u bil-Malti; tinkludi wkoll ix-xahar meta trid tiżraʼ/tħawwel.
Pjanti għall-qsari 109-110 Agrikultura, Flora u Fawna Lista bl-isem tekniku u bil-Malti; tinkludi wkoll ix-xahar meta trid tiżragħha/tħawwilha, xʼtip taʼ ħamrija għandha bżonn, u jekk tridx ambjent xemxi jew delli.
Ħaxix/ħxejjex 111 Agrikultura, Flora u Fawna Lista bl-isem Malti tal-ħaxix, ix-xahar meta trid tiżragħha u dak meta trid tħawwilha.
Peter A. Caruana
2001

Għarfien il-Pjanti

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Pjanti/xtieli 1-399 Flora u Fawna, Agrikultura Riżorsa rikka mimlija tagħrif xjentifku u riċerkat dwar pjanti differenti. L-informazzjoni tvarja minn tagħrif dwar l-oriġini tal-ismijiet tal-pjanti, id-dawl, it-temperatura u l-ilma li jkollhom bżonn, it-tnissil u t-tkabbir tagħhom, il-kompost li għandu jintuża għalihom, il-mard li jistaʼ jkollhom, u l-insetti li jaf jattakkawhom, fost l-oħrajn. Dan it-tagħrif huwa mgħammar ukoll minn stampi bojod u suwed u, fʼnofs il-ktieb, bʼoħrajn bil-kulur. Jekk wieħed jifli t-test bir-reqqa aktarx isib ukoll varjazzjonijiet bil-Malti tal-istess ismijiet tal-pjanti, ngħidu aħna, id-denb il-qattus l-awtur jirreferi għaliha wkoll bħala akalifa.
Pjanti/xtieli 400-407 Flora u Fawna, Agrikultura Fʼdin it-tabella dettaljata, bl-isem xjentifiku, dak Malti u Ingliż, hemm ġabra sħiħa tal-ismijiet tal-pjanti fil-ktieb. Wieħed jistaʼ jsib l-isem taʼ nisel il-pjanti, dak bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Fiha hemm miġbur ukoll it-tnissil taʼ kull pjanta, iż-żmien tagħha u l-familja tagħha. Ukoll, hemm referenza għall-paġna fejn l-informazzjoni taʼ kull pjanta tinstab fil-ktieb.
Peter A. Caruana
2003

Siġar tal-Frott

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħamrija 6-13 Flora u Fawna, Agrikultura
Werqa 49 Flora u Fawna, Agrikultura Illustrazzjoni bit-termini magħha.
Siġar taċ-ċitru, lumi, limetta, mandolin, bergamott, xadokk, larinġ Ġappuniż, larinġ qares, lumiċell, mard 60-94 Flora u Fawna, Agrikultura
Siġar, tilqim 86 Flora u Fawna, Agrikultura
Frott irqiq, berquq, damaskina, għajnbaqar, ħawħ, lanġas, lewż, nuċiprisk, pruna, tuffieħ, anżalori, avokada, banana, ċirasa, fomm il-lipp, ġellewż, ġewż, gwava, kaki, kiwi, naspla, papaja, pekan, pistaċċa, qastan, rummien, sfarġel, żinżel, żnuber, żorba, bajtar tax-xewk, ċawsli, dielja, ħarrub, tamar/palm, tin, tuta, żebbuġ, bħajra, dulliegħ/dolliegħ 95-310 Flora u Fawna, Agrikultura
Flora u fawna 318-323 Flora u Fawna, Agrikultura Lista bl-isem Malti u bʼmod xjentifiku.
Peter Agius
2010

It-Traduzzjoni tal-Liġi Ewropea: Gwida għall-Prattikanti, Noti u Materjali

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Publishing
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Lingwa, traduzzjoni, liġi Ewropea 197-227 Lingwa U letteratura Ġabra alfabetika taʼ terminoloġija li saret mill-awtur bil-kontribut taʼ kollegi mis-servizzi tal-istituzzjonijiet differenti bejn il-perjodu tal-2002 u l-2008. Fiha ġew imniżżla dawk it-termini li jistgħu jkunu suġġetti għal inkonsistenzi jew misinterpretazzjoni.
Peter Calamatta
2000

Mediterranean Gardens: With an Emphasis on Maltese Gardens

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Flora u fawna 122-123 Flora u Fawna Lista bl-isem botaniku, Ingliż, u Malti. Tinkludi wkoll il-pajjiż minn fejn oriġinat l-ispeċi.
1 … 19 20 21 22 23 … 26