Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Għasafar Madwarna
Pubblikazzjoni:
Malta: BirdLife Malta
Kumment/i ġenerali:
Din hija pubblikazzjoni inklinata għat-tfal u fiha ħafna illustrazzjonijiet sbieħ. Tinkludi informazzjoni qasira dwar l-għasafar, kif ukoll l-istatus (minn 1 sa 6) taʼ kemm l-ispeċi huma komuni jew rari fʼpajjiżna. Dan il-pubblikazzjoni tagħmel parti minn Sensiela Natura Madwarna.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar | 6-53 | Flora u Fawna | Termini u informazzjoni. |
| Għasafar | 54-57 | Flora u Fawna | Bil-Malti u bl-Ingliż. |
Il-Ktieb Malti
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 55)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Kitba, lingwa, letteratura | 305-310 | Lingwa U letteratura | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Il-Mitoloġija
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 4)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mitoloġija, allat | 7-117 | Mitoloġija | Fʼdin ir-riżorsa, li hija l-maġġorparti tal-ktieb, l-awtur jittratta wieħed wieħed il-ħafna figuri mitoloġiċi li jeżistu. Fiha joħloq riċerka studjata u dettaljata ħafna mżejna bʼdiversi illustrazzjonijiet. |
| Mitoloġija, allat | 119-125 | Mitoloġija | Indiċi li jinvolvi lista tal-figuri mitoloġiċi kollha li jissemmew tul il-ktieb fir-riżorsa preċedenti. |
The Most Common Sharks Found Around the Maltese Islands & the Mediterranean Sea Guide Book
Pubblikazzjoni:
Malta: Marine Life Care Group
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Shark/xark/kelb il-baħar, sharks/xark/klieb il-baħar | 5-9, 14-20 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Klassifikazzjoni bl-Ingliż, bl-isem xjentifiku, Ingliż u Malti. Tinkludi tagħrif ieħor bħal deskrizzjoni ġenerali, id-dieta tal-ispeċi, l-abitat tagħhom, id-distribuzzjoni u l-istatus tagħhom fiż-żmien li ħarġet il-pubblikazzjoni, ir-riproduzzjoni, u l-istatus legali tagħhom fʼMalta. |
| Shark/xark/kelb il-baħar, sharks/xark/klieb il-baħar, anatomija, is-sistema riproduttiva | 10, 13 | Riżorsa bl-Ingliż |
Il-Mużewijiet fʼMalta
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 43)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mużew, arti, kultura, folklor | 245-246 | Arti, Kultura u Folklor | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Is-Swar u l-Fortifikazzjonijiet
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 9)
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Storja, xogħol u snajjaʼ, bini, swar, fortifkazzjonijiet | 161-164 | Storja u Arkeoloġija | Fʼdin ir-riżorsa l-awtur jiġbor xi termini tekniċi li uża fʼkitbietu. Tinvolvi glossarju taʼ termini bid-definizzjonijiet bil-Malti għalihom. |
The Limestone Heritage: Siġġiewi
Pubblikazzjoni:
Malta: Heritage Books
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għodda li tintuża fil-bini, għodod | 29-31 | Bini u Arkitettura | Għadd taʼ ritratti taʼ għodod li jintużaw fil-bini, bl-ismijiet Maltin u bid-deskrizzjoni tagħhom bl-Ingliż. |
Il-Kostum Malti u d-Drapp fl-Istorja taʼ Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 66)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Kostum Malti, drapp, ilbies, storja | 183-186 | Ilbies, Storja u Arkeoloġija | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
L-Istorja tal-Istampar fʼMalta
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 70)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Stampar, storja, ġurnaliżmu | 239-240 | Xandir, Storja u Arkeoloġija | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Bizzilli li Jinħadmu fʼGhaudex u fʼMalta: Memorji u Tagħlim
Pubblikazzjoni:
Malta: Stamperia Giovanni Camilleri
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Bizzilla/bizzilli, għodda/għdodo, fili, ċombini, labar, imħaded, disinji | 17-32 | Xogħol u Snajjaʼ | It-termini jinsabu fi ħdan it-test antik. |
Temi Bibliċi: Dizzjunarju taʼ Teoloġija Biblika
Pubblikazzjoni:
Malta: Mixja Neokatekumenali
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Reliġjon, teoloġija | xv-xviii | Reliġjon | Lista alfabetika taʼ temi bibliċi. |
Ninvestigaw l-Istorja taʼ Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Għaqda tal-Għalliema tal-Istorja
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni għall-istudenti tas-7 Sena.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Storja | 54-56 | Storja u Arkeoloġija | Glossarju taʼ terminoloġija. |
Ninvestigaw l-Istorja taʼ Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Għaqda tal-Għalliema tal-Istorja
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni għall-istudenti tat-8 Sena.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Storja | 69-72 | Storja u Arkeoloġija | Glossarju taʼ terminoloġija. |
Ġabra taʼ Formoli bil-Malti u bl-Ingliż għall-Qrati taʼ Malta, bi Glossarju taʼ Kliem u Frażijiet Legali bit-Taljan Kif Kienu Użati, Miġjuba bil-Malti u bl-Ingliż = Collection of Forms in Maltese and English, In Use in the Malta Law Courts, with a Glossary of Italian Legal Words and Phrases in Former Use Rendered Into Maltese and English
Pubblikazzjoni:
Malta: Government Printing Office
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Liġi, qorti/qrati | 1-42 | Liġi | Tinkludi glossarju bilingwi taʼ kliem u frażijiet legali bit-Taljan kif kienu użati qabel, miġjuba bil-Malti u bl-Ingliż. |
Regolamenti għall-Ħarsien tal-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ
Pubblikazzjoni:
Malta: Dipartiment għall-Protezzjoni tal-Ambjent
Kumment/i ġenerali:
Ktejjeb bil-Malti li jitfaʼ dawl fuq xi regolamenti u liġijiet relatati mal-għasafar u l-fenek selvaġġ. Hija gwida ideali għall-kaċċaturi u n-nassaba.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar/tajr li jistgħu jiġu minsuba | 4-5 | Flora u Fawna, Kaċċa u Nsib | Tinkludi illustrazzjonijiet bil-kulur tal-għasafar/tajr, skont is-sess (mara jew raġel) tagħhom. |
| Għasafar/tajr li jistgħu jiġu kkaċċjati fuq l-art | 12-13, 16-17 | Flora u Fawna, Kaċċa u Nsib | Tinkludi illustrazzjonijiet bil-kulur tal-għasafar/tajr, skont is-sess (mara jew raġel) tagħhom. |
| Għasafar/tajr li jistgħu jiġu kkaċċjati fuq l-art u fuq il-baħar | 20-21 | Flora u Fawna, Kaċċa u Nsib | Tinkludi illustrazzjonijiet bil-kulur tal-għasafar/tajr, skont is-sess (mara jew raġel) tagħhom. |
| Għasafar/tajr | 31 | Flora u Fawna, Kaċċa u Nsib | Tinkludi illustrazzjonijiet suwed tal-għasafar/tajr. |