Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
L-Ambjent Naturali tal-Gżejjer Maltin
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 45)
Kumment/i ġenerali:
Għad li t-terminoloġija fʼdin il-pubblikazzjoni mhix rappreżentata fil-beraħ bʼtabelli, jekk wieħed jaqra u jifli sew it-testi informattivi li fiha, jistaʼ jsib ħafna termini bil-Malti dwar il-qasam.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Blat tal-gżejjer Maltin u l-forom tagħhom | 19-26 | Ġeoloġija |
| Fawna tal-gżejjer Maltin, speċi | 61-66 | Flora u Fawna |
| Ekosistemi tal-gżejjer Maltin | 69-78 | Flora u Fawna, Ġeografija |
| Għadajjar tal-ilma ħelu, u annimali | 79-90 | Flora u Fawna, Ġeografija |
| Bwar (Bjar) salmastri | 91-100 | Ġeografija, Bini u Arkitettura |
| Xtut imsawra mill-blat u mrammla | 101-113 | Ġeografija, Ġeoloġija |
| Irdumijiet u l-komunitajiet rupestrali | 115-120 | Ġeografija |
| Żrieraq tat-tafal | 121-124 | Ġeografija |
| Komunitajiet tar-rabaʼ | 125-130 | Ġeografija, Agrikultura |
| Widien | 131-148 | Ġeografija |
| Ambjent u impatt tal-bniedem fuqu | 149-165 | Ġeografija |
Vokabularju Tematiku: Malti-Franċiż
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni bʼmadwar 3000 kelma bażika li għandhom jgħinu lill-istudenti li qed jitgħallmu l-Franċiż fuq livell Ordinarju.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Numri, numri prinċipali, numri ordinali, numri kollettivi, frazzjonijiet/fractions, kwantità, piż, volum, qies/qisien | 1-6 | Matematika |
| Kuluri | 6 | Arti, Kultura u Folklor |
| Metall, materjal, konsistenza | 7-9 | Xogħol u Snajjaʼ |
| Forma, daqs | 9-10 | Matematika |
| Mistoqsijiet, tislija/tislijiet, qbiel, ċaħda/ċaħdiet, ringrazzjament, skuża/skużi, kif inti | 10-12 | Soċjetà u Soċjoloġija |
| Informazzjoni personali, isem, età, nazzjonalità, indirizz, telefon/telefown/telephone, karattru, interessi, familja, qraba, twelid, żgħżoja, irġulija, xjuħija | 13-19 | Soċjetà u Soċjoloġija |
| Ġisem uman, ġisem, sensi, vista, xamm, smigħ, togħma, mess, deskrizzjoni, aspett fiżiku | 20-23 | Saħħa u Mediċina, Kura u Sbuħija |
| Saħħa, mard, kien marid, kellu wġigħ | 24-25 | Saħħa u Mediċina |
| Ilbies, aċċessorji, ġojjelli | 26-27 | Ilbies |
| Ikel, tisjir, platti, ikliet, kolazzjon/breakfast, pranzu, taʼ waranofsinhar, ċena, menù, starters/antipasti, ħut, laħam, tjur, sajran, ħwawar, ħaxix tal-ikel, frott, deżerta, xorb | 28-35 | Ikel u Tisjir, Flora u Fawna |
| Dar, tipi taʼ djar, kostruzzjoni, kmamar, kamra tas-sodda, kamra tal-ikel, kċina, salott, kamra tal-banju, xogħol tad-dar, garaxx, karozza, rota, mutur, għodda, ġnien, annimali fid-dar | 36-45 | Bini u Arkitettura, Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura |
| Skola, klassi, materjal skolastiku, suġġetti tal-iskola, xjenza, letteratura, storja, ġeografija/ġografija, lingwi, grammatika, punteġġjatura, lezzjoni, eżami, student | 46-54 | Edukazzjoni, Xjenza u Teknoloġija, Lingwa U letteratura |
| Skola, klassi, materjal skolastiku, suġġetti tal-iskola, xjenza, letteratura, storja, ġeografija/ġografija, lingwi, grammatika, punteġġjatura, lezzjoni, eżami, student | 46-54 | Storja u Arkeoloġija, Ġeografija |
| Żmien, ħin, mument, sekonda, ħin, jum, ġurnata, ġranet tal-ġimgħa, ġimgħa, xhur tas-sena, xahar, sena/snin, data/dati, illum, ilbieraħ, għada, rutina taʼ kuljum, staġuni, temp | 55-67 | Temp u Żmien |
| Xogħol, fabbrika, ħaddiem, salarju, professjonijiet, snajjaʼ servizzi pubbliċi, bank, posta, telefon/telefown/telephone, knisja, uffiċċju, qorti, għassa tal-pulizija, servizz tat-tifi tan-nar, armata, flotta, armata tal-ajru, sptar | 68-78 | Xogħol u Snajjaʼ, Saħħa u Mediċina |
| Ħin liberu, sports, sports tax-xitwa, atletika, sports tal-baħar, sajd, passatempi, logħob, lettura, mużika, radju, televixin/television, ħbieb, diskoteka/disco, ċinema, teatru | 79-87 | Sport u Rikreazzjoni, Sajd u Marittima, Arti, Kultura u Folklor |
| Vaganzi, vjaġġ, mezzi tal-vjaġġ, trasport, ajruplan, tren/train, karozza, karozza tal-linja, taxi/taksi, metrò, bliet pajjiżi, kamping/camping, lukanda, xatt il-baħar, muntanja, divertiment, attrazzjonijiet, sitrazzjonijiet, żoo/żu, ċirku, fiera/fieri | 88-101 | Sport u Rikreazzjoni, Trasport u Vjaġġar, Ġeografija |
| Belt, bini, triq, distanza, pożizzjoni, tabelli | 102-108 | Bini u Arkitettura, Ġeografija |
| Xiri, ħanut/ħwienet, ikel, tal-merċa, tal-ħobż, tal-frott, tal-ħaxix, tal-laħam, tas-salami, tal-ħut, tal-ħalib, tal-pasti, tal-ħelu, tax-xorb, tal-ħwejjeġ, ilbies, drapp, taż-żraben, rigali, tas-suvenirs/souvenirs, tad-diski, tal-affarijiet tal-logħob, tad-deheb, tal-fwieħa, tat-tabakk, tal-fjuri, tal-lapsijiet, librerija, tal-affarijiet elettriċi, tal-elettronika, tal-affarijiet fotografiċi, tar-ritratti, taż-żebgħa | 109-119 | Xogħol u Snajjaʼ, Ilbies, Xjenza u Teknoloġija |
| Xiri, ħanut/ħwienet, ikel, tal-merċa, tal-ħobż, tal-frott, tal-ħaxix, tal-laħam, tas-salami, tal-ħut, tal-ħalib, tal-pasti, tal-ħelu, tax-xorb, tal-ħwejjeġ, ilbies, drapp, taż-żraben, rigali, tas-suvenirs/souvenirs, tad-diski, tal-affarijiet tal-logħob, tad-deheb, tal-fwieħa, tat-tabakk, tal-fjuri, tal-lapsijiet, librerija, tal-affarijiet elettriċi, tal-elettronika, tal-affarijiet fotografiċi, tar-ritratti, taż-żebgħa | 109-119 | Bini u Arkitettura, Sport u Rikreazzjoni |
| Kampanja, għalqa/għelieqi, nies tal-kampanja, għodda tar-rabaʼ, prodotti tar-trabaʼ, razzett/irziezet, annimali domestiċi, ġnien/ġonna, fjuri, ħaxix tal-ikel, siġar tal-frott, frott, foresta, siġar, annimali selvaġġi, għasafar, insetti | 120-128 | Agrikultura, Flora u Fawna |
The Fishing Industry in Malta: Past, Present, Future
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN
Kumment/i ġenerali:
Il-ktieb, miktub bl-Ingliż, għandu bażi storika bʼsaħħitha ħafna dwar is-settur tas-sajd. Biss, tul kapitli differenti tiegħu jinkludi wkoll diversi termini bl-Ingliż u bil-Malti (bil-korsiv) dwar das-settur. Il-ktieb jinvolvi wkoll diversi figuri dettaljati dwar l-istess termini.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħut | 23 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Bl-Ingliż u bil-Malti. |
| Metodi taʼ sajd u tipi taʼ ħut | 41-84 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Opri tal-baħar u l-partijiet tagħhom | 85-94 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Opri tal-baħar u l-partijiet tagħhom | 95-116 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Tipi taʼ ħut | 155-166 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Tipi taʼ ħut | 167-190 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. |
Fishes of Maltese Waters: Classification, Nomenclature, Charactersitics, Habits, Fishing Methods, Market Value
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awturi
Kumment/i ġenerali:
Riżorsa terminoloġika bl-Ingliż. Il-klassifikazzjoni tal-ħut li fiha tinvolvi għadd sabiħ taʼ ismijiet taʼ ħut bil-Malti. Tinvolvi wkoll il-varjanti tal-istess ismijiet taʼ ħut. Hija magħmula minn għadd ġmielu taʼ stampi taʼ ħut li jlaħħmu lill-stess klassifikazzjoni. Il-klassifikazzjoni hija bl-Ingliż u fiha informazzjoni bħall-isem tal-ħuta (bl-Ingliż, bil-Latin, bil-Malti u l-varjazzjonijiet fl-isem), id-daqs u l-piż tagħha, xi karatteristiċi fiżiċi tagħha, l-abitat tagħha, il-metodi taʼ sajd biex tinqabad, u l-valur tagħha fis-suq.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Il-partijitet tal-ħuta | xiii | Bl-Ingliż. | |
| Ħut | 1-209 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Klassifikazzjoni bl-Ingliż, bil-Latin u bil-Malti. |
| Riċetti tal-ħut, u l-isem tal-ħut | 210-214 | Ikel u Tisjir, Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Ħut | 215-218 | Glossarju bid-definizzjonijiet, bl-Ingliż. | |
| Mapep tal-Baħar Mediterran u l-pajjiżi tal-madwar | 219-220 | Bl-Ingliż. | |
| Mappa tal-gżejjer Maltin u l-baħar tal-madwar | 221 | Bl-Ingliż. | |
| Tipi differenti taʼ ħut | 222-223 | Lista bl-Ingliż. | |
| Tagħmir/Għodda tas-sajd | 224-233 | Bl-Ingliż. | |
| Ħut, sajd u marittima | 234-248 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Indiċi. |
Il-Ħut taʼ Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 33)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tagħmel parti mis-sensiela Il-Kullana Kulturali. Fʼpaġni 73 sa 97 tinkludi klassifikazzjoni xjentifika tal-ħut taʼ Malta. Hija riżorsa terminoloġika bil-Malti bʼsaħħitha ħafna.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Sajd, metodi tas-sajd | 15-29 | Sajd u Marittima | |
| Ħut | 33-69, 73-97, 83-97 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Klassifikazzjoni. L-ismijiet fiha huma bil-Malti, bil-Latin, bl-Ingliż, bit-Taljan. Jissemmew ukoll ismijiet oħra taʼ meta jinbidel il-qies tal-ħut, u l-bqija. |
| Riċetti bil-ħut | 101-114 | Ikel u Tisjir | |
| Qwiel/idjomi relatati mal-ħut | 115-116 | Arti, Kultura u Folklor | |
| Sajd u marittima | 119-120 | Sajd u Marittima | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
| Sajd u marittima | 121-126 | Sajd u Marittima | Dan huwa l-indiċi tal-ktieb. |
Ħut Popolari fil-Baħar Mediterran / Popular Fish in the Mediterranean Sea
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awturi
Kumment/i ġenerali:
Il-ktieb jinvolvi numru sabiħ taʼ ismijiet taʼ ħut bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifku. Jinvolvi wkoll xi informazzjoni tal-istess ħlejjaq bil-Malti, primarjament id-daqs u l-piż, il-karatteristiċi, l-abitat, il-valur alimentari u l-metodi taʼ sajd għall-istess ħut. Huwa mlaħħam ukoll minn għadd sabiħ taʼ stampi. Jinkludi wkoll klassfikazzjoni organizzata tal-ħut.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħut | 1-119 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. |
| Ħut | 120-128 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Klassifikazzjoni bil-Latin, bl-Ingliż u bil-Malti. |
Ħut Ieħor fil-Baħar Mediterran / Other fish in the Mediterranean sea
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awturi
Kumment/i ġenerali:
Il-ktieb jinvolvi numru sabiħ taʼ ismijiet taʼ ħut bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifku. Jinvolvi wkoll xi informazzjoni tal-istess ħlejjaq bil-Malti, primarjament id-daqs u l-piż, il-karatteristiċi, l-abitat, il-valur alimentari u l-metodi taʼ sajd għall-istess ħut. Huwa mlaħħam ukoll minn għadd sabiħ taʼ stampi. Jinkludi wkoll klassfikazzjoni organizzata tal-ħut.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħut | 1-99 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. |
| Ħut | 100-108 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Klassifikazzjoni bil-Latin, bl-Ingliż u bil-Malti. |
Fishing in Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Minn paġna 66 sa 94 hemm lista ġmielha taʼ termini Maltin tal-partiijiet tal-opri tal-baħar, bid-definizzjoni tagħhom bl-Ingliż u, xi drabi, anke bl-istampi tagħhom. Fil-bqija tar-riżorsa, it-termini Maltin jinsabu fil-korsiv.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Metodi taʼ sajd u tagħmir | 13-53 | Sajd u Marittima | |
| Dgħajjes u opri tal-baħar | 54-65 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Partijiet tal-opri tal-baħar | 66-94 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Bini tad-dgħajjes u għodod | 95-116 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Sajd u marittima | 217-223 | Sajd u Marittima | Indiċi. |
Is-Sajda t-Tajba
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Dal-ktieb huwa mżejjen minn għadd sabiħ taʼ illustrazzjoniijiet iddettaljati dwar il-qasam. Ukoll, fi ħdan il-kitba tat-test hemm numru taʼ termini bʼħafna informazzjoni dwarhom. Fost l-oħrajn, il-ktieb jiffoka ħafna fuq metodi differenti taʼ sajd bl-aspetti kollha relatati maʼ kull metodu.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Aċċessorji tas-sajd | 9-14 | Sajd u Marittima |
| Metodi taʼ sajd mill-kosta | 15-24 | Sajd u Marittima |
| Metodi taʼ sajd ieħor minn fuq l-art | 25-27 | Sajd u Marittima |
| Metodi taʼ sajd mid-dgħajsa | 29-35 | Sajd u Marittima |
| Għoqiedi | 37-40 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ |
| Tipi taʼ lixka naturali | 41-48 | Sajd u Marittima |
| Tipi taʼ lixka artifiċjali | 49-53 | Sajd u Marittima |
| Regolamenti tas-sajd, tip taʼ ħut u qisien | 55-56 | Sajd u Marittima, Liġi, Flora u Fawna |
Marine Biodiversity in the Mediterranean
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Ktieb bl-Ingliż, li sar bil-għajnuna taʼ Dr Alan Deidun, bijoloġista marittimu. Fih numru sabiħ taʼ termini bʼmod xjentifiku, bl-Ingliż u bil-Malti għall-ismijiet taʼ ħxejjex, ħlejjaq u aspetti naturali varji fʼqiegħ u ġewwa l-baħar. Mhux dejjem jingħata l-isem Malti. Barra minn hekk, hemm ħafna informazzjoni bl-Ingliż (primarjament tinvolvi l-karatteristiċi u l-abitat taʼ dawn il-ħxejjex u ħlejaq marittimi) u ritratti sbieħ.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Alka/alga (algea) | 9-36 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Ħlejjaq li jeħlu mal-blat (bryozoa) | 37-42 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Ħlejjaq li jniggeż (cnidaria) | 43-64 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Krustaċi (crustaceans) | 65-75 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Ktenofora, ħlejjaq tal-filum, jixbah lill-bram (ctenophora) | 76-78 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Ma hemmx terminoloġija bil-Malti. |
| Ekinodermi (echinoderms) | 79-95 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Mammiferi (mammals) | 96-99 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Molluski (molluscs) | 100-142 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Ħaxix Nettunjan u ħaxix inqas Nettunjan (Neptune and lesser Neptune grass) | 143-145 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Rettili (reptiles) | 146-149 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Sponoż (sponges) | 150-160 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Tunikati (tunicates) | 161-167 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Ma hemmx terminoloġija bil-Malti. |
| Dud (worms) | 168-180 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| Flora u fawna tal-baħar | 181-184 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Indiċi bʼterminoloġija mħallta bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. |
Il-Biedja fʼMalta
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Prodotti agrikoli | 39-48 | Agrikultura, Flora u Fawna | Kalendarju. |
| Ħxejjex | 49-148 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| Ħwawar u żerriegħa | 149-170 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| Frott | 171-236 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| Qoton (bjad) | 237-244 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| Siġra taż-żebbuġ | 245-254 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| Kontroll tal-mard u tal-ħaxix selvaġġ | 255-276 | Agrikultura, Flora u Fawna | |
| Biedja responsabbli, bexx, fertilizzanti, biedja organika, dilettant, ilma u kontaminazzjoni, ħarsien tal-ambjent Malti, prodotti ġenetikament modifikati, riżorsi ġenetiċi | 277-286 | Agrikultura | |
| Art għammiela, rabaʼ, ħamrija, ilma, fertilizzanti, kontroll tal-ħaxix selvaġġ, bidwi qalbieni, żerriegħa, landraces, heirlooms u hybrids, żmien iż-żrigħ, żabra | 287-306 | Agrikultura | |
| Biedja | 307-327 | Agrikultura | Glossarju, bid-definizzjonijiet u xi ritratti/illustrazzjonijiet |
The Maltese Bestiary: An Illustrated Guide to the Mythical Flora and Fauna of the Maltese Islands
Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Publishers Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni dwar ħlejjaq, speċi u kunċetti li jiffurmaw il-karattru mostruż, ikrah u mitoloġiku, tal-kultura superstizzjuża Maltija.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Flora, siġar, pjanti, superstizzjoni, fantasija | 11-17 | Flora u Fawna, Arti, Kultura u Folklor |
| Flora, pjanti mediċinali, superstizzjoni, fantasija | 18 | Flora u Fawna, Arti, Kultura u Folklor, Saħħa u Mediċina |
| Fawna, insetti, brimb, superstizzjoni, fantasija | 19-22 | Flora u Fawna |
| Fawna, mammiferi koroh, superstizzjoni, fantasija | 23-32 | Flora u Fawna |
| Fawna, għasafar/tjur, superstizzjoni, fantasija | 33-38 | Flora u Fawna |
| Fawna, rettili, superstizzjoni, fantasija | 39-42 | Flora u Fawna |
| Fawna, sriep, superstizzjoni, fantasija | 43-44 | Flora u Fawna |
| Fawna, ħut/ħlejjaq tal-qiegħ li jaħkmu, superstizzjoni, fantasija | 45-56 | Flora u Fawna |
| Bestji umani, bniedem, superstizzjoni, fantasija | 57-66 | Arti, Kultura u Folklor |
| Ġganti, superstizzjoni, fantasija | 67-70 | Arti, Kultura u Folklor |
| Saħħar/sħaħar, superstizzjoni, fantasija | 71-74 | Arti, Kultura u Folklor |
| Xitan/xjaten, għafrit/għefieret, superstizzjoni, fantasija | 75-90 | Arti, Kultura u Folklor |
| L-għajn, superstizzjoni, fantasija | 91-98 | Arti, Kultura u Folklor |
| Anġli kustodji, protetturi, superstizzjoni, fantasija | 99-106 | Arti, Kultura u Folklor |
| Allat antiki, superstizzjoni, fantasija | 107-118 | Arti, Kultura u Folklor |
| Ħares/iħirsa, fatati, superstizzjoni, fantasija | 119-125 | Arti, Kultura u Folklor |
Orchids of the Maltese Islands: A Descriptive Guide
Pubblikazzjoni:
Malta: Green House
Kumment/i ġenerali:
Dan il-ktieb huwa riżorsa tajba ħafna, għax riċerkata, dwar l-orkidi fil-gżejjer Maltin. L-awtur, botaniku u tassonomist mgħammar minn tnax-il sena stħarriġ u riċerka fʼdan il-qasam, jippreżenta s-36 speċi taʼ orkidea li jinsabu fil-gżejjer Maltin, profil dettaljat għal kull speċi, referenza għal kif wieħed jistaʼ jidentifika speċi minn oħra, iktar minn 300 ritratt meħud Malta u ʼl fuq minn 40 mappa taʼ distribuzzjoni, introduzzjoni komprensiva dwar l-evoluzzjoni, l-ekoloġija, il-klassfikazzjoni, l-ibridizzazzjoni u tekniċi affaxxinanti taʼ pollinazzjoni li huma uniċi għall-orkidi, diskussjonijiet tassonomiċi, u għadd taʼ tabelli taʼ referenza għal aċċess malajr taʼ informazzjoni bħal listi taʼ perjodi taʼ fjoritura, ismijiet komuni u tassonomiċi.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora taʼ Malta, l-orkidi | 21, 36, 39, 40, 42 | Dawn ir-riżorsi jinvolvu illustrazzjonijiet dettaljati tal-partijet interni u esterni tal-orkidi. It-terminoloġija tagħhom hija bl-Ingliż biss. | |
| Flora taʼ Malta, il-profili tal-orkidi | 45-169 | Flora u Fawna | Għal kull profil taʼ orkidea, l-awtur jagħti din l-informazzjoni: (i) l-isem xjentifiku attwali tal-orkidea, l-oriġini tal-isem xjentifiku, is-sinonimi, u l-ismijiet komuni tagħha bil-Malti u bl-Ingliż, (ii) it-tip taʼ lokalità fejn oriġinarjament ġiet deskritta, (iii) noti dwar l-abitat, il-frekwenza u d-distribuzzjoni lokali u globali, (iv) id-deskrizzjoni u xi informazzjoni dwar il-varjabbiltà, (v) it-tassonomija u l-klassifikazzjonijiet, inklużi noti dwar rikordji storiċi minn Malta, (vi) l-istat taʼ konservazzjoni tal-orkidea, (vii) il-pollinaturi tagħha, u (viii) ritratti dettaljati sabiex iħaffu l-identifikazzjoni. |
| Flora taʼ Malta/Sqallija, orkidi relatati maʼ dawk Maltin li jinsabu fi Sqallija | 206-210 | ||
| Flora taʼ Malta, orkidi | 215-216 | Flora u Fawna | Lista-tabella bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku tal-orkidi kollha msemmija fʼdin il-pubblikazzjoni. Għal kull speċi hemm referenza tal-paġna fejn tinsab fil-ktieb. Riżorsa li fiha ħafna terminoloġija. |
| Flora taʼ Malta, orkidi | 223-226 | Glossarju bl-Ingliż. |
Ħlejjaq tal-Baħar
Pubblikazzjoni:
Malta: BDL
Kumment/i ġenerali:
Ktieb li huwa parti mis-sensiela Test Informattiv tal-BDL. Jinkludi informazzjoni inklintata għat-tfal dwar dal-qasam. Is-sensiela hi mżejna bʼritratti mill-isbaħ.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Lizz | 2-3 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Żiemel tal-baħar | 4 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Stilla tal-baħar | 5 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Rizza | 6 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Granċ | 7 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Marżapan | 8 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Ċervjola | 9 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Fekruna tal-baħar | 10-11 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Gambli | 12 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Awwista | 13 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Morina | 14-15 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Qarnita | 16 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| Ħlejjaq tal-baħar | 17 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Glossarju. |
L-Istorja tal-Ħażna tal-Ilma fil-Gżejjer Maltin = The History of Water Conservation on the Maltese Islands
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni bilingwi Malti-Ingliż dwar l-istorja tal-ħażna tal-ilma matul is-snin, mimlija ritratti sbieħ miġbudin mill-istess awtur.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Ħażna tal-ilma, ġibjuni, storja | 2-441 | Storja u Arkeoloġija, Bini u Arkitettura |