Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Peter Calamatta
2016

Maltese Plants in the Bible

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Għal kull pjanta li tissemma fʼdin il-pubblikazzjoni, l-awtur jikteb dwar il-karatteristiċi botaniċi tagħha u ftit kuntest bibliku dwarha. Hija riċerka mimlija stampi sbieħ.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Flora, pjanti li jissemmew fil-Bibbja, siġar 4-169 Flora u Fawna, Reliġjon Hemm referenza tal-isem xjentifiku, Ingliż u Malti tal-pjanta.
Pierre J. Mejlak (Addatt.) (Illust. David Hancock)
2005

Enċiklopedija għat-Tfal

Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Library Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Enċiklopedija bl-Ingliż, ippubblikata minn Usborne Publishing Ltd. fl-2002, li ġiet addattata għall-Malti fl-2005 minn Pierre J. Mejlak bl-għajnuna taʼ Mario Cassar, Pietru Pawl Vella u Trevor Żahra. Hija riżorsa bil-Malti sabiħa ħafna għat-tfal, maqsuma fʼoqsma varji taʼ interess (id-dinja tagħna, annimali u pjanti, kif jaħdem ġismek, storja, kif jgħixu n-nies, xjenza, kif jaħdmu l-affarijiet, spazju, mapep tad-dinja) u mżejna bʼħafna illustrazzjonijiet sbieħ. Reġgħet ġiet stampata mill-ġdid fl-2010.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Għadam, muskoli 102-103 Saħħa u Mediċina Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Intern/ġewwieni tal-bniedem, ikel 104-105 Saħħa u Mediċina Illustrazzjoni bit-terminoloġija u l-ispjega magħha.
Xjenza, teknoloġija 212 Xjenza u Teknoloġija Lista taʼ kliem xjentifiku bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Arloġġi, mekkaniżmu 214-215 Xjenza u Teknoloġija Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Karozzi, muturi, 234-235 Xjenza u Teknoloġija Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Spazju, univers 280 Astronomija Lista taʼ kliem spazjali bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Mappa tad-dinja, ambjenti tad-dinja, Amerka taʼ Fuq, Amerka taʼ Isfel, Asja, Afrika, Ewropa, oċeani, bnadar tad-dinja, fatti u primati 284-305 Ġeografija Illustrazzjonijiet dettaljati.
Qamar 306 Astronomija Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha.
Pierre Mallia
2004

Kelma mat-Tabib

Pubblikazzjoni:
Malta: Bioethnic Centre
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Qalb, pressjoni, zokkor, puplesija, asma u mard ieħor tal-pulmun, tilqim, mard trażmess sesswalment, ġebla fil-kliewi, mara, sider, isemear test, ostjoporosi, prostata, dipressjoni/diprexxin/despression, psikoloġija 1-117 Saħħa u Mediċina It-terminoloġija bil-Malti tinsab kollha fi ħdan it-test.
Pietru Pawl Castagna
1888

Lis Storia Ta Malta Bil Gzejer Tahha (Vol 1, l-ewwel u t-tielet parti)

Pubblikazzjoni:
Malta: Midesea Books Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Din l-Istorja taʼ Malta nkitbet bejn l-1865 u l-1866. Hija l-ewwel tat-tip tagħha miktuba bil-Malti u serviet taʼ punt taʼ referenza għal ħafna. Dan ix-xogħol jinqasam fi tlieta: (i) analiżi xjentifika tal-ġeoloġija, il-ġeografija/ġografija u t-toponomija tal-gżejjer Maltin, (ii) rakkont fʼordni kronoloġika tal-Istorja soċjali u politika tal-poplu Malti, u (iii) lista tal-personalitajiet Maltin importanti, l-oqsma kulturali speċjalizzati fihom, u xi noti bijografiċi dwarhom. Fil-fatt, dan l-ewwel volum jinkludi l-appendiċi tal-1890 li jinvolvi t-tielet parti taʼ ħidmet Castagna.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Agrikultura/agrikoltura, rabaʼ, moxa, qbiela, biedja 230-252 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Riżorsa dwar l-agrikultura u dak kollu relatat magħha.
Botanika, pjanti, siġar, prodotti tar-rabaʼ, ħaxix/ħxejjex, frott, fjuri, kalendarju agrikolu 253-288 Agrikultura, Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ Riżorsa dwar il-botanika u dak kollu relatat magħha.
Temp, klimatoloġija, klima, riħ/irjieħ, tempesti, terremoti, mard, mappa taʼ Malta 296-322 Temp u Żmien, Ġeografija Tinkludi mappa taʼ Malta
Żooloġija, fawna, ħut, tajr/għasafar, annimali 323-346 Flora u Fawna Ladarba hija riżorsa li tinkludi tabelli bl-ismijiet Maltin u bl-osservazzjonijiet tal-awtur dwar l-ispeċi, qiegħed niddokumentaha bi tliet stilel.
Drawwiet u tradizzjonijiet Maltin, reliġjon, lingwa, divertimenti, użanzi Maltin, żwieġ, il-koċċa, il-ħġejjeġ, lapsi, l-Imnarja, il-luq, id-debħa, l-istampi, il-karenza, il-funerali 346-374 Arti, Kultura u Folklor
Pietru Pawl Castagna
1890

Lis Storia Ta Malta Bil Gzejer Tahha (Vol 2, it-tieni parti)

Pubblikazzjoni:
Malta: Midesea Books Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Dan it-tieni volum jinkludi t-tieni parti taʼ ħidmet Castagna li tkopri rakkont fʼordni kronoloġika tal-istorja soċjali u politika tal-poplu Malti.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Storja tal-gżejjer Maltin, l-ewwel nies fʼpajjiżna, il-Griegi, il-Kartaġiniżi, ir-Rumani, l-Imperu tal-Orjent, is-Saraċini, in-Normanni, it-Tedeski, l-Anġuvini, l-Aragoniżi, l-Ordni taʼ San Ġwann/il-Kavallieri, il-Franċiżi, l-Ingliżi 1-498 Storja u Arkeoloġija
Pietru Pawl Saydon
1931

Tifsir il-Kliem fil-Kotba: Ġenesi, Eżodu, Levitiku, Numri, Dewterinomju

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Kitba li tispjega għadd taʼ kliem Malti fit-traduzzjoni taʼ Saydon tat-Testment l-Antik. It-traduttur iniżżel iċ-ċitazzjonijiet bibliċi fejn dan il-kliem jinsab.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Reliġjon, Bibbja, Testment Antik, Ġenesi, Eżodu, Levitiku, Numri, Dewterinomju 1-17 Reliġjon
R. L. Casolani
1938

L-Ewwel Għajnuna lil Min Ikorri

Pubblikazzjoni:
Malta: Assoċjazzjoni tax-Xirka tal-Ambulanza taʼ San Ġwann
Kumment/i ġenerali:
Traduzzjoni bil-Malti tad-39 edizzjoni tal-Ewwel Għajnuna li kienet ħarġet fl-1937 mill-Assoċjazzjoni tax-Xirka tal-Ambulanza taʼ San Ġwann (St. John Ambulance) taʼ Londra. Kif inhu miktub fid-daħla, Franġisk Saver Caruana u Ninu Cremona taw daqqa tʼid lill-awtur (li kien surġent) fejn tidħol l-ortografija Maltija taʼ dan il-ktejjeb. Hija t-tielet edizzjoni (1938) tal-ktieb wara dik tal-Professur Temi Zammit (1934) u tal-Kurunell Richard P. Sammut (1916).
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
L-ewwel għajnuna, ġisem, anatomija, shock/reqet ir-ruħ, medikaturi, faxex, ksur tal-għadam, ħsara tal-għaksijiet u tal-muskoli, mixi tad-demm/ċirkulazzjoni/ċirkolazzjoni, feriti u telf tad-demm, nifs/respirazzjoni, sistema nervuża, telf tas-sensi, veleni, ħsarat oħra, eżaminazzjoni, korrimenti, kif iġġorr lil min ikorri 1-255 Saħħa u Mediċina Kitba bil-Malti li fi ħdanha tinkludi xi terminoloġija interessanti dwar il-qasam tas-saħħa u l-mediċina, bʼmod speċjali dik tal-ewwel għajnuna. Ħafna mill-istampi taʼ din l-edizzjoni (it-tielet waħda), huma ritratti meħudin fuq il-veru.
Reginald Vella Tomlin
1960

Glimpses of Natural Science in an Eighteenth Century Manuscript

Pubblikazzjoni:
Malta: Giov. Muscat & Co. Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Dan l-istudju, hawn miktub għalih, deher fir-rivista Melita Historica (ippubblikat mis-Soċjetà tal-Istorja taʼ Malta) volum 3, numru 1.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Flora taʼ Malta 9-52 Flora u Fawna Lista alfabetika bl-ismijiet bit-Taljan, bil-Malti u bl-Ingliż taʼ xi speċi taʼ flora.
Renato Dulbecco u Riccardo Chiaberge (Trad. Joseph L. Grech)
1992

L-Inġinieri tal-Ħajja

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Xjenza, teknoloġija, inġinerija, saħħa, mediċina, kimika 118-122 Xjenza u Teknoloġija, Saħħa u Mediċina Glossarju alfabetiku bʼterminoloġija u t-tifsir għaliha bil-Malti.
René Carabott
1991

It-Trobbija tal-Fniek

Pubblikazzjoni:
Malta: Peresso Press Ltd.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Fniek/fenek 1-159 Agrikultura It-terminoloġija bil-Malti tinsab fi ħdan it-test tal-ktieb.
René Zahra
2012

Kaktus u Sukkulenti Oħra

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 79)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali. L-ismijiet tal-kaktus u s-sukkulenti li jissemmew fiha huma kollha bʼmod xjentifiku.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Kaktus, Areola 107 Flora u Fawna Il-partijiet tagħha.
Kaktus, sukkulenti 229-230 Flora u Fawna Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Richard J. Caruana
2002

L-Istorja tal-Avjazzjoni fʼMalta

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 40)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Avjazzjoni, ajruplani 221-223 Trasport u Vjaġġar Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Rio Sammut
2001

Mediterranean Sea Fishes (Central Region)

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Minn paġna 1 sa pġna 179 il-ktieb jnkludi klassifikazzjoni dettaljata ħafna tal-ħut, bʼstampi u ismijiet bʼmod xjentifiku, bl-Ingliż (E), bit-Taljan (I) u bil-Malti (M). Fl-indiċi tal-ktieb (minn paġna 190 sa 203) wieħed isib t-terminoloġija Maltija fil-korsiv li ssemmiet fil-ktieb.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħut 1-179 Flora u Fawna, Sajd u Marittima Klassifkazzjoni.
Ħut 190-203 Flora u Fawna, Sajd u Marittima Indiċi.
Rio Sammut
2010

Immorru Nistadu: Gwida għas-Sajd fl-Ibħra Maltin

Pubblikazzjoni:
Malta: BDL
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni, mimlija ritratti u illustrazzjonijijet, li sservi taʼ gwida għal min jixtieq jistad fl-ibħra Maltin.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Sajd 6-14 Sajd u Marittima Introduzzjoni.
Sajd, storja 15-22 Sajd u Marittima, Storja u Arkeoloġija
Karatteristiċi tal-ħut u tipi taʼ ħut, anatomija, l-għadajjar tal-ilma baħar, ħut li jħobb ir-ramel, ħut li jgħix fil-meded taʼ Posedonja, ħut li jħobb il-blat, ħut tas-sikek, ħut tal-baħar miftuħ 23-42 Sajd u Marittima, Flora u Fawna
Anatomija taʼ ħuta 24 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha.
Metodi taʼ sajd u tagħmir, sajjieda professjonali, xbieki, parit u għażel, xbieki tal-lampuki, xbieki tat-tonn, xbieki tat-tkarkir, konzijiet, konzijiet tal-wiċċ, konzijiet tal-qiegħ, nases/nassi, nases/nassi tal-qiegħ, nases/nassi tal-vopi, rixa, akkwakultura 43-52 Sajd u Marittima
Metodi taʼ sajd u tagħmir, sajjieda professjonali, tunnara, tartarun, xibka tat-tkarkir, konzijiet tal-wiċċ/qiegħ 45-48 Sajd u Marittima Ilustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Metodi taʼ sajd u tagħmir, sajjieda dilettanti, xbieki, parit u għażel, it-terrieħa, konzijiet, il-konz tal-wiċċ, l-imrejkba, il-konz tal-qiegħ, nases/nassi, rixa, rixa tal-ħut kbir, rixa taʼ daqs medju, rixa żgħira, rixa tal-klamari, il-ħiel, gangmu, forok, qasba, ħarpun u ganċ, kopp, akkwakultura 53-64 Sajd u Marittima
Metodi taʼ sajd u tagħmir, sajjieda dilettanti, parit, nassa tal-arznell 53, 57 Sajd u Marittima Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Is-sajd fil-baħar 65-70 Sajd u Marittima
Irkaptu tad-dilettanti u professjonisti, qasab, żamm il-qasba, irkiekel, xolfa u rbit ieħor, monofilamenti, dacron, braid, għoqod, wajer, laneċ, ċimi u ħbula, ferretti, ħgiega, snanar, jigheads, kulpara, ħiel, lixka, sufruni, boċċa, forok, indikaturi oħra, ċomb, għaddasa tal-ġwienaħ, koppijiet, il-gangmu, barrada, froxxna, ganċ, lampara, xbieki, terrieħa, parit, għażel tal-qiegħ/wiċċ, tartarun, xibka, nases, tunnara, konzijiet, konz tal-qiegħ, konz tal-wiċċ, imrejkba, konz tat-tonn u l-pixxispad, downrigger, apparat tal-għadis, maskra, flipers, libsa tal-lastiku, ċinturin biċ-ċomb, baqa bil-ħolqa u ħabel, sikkina bil-but, ħarpun, ganċ tal-qarnit, kamera taʼ taħt l-ilma, ċilindri tal-arja, dgħajjes, dgħajjes tas-sajd, dgħajjes tar-rixa, dingijiet, dgħajjes tal-ġiri (speedboats), dgħajjes tal-qlugħ, laneċ tas-sajd, aċċessorji. kaxex u boroż, ħwejjeġ, oġġetti oħra 70-139 Sajd u Marittima
Irkaptu tad-dilettanti u professjonisti, żpartijiet taʼ snanar, armar taʼ xolfa bis-snanar, użu tal-gangmu, kannizzata tal-lampuki, imrejkba ordinarja, downrigger 85, 86, 106, 114, 121, 122 Sajd u Marittima Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Postijiet għas-sajd, blat/moll, ramla, mid-dgħajsa 140-143 Sajd u Marittima
Teknika tas-sajd, it-tfal, il-kbar, sajd bil-qasba, taħt l-ilma, pariri siewja 144-152 Sajd u Marittima
Listi taʼ ħut bʼkaratteristiċi varji, ħut tal-qiegħ, tal-wiċċ u nofs ilma, taʼ billejl, tal-passa, tar-rixa, tal-ħarpun, mhedded bl-estinzjoni, perikoluż, tajjeb għall-vaska, li jittiekel 153-159 Sajd u Marittima, Flora u Fawna
Kura tal-ħut maqbud 160-162 Sajd u Marittima
Tisjir tal-ħut 163-181 Sajd u Marittima, Ikel u Tisjir
Sfruttament sostenibbli tal-baħar 182-186 Sajd u Marittima
Tipi taʼ ħut 190-191 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Bil-Malti, bʼmod xjentifiku, bl-Ingliż.
Ruben Zahra
2006

A Guide to Maltese Folk Music

Pubblikazzjoni:
Malta: PBS
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Strumenti tradizzjonali, żaqq, żummara, flejguta/fifra, tanbur, żafżafa, kitarra, għana, kuntradanza, parata 8-36 Mużika, Arti, Kultura u Folklor Tinkludi diversi illustrazzjonijiet sbieħ bit-terminoloġija Maltija tal-partijiet taʼ xi strumenti tradizzjonali Maltin.
1 … 20 21 22 23 24 … 26