Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Sylvia Mary Haslam
1967

Look at Buskett

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Press
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Flora, pjanti 23 Flora u Fawna Lista tal-ismijiet bl-Ingliż, bil-Malti u bʼmod xjentifiku tal-pjanti kollha li jissemmew fil-ktieb.
Sylvia Mary Haslam
1969

Maltaʼs Plant Life

Pubblikazzjoni:
Malta: Progress Press Co. Ltd.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Ismijiet taʼ postijiet Maltin li jirriflettu l-veġitazzjoni tagħhom fil-bidu 50-51 Ġeografija
Sylvia Mary Haslam, P.D. Sell u P.A. Wolseley
1977

A Flora of the Maltese Islands

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Press
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Siġar tal-frott fʼMalta u Għawdex li-lv Flora u Fawna It-termini Maltin fʼdin ir-riżorsa jinsabu fil-grassett.
Flora taʼ Malta 1-490 Flora u Fawna Klassifikazzjoni dettaljata bl-Ingliż fejn fil-maġġoranza tal-ispeċi hemm it-terminu Latin, dak Ingliż, u dak Malti.
Flora taʼ Malta i-lxvi Dawn huma numru taʼ illustrazzjonijiet sistematiċi, skont plates differenti, dwar il-flora li ssemmiet fil-klassifikazzjoni taʼ qabel.
Flora taʼ Malta 494-518 Dan il-glossarju bl-Ingliż jinvolvi termini Ingliżi li ssemmew tul il-ktieb.
T. W. Burdon
1954

A Report on the Fishing Industry of Malta

Pubblikazzjoni:
Malta: Government Printing Office
Kumment/i ġenerali:
Rapport bl-Ingliż, miktub minn dak li kien deputat direttur tas-sajd fʼSingapore, dwar l-industrija tas-sajd fʼMalta. Fih, it-terminoloġija Maltija tinsab tul it-test fil-korsiv.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Għodda tas-sajd, strumenti tas-sajd 30-31 Sajd u Marittima Ħames illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Ħut 76-77 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Lista tal-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u bil-Latin tal-iżjed ħut komuni fil-Gżejjer Maltin, imniżżla fʼAppendiċi 5 tal-ktieb.
Temi Zammit
1901

Tagħlim fuk id-Dinja: Kari Malti għaż-Żgħar u ʼl Cbar

Pubblikazzjoni:
Malta: Stamperija tal-Gvern
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni antika li fiha l-awtur, fi stil narrattiv, jgħallem lill-qarrej dwar xʼqiegħed jiġri madwaru, fl-ajru, fl-art u fil-baħar. It-terminoloġija tinsab fi ħdan it-test.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Kwiekeb, xemx, lejn u nhar, ekwatur, ekinożu, staġuni, almanakk, qamar, eklissi tal-qamar, eklissi tax-xemx, (l-għamla tad-dinja, taqsim tal-art, il-gżejjer tagħna/Maltin, mappi, poli taqsim tal-artijiet), iġbla, xmajjar, imluħa tal-baħar, mewġ, xita u ħamla, kanali, xita, fwar, nida u sħab, silġ, ilma tax-xita, ilma tal-għajn, ilma salmastru, il-għar taʼ Ninu, stallattiti, arja, pompa, toqol tal-arja, barometru, riħ, riħ il-ħamsin, trombi, il-boxxla, irjieħ l-istaġuni, irjieħ taʼ barra u tal-art, żiffa tal-fwieħa 3-127 Temp u Żmien, Astronomija, Ġeografija
Kwiekeb, xemx, lejn u nhar, ekwatur, ekinożu, staġuni, almanakk, qamar, eklissi tal-qamar, eklissi tax-xemx, (l-għamla tad-dinja, taqsim tal-art, il-gżejjer tagħna/Maltin, mappi, poli taqsim tal-artijiet), iġbla, xmajjar, imluħa tal-baħar, mewġ, xita u ħamla, kanali, xita, fwar, nida u sħab, silġ, ilma tax-xita, ilma tal-għajn, ilma salmastru, il-għar taʼ Ninu, stallattiti, arja, pompa, toqol tal-arja, barometru, riħ, riħ il-ħamsin, trombi, il-boxxla, irjieħ l-istaġuni, irjieħ taʼ barra u tal-art, żiffa tal-fwieħa 3-127 Ġeoloġija, Sajd u Marittima
Thomas Calleja
2007

L-Ikona: Il-Vanġelu bil-Kulur

Pubblikazzjoni:
Malta: ĊAK
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Arti, ikona/ikoni 233-236 Arti, Kultura u Folklor, Reliġjon Glossarju taʼ terminoloġija u tifsiriet bil-Malti.
Timothy Tabone
2020

Edible Wild Plants: A Foraging Guide to 15 Common Plants Growing in the Maltese Islands

Pubblikazzjoni:
Malta: Friends of the Earth Malta
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Flora, pjanti 45-49 Flora u Fawna
Toni Aquilina, Anne-Marie Bezzina u Claudine Borg
2008

It-Teorija u l-Prattika tat-Traduzzjoni Letterarja Franċiż-Malti

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Publishers Ltd.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Letteratura, traduzzjoni letterarja mill-Franċiż 265-286 Lingwa U letteratura Glossarju alfabetiku taʼ termini, mibni fuq il-prinċipju tal-ekwivalenza fʼkuntest, għall-għajnuna taʼ traduzzjoni taʼ testi letterarji mill-Franċiż għall-Malti, bʼlista tal-abbrevjazzjonijiet użati fil-glossarju.
Tonio Borg (Illust. Mark Schembri)
2015

Nidħqu Bina Nfusna: Politika Bi Tbissima

Pubblikazzjoni:
Malta: Kite Group
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Politika 150-153 Politika Glossarju politiku.
Tony C. Cutajar
2001

Ix-Xandir fʼMalta

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 25)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Tagħlim tal-Malti għax-xandara 117-119 Xandir, Edukazzjoni, Lingwa U letteratura
Xandir, ġurnaliżmu, radju, televixin/televiżjoni 125-128 Xandir Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Tony Terribile
2000

Niċeċ u Statwi fit-Toroq Maltin

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 14)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Niċeċ, statwi 209-211 Arti, Kultura u Folklor Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
Tony Terribile
2002

Teżori fil-Knejjes Maltin = Treasures in Maltese Churches

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN
Kumment/i ġenerali:
Sensiela taʼ kotba bilingwi Malti-Ingliż dwar il-wirt artistiku li jeżisti fil-knejjes Maltin u Għawdxin, skont irħula differenti. Fuq wara taʼ kull volum hemm glossarju bʼterminoloġija artistika u sagra.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Arti sagra, pittura, dekorazzjonijiet, knisja/knejjes, armar Appendiċi Arti, Kultura u Folklor, Reliġjon Glossarju bilingwi.
Trevor Zahra
2014

Stampakelma: Ġabra taʼ ʼl Fuq Minn Elf Stampa u Elf Kelma

Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Publishers Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni tat-tfal li tinvolvi ġabra taʼ stampi u kliem, it-tnejn frott l-istess pinna taʼ Zahra, miġburin skont is-suġġett: ġisimna, il-familja, ħwejjeġ, xi nsibu fi kmamar differenti tad-dar, u ħafna oħrajn. Jiġbor fih ukoll stampi u ismijiet taʼ għasafar, annimali, ħut, fjuri, ħxejjex, ħwawar, siġar, frott, kif ukoll stampi dwar it-tradizzjonijiet Maltin. Fi tmiem il-ktieb hemm indiċi alfabetiku Malti-Ingliż-Malti, kif ukoll tagħrif ħafif dwar xi wħud mis-suġġetti magħżulin. Hija pubblikazzjoni mfassla għat-tfal, imma toffri minjiera tad-deheb għall-għalliema u l-ġenituri.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ġisem uman, ġisimna 3 Saħħa u Mediċina Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Familja 4-5 Soċjetà u Soċjoloġija Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Ħwejjeġ, ilbies 6-7 Ilbies Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Dar, kamra tas-sodda, salott, kċina, kamra tal-ħasil, tindif, ġnien 8-19 Bini u Arkitettura, Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Ġugarelli 20-21 Sport u Rikreazzjoni Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Ambjent taʼ barra 22-27 Bini u Arkitettura, Ġeografija Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Ikel, ħelu/ħlewwiet, ħaxix, frott 28-35 Ikel u Tisjir Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Annimali mansi/domestiċi, annimali selvaġġi/slavaġ, annimali żgħar u insetti 36-41 Flora u Fawna Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Ħdejn il-baħar 42-43 Sajd u Marittima Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Xogħlijiet, professjonijiet 44-45 Xogħol u Snajjaʼ Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Fil-klassi 46-47 Edukazzjoni Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Xʼnistaʼ nagħmel barra, xʼnistaʼ nagħmel ġewwa 48-51 Verbi bażiċi ħafna. Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Kuluri 52-53 Arti, Kultura u Folklor Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Strumenti 54-55 Mużika Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Forom 56 Matematika Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Milied, festin/party, Karnival 57-61 Arti, Kultura u Folklor, Sport u Rikreazzjoni Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Stejjer 62-63 Lingwa U letteratura Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Trasport, mezzi tat-trasport 64-65 Trasport u Vjaġġar Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Passatempi 66-67 Sport u Rikreazzjoni Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Opposti 68-71 Opposti bażiċi tal-lingwa. Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Xahar/xhur, ġurnata/ġranet, spazju, temp 72-77 Temp u Żmien Minn ġabra taʼ kliem għaż-żgħar.
Ġisem uman, ġisimna 81-83 Saħħa u Mediċina Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Ħwejjeġ, ilbies 84-87 Ilbies Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Dar, kċina, 88-91 Bini u Arkitettura Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Ikel, xorb, ħelu/ħlewwiet, ħwawar u ħaxix, frott 92-101 Ikel u Tisjir, Flora u Fawna Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Ġnien, fjuri fil-ġnien, fjuri fil-kampanja, siġar, annimali tal-kampanja, insetti tal-kampanja, annimali tar-razzett, annimali selvaġġi, għasafar 102-117 Agrikultura, Flora u Fawna Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Mal-baħar, ħut 118-123 Sajd u Marittima, Flora u Fawna Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Natura, ambjenti, ambjent taʼ ġewwa, ambjent taʼ barra 124-131 Ġeografija, Agrikultura, Bini u Arkitettura Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Tindif, għodda/għodod, xogħlijiet, professjonisti 132-140 Xogħol u Snajjaʼ Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Passatempi 141-142 Sport u Rikreazzjoni Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Sajd, għodda/għodod tas-sajd 143 Sajd u Marittima Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Strumenti 144-145 Mużika Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Drawwiet, tradizzjonijiet, festa/festi, vara, armar, piroteknika/logħob tan-nar 146-155 Arti, Kultura u Folklor, Sport u Rikreazzjoni Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Milied, Ġimgħa l-Kbira/Mqaddsa, Knisja 156-163 Arti, Kultura u Folklor, Bini u Arkitettura Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Temp 164-165 Temp u Żmien Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Stejjer 166-168 Lingwa U letteratura Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Linja/linji 169 Matematika Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
Tislim 170-171 Soċjetà u Soċjoloġija Minn ġabra taʼ kliem għall-kbar.
— 173-177 Glossarju, bid-definizzjonijiet bil-Malti, dwar xi termini li jissemmew fil-ktieb.
— 178-195 Indiċi Malti-Ingliż-Malti tat-termini kollha li jissemmew fil-pubblikazzjoni.
Trevor Zahra
2021

Drawwiet tal-Milied Maltin

Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Publishers Ltd.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Milied 94 Arti, Kultura u Folklor Tifsir taʼ erbaʼ kelmiet marbutin mal-Milied.
Trevor Żahra, Charles Briffa u Ġorġ Mallia
2002

Il-Kotba għat-Tfal

Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 34)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Kitba, kotba għat-tfal 215-216 Lingwa U letteratura Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti.
1 … 22 23 24 25 26