Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Kodiċi għat-Traffiku fit-Triq
Pubblikazzjoni:
Malta: Taqsima tal-Bord dwar il-Kontroll tat-Traffiku, Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni
Kumment/i ġenerali:
Kodiċi taʼ 283 istruzzjoni li jgħinu t-traffiku fit-toroq Maltin. Fl-appendiċi taʼ wara (paġni 69-83) tal-ktieb hemm għadd ġmielu taʼ sinjali tat-traffiku li wkoll jappartjenu mat-terminoloġija Maltija. Dawn l-illustrazzjonijiet huma bħal taʼ The Highway Code (1999) tar-Renju Unit li l-British High Commission tat il-permess biex jintużaw fʼdan il-ktieb.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Traffiku, l-ewwel għajnuna fit-triq/toroq | 7-68 | Trasport u Vjaġġar |
Checklist of the Birds of Malta = Lista tal-Għasafar taʼ Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: BirdLife Malta
Kumment/i ġenerali:
Lista taʼ kontroll taʼ 381 speċi taʼ għasfur irrekordjat fil-Gżejjer Maltin sal-2004. L-ismijiet bil-Malti huma bbażati fuq l-esperjenza vasta, irriċerkata, taʼ BirdLife Malta fʼdan il-qasam, waqt li dawk bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku huma skont l-ismijiet Brittaniċi tal-List of Birds of the Western Palaearctic. Minħabba li wħud mill-għasafar imniżżlin hawnhekk mʼgħadhomx ipassu fil-Gżejjer, jew oħrajn li huma ġodda u li mhumiex dokumentati hawnhekk, skont informazzjoni li ksibt minn BirdLife Malta stess, dan il-ktejjeb li se jiġi aġġornat dalwaqt.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar tal-gżejjer Maltin | 2-20 | Flora u Fawna | Lista bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. Tinkludi wkoll l-istatus lokali taʼ kull speċi: VC (very common, komuni ħafna), C (common, komuni), F (frequent, frekwenti), S (scarce, skars), VS (very scarce, skars ħafna), R (rare, rari), VR (very rare, rari ħafna). |
Kullana għat-Tfal
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN
Kumment/i ġenerali:
Din hija kullana taʼ kotba għat-tfal addattata minn diversi awturi, fosthom Charles Casha, Tony C. Cutajar, Charles Briffa, Arthur Sammut, Nathalie Demicoli, Marionne Borg, Angela Briffa u Karys Caruana, fost l-oħrajn.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Trasport, drawwiet, letteratura, servizzi, siġar, arti, xandir, fjuri, storja antika, storja moderna, lingwa, annimali, mużika, arkitettura, passatempi | — | Trasport u Vjaġġar, Arti, Kultura u Folklor, Lingwa U letteratura |
| Trasport, drawwiet, letteratura, servizzi, siġar, arti, xandir, fjuri, storja antika, storja moderna, lingwa, annimali, mużika, arkitettura, passatempi | — | Flora u Fawna, Xandir, Storja u Arkeoloġija |
| Trasport, drawwiet, letteratura, servizzi, siġar, arti, xandir, fjuri, storja antika, storja moderna, lingwa, annimali, mużika, arkitettura, passatempi | — | Mużika, Bini u Arkitettura, Sport u Rikreazzjoni |
Is-Saħħa Sesswali: Pakkett taʼ Riżorsi
Pubblikazzjoni:
Malta: Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard
Kumment/i ġenerali:
Ktejjeb bilingwi Malti-Ingliż mibni bl-iskop li tinxered iżjed edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali fost il-poplu. Jinkludi ħafna terminoloġija tajba.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, organi ġenitali | 31 | Saħħa u Mediċina | Minbarra l-illustrazzjonijiet, hemm termini bil-Malti fil-grassett fi ħdan it-test. |
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, sistema riproduttiva tar-raġel | 32-33 | Saħħa u Mediċina | |
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, sperma | 32 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, sistema riproduttiva tal-mara, glandoli tal-ħalib, menstruwazzjoni, anoressja/anoressija, utru, endometrijożi, fertilità u tqala, menopawsa | 33-40 | Saħħa u Mediċina | |
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, organi ġenitali esterni tal-mara | 34 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, proċess taʼ ovulazzjoni | 35 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, fibromi tal-utru | 38 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Saħħa sesswali, sistemi riproduttivi, endometrijożi | 39 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Saħħa sesswali u riproduttiva, infertilità fl-irġiel u fin-nisa, marda poliċistika tal-ovarji (PCOS), waqfien prematur tal-ovarji (POF), disfunzjoni, mard jew problemi sesswali, sintomi komuni tal-problemi sesswali | 42-48 | Saħħa u Mediċina | |
| Saħħa sesswali u riproduttiva, tqala barra mill-utru | 44 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Saħħa sesswali, kontraċezzjoni u ippjanar tal-familja | 50-70 | Saħħa u Mediċina | |
| Saħħa sesswali, mard, infezzjonijiet trażmessi sesswalment | 72-77 | Saħħa u Mediċina | |
| Saħħa sesswali, human papillomavirus, kanċer/cancer tal-għonq tal-utru | 79-82 | Saħħa u Mediċina | |
| Saħħa sesswali | 102-109 | Saħħa u Mediċina | Glossarju alfabetiku bit-terminu u d-definizzjoni bil-Malti għalih. Uħud minn dawn id-definizzjonijiet ittieħdu mis-Sexual Diversity Tool Kit of the International Planned Parenthood Federation. Dawn it-termini jistgħu jvarjaw fl-interpretazzjoni u d-definizzjoni skont il-pajjiż u l-kuntest kulturali. |
Kul Ħut Frisk: Platt Bnin Għalik!
Pubblikazzjoni:
Malta: Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima
Kumment/i ġenerali:
Ktejjeb miktub mill-Ministeru għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali bi promozzjoni għal ikel bnin.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Sajd, irkaptu tas-sajd, għodda tas-sajd, xibka/xbieki | 5-7 | Sajd u Marittima | |
| Ħut | 41-50 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż. |
Fishy File: Dinja Waħda Action Guide
Pubblikazzjoni:
Malta: BirdLife Malta
Kumment/i ġenerali:
File online li jinkludi (i) informazzjoni dwar 11-il ħjeqa tal-baħar, (ii) 12-il biċċa taʼ tpinġija marittima sabiex ipinġuhom it-tfal, (iii) l-istess 12-il biċċa taʼ tpiġija marittima kkuluriti lesti bħala gwida, u (iv) 11-il ħjiel li jgħinu lit-tfal jgħaqqdu l-biċċiet flimkien.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħut | — | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Lista taʼ 11-il ħlejqa tal-baħar, bil-Malti u bl-Ingliż. |
Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Arċidjoċesi taʼ Malta
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Reliġjon | 1081-1104 | Reliġjon | Indiċi tematiku fʼordni alfabetika. |
Post għan-Natura: Siti Natura 2000 fʼMalta
Pubblikazzjoni:
Malta: BirdLife Malta
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Speċi taʼ għasafar | 68-70 | Flora u Fawna | Bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. |
Legal Translator/Traduttur Legali: Maltese to English/English to Maltese
Pubblikazzjoni:
Malta: Għaqda Studenti tal-Liġi
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni maħduma mill-Għaqda Studenti tal-Liġi bl-għajnuna tad-Dipartiment tal-Malti fl-Università li tiġbor it-termini legali u tagħti traduzzjoni Maltija-Ingliża-Maltija tagħhom.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Liġi | 4-88 | Liġi | Traduzzjoni taʼ kliem legali mill-Malti għall-Ingliż. |
| Liġi | 90-91, 172-173 | Liġi | Lista taʼ varjanti fonetiċi-ortografiċi taʼ xi kliem legali bil-Malti. |
| Liġi | 95-169 | Liġi | Traduzzjoni taʼ kliem legali mill-Ingliż għall-Malti. |
Daily Life in Malta of Yesteryear
Pubblikazzjoni:
—
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Snajjaʼ, xogħol | — | Xogħol u Snajjaʼ |
Guida DellʼIsola di Malta e sue Dipendenze: Preceduta da un Breve Cenno DʼIstoria e Corredata da una Carta Topografica delle Medisime
Pubblikazzjoni:
Malta: Tonna Bianchi & Co.
Kumment/i ġenerali:
Riżorsa bit-Taljan taʼ natura storika u topografika li fiha hemm tagħrif interessanti dwar aspetti differenti tal-ħajja Maltija u Għawdxija fl-imgħoddi.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Għasafar | 216-221 | Flora u Fawna | Lista alfabetika bl-isem Taljan u Malti tal-għasafar tal-Gżejjer Maltin. Għal kull speċi hemm kolonna bʼtagħrif dwar l-istaġun meta kull speċi tpassi. |
| Ħut, krustaċji, testaċji, ħlejjaq tal-baħar | 222-225 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Lista alfabetika bl-isem Taljan u Malti tal-ħut fl-ibħra Maltin. Għal kull speċi hemm kolonna bʼtagħrif dwar l-istaġun meta kull speċi tpassi. |
Ktieb tal-Kċina: Miżjud bʼĦafna Riċetti Ġodda: It-Tieni Ktieb
Pubblikazzjoni:
Malta: A.C. Aquilina & Co.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħwawar li tuża fil-kċina | 8-9 | Ikel u Tisjir | |
| Kċina, ikel u tisjir | 11-15 | Ikel u Tisjir | Tifsir taʼ xi kliem użat fix-xogħol tal-kċina. |
| Ikel u tisjir, riċetti, xorb tas-sajf, pudini u ħelu | 103-109 | Ikel u Tisjir | Werrej taʼ riċetti fʼordni alfabetika. |
Quickfish: A Pocket Guide to Environmentally Conscious Seafood Choices
Pubblikazzjoni:
Malta: Fish4tomorrow
Kumment/i ġenerali:
Ktejjeb bʼlista taʼ bil-Malti u bl-Ingliż taʼ ħut.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Ħut | 1 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima |