Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 37
Il-Passa-temp
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Orizzont
Kumment/i ġenerali:
Rivista bil-kulur li fil-bidu tagħha kienet tikkonsisti minn tmien paġni u toħroġ darbtejn fil-ġimgħa (aktarx, it-Tlieta u l-Ħamis) mal-gazzetta L-Orizzont bħala kontinwazzjoni tal-gazzetta taʼ qabilha, Il-Passa. Tittratta suġġetti bħall-kaċċa u l-insib, armi u kkargar, sparar fuq il-plattini u target shooting, ġiti għall-kaċċa u s-sajd, dgħajjes u dinghies, sajd bil-qasba, sajd bin-nifs bil-ħarpun u għaddis biċ-ċilindri, biedja, ġonna, siġar u pjanti, trobbija u tnissil tal-għasafar, trobbija taʼ tjur u ħamiem tal-ġiri, ħut tal-akkwarju, żwiemel, trobbija tal-klieb, qtates, fniek u annimali oħra, u l-ħarsien tal-ambjent. Baqgħet toħroġ sa Mejju tal-2018 u l-abbonati taʼ dik is-sena kellhom jirċievu ħlashom lura, €1.25 għal kull gazzetta li kien jonqoshom jieħdu. Wara waqfa taʼ sentejn bejn l-2012 u l-2014, din il-gazzetta reġgħet bdiet toħroġ fʼOttubru tal-2013 wara li ntalbet l-għajnuna biex il-kaċċaturi jkollhom leħen fil-midja lejlet referendum importanti kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa li sar fil-11 taʼ April tal-2015, referendum li, grazzi għall-vuċijiet tal-FKNK u tal-istess gazzetta, il-poplu vvota favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. Fʼdan is-sens tinftiehem ir-raġuni għaliex l-edizzjonijiet tal-2012 u l-2013 mhumiex dokumentatati kollha ladarba wħud minnhom qatt ma ħarġu.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2006 (1) | — | Sajd, kif tagħmel imrejkba | 7 | Sajd u Marittima | |
| 2006 (2) | Anton F. Attard | Il-kelma ‘sultanʼ fl-ilsien Malti | 6 | Lingwa U letteratura | |
| 2006 (14) | — | Temp, riħ, warda tar-riħ | 3 | Temp u Żmien | Illustrazzjoni dettaljata. |
| 2006 (18) | Anton F. Attard | Għasafar, siġar, passjoni taʼ Ġesù | 4-5 | Flora u Fawna, Reliġjon | |
| 2006 (20) | Anton F. Attard | Għasfur, għasfur tal-bejt | 4-5 | Flora u Fawna | |
| 2006 (21) | Saviour Mamo | Naħal | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (21) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett taʼ ras il-mewt | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (23) | — | Il-kelma ‘għajnʼ fl-ilsien Malti | 4-5 | Lingwa U letteratura | |
| 2006 (23) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett taʼ Danaus | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (25) | Saviour Mamo | Insett, debba tax-xitan kbira | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (25) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett tal-fejġel/farfett tar-reġina | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (27) | Gregory Gauci | Għasfur, għasfur tal-bejt | 6 | Flora u Fawna | |
| 2006 (27) | Saviour Mamo | Araknidi, għakreb/skorpjun | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (28) | Paul Azzopardi | Sajd, għoqod tas-sajd | 6 | Sajd u Marittima | |
| 2006 (28) | Anton F. Attard | Riħ, irjieħ famużi | 7 | Temp u Żmien | |
| 2006 (31) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett taʼ xeħt ir-riħ | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (33) | Saviour Mamo | Għasfur/għasafar, amorini | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (33) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett, il-ħabbara | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (34) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | Nomenklatura u toponimija Maltija. L-ewwel parti. |
| 2006 (35) | Paul Azzopardi | Sajd, ħut tal-qiegħ | 4 | Sajd u Marittima | Illustrazzjoni. |
| 2006 (35) | Saviour Mamo | Qalfat | 8 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2006 (35) | Saviour Mamo | Insett, grillu | 5 | Flora u Fawna | |
| 2006 (35) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 2 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2006 (36) | Gregory Gauci | Għasfur, sponsun selvaġġ | 2 | Flora u Fawna | |
| 2006 (37) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 6 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2006 (37) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, baħrija, werqa niexfa | 8 | Flora u Fawna | |
| 2006 (38) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | Nomenklatura u toponimija Maltija. It-tieni parti. |
| 2006 (39) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 2 | Flora u Fawna | It-tielet parti. |
| 2006 (40) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | Nomenklatura u toponimija Maltija. It-tielet parti. |
| 2006 (41) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, baħrija, baħrija safra | 2 | Flora u Fawna | |
| 2006 (41) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 6-7 | Flora u Fawna | Ir-rabaʼ parti. |
| 2006 (42) | Gregory Gauci | Għasfur, gardell | 4-5 | Flora u Fawna | Nomenklatura u toponimija Maltija. Ir-rabaʼ parti. |
| 2006 (42) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | |
| 2006 (43) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 3 | Flora u Fawna | Il-ħames parti. |
| 2006 (43) | John Rizzo u Saviour Mamo | Xogħol tal-qasab | 4-5 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2006 (45) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett tal-kaboċċi | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (46) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 2 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | L-ewwel parti. |
| 2006 (47) | Saviour Mamo | Insetti, mazzarell | 2 | Flora u Fawna | |
| 2006 (48) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 2 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | It-tieni parti. |
| 2006 (48) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett tas-silla | 8 | Flora u Fawna | |
| 2006 (50) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 2 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | It-tielet parti. |
| 2006 (52) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 5 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | Ir-rabaʼ parti. |
| 2007 (1) | Anton F. Attard | Għasafar, tajr tal-passa | 7 | Flora u Fawna | Għasafar u tajr tal-passa, u oħrajn, skont ikilhom. |
| 2007 (1) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 20 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | |
| 2007 (2) | — | Għasafar/tajr, gamiem, summien | 5 | Flora u Fawna | |
| 2007 (2) | Paul Azzopardi | Sajd għall-mulett | 11 | Sajd u Marittima | Illustrazzjoni. |
| 2007 (2) | Gregory Gauci | Għasfur, ortoloan tas-sidra safra | 15 | Flora u Fawna | |
| 2007 (2) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 16 | Flora u Fawna | |
| 2007 (2) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 20-21 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (3) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 12-13 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
L-Aċċent
Pubblikazzjoni:
Il-Lussemburgu: Id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DĠT) tad-Dipartiment tal-Ilsien Malti tal-Kummissjoni Ewropea
Kumment/i ġenerali:
L-aċċent hija rivista ppubblikata mid-Dipartiment tal-Ilsien Malti fid-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2010 (2) | Reuben Seychell | Finanzi, kost vs spiża vs nefqa | 6-8 | Finanzi u Kummerċ | Analiżi dwar l-għażla terminoloġika msemmija. |
| 2010 (3) | Reuben Seychell | Finanzi, bl-imnut vs bl-ingrossa, konsumaturi vs operaturi | 3-5 | Finanzi u Kummerċ | Analiżi dwar l-għażla terminoloġika msemmija. |
| 2010 (3) | Jeantide Naudi | Kimika, is-sustanzi kimiċi | 5-7 | Saħħa u Mediċina, Xjenza u Teknoloġija | L-awtriċi tissuġġerixxi, bʼanaliżi ddettaljata, sistema taʼ kif jistgħu jibdew jinkitbu xi sustanzi kimiċi fil-Malti. |
| 2010 (3) | Antoine Cassar | Ġeografija, il-Lvant tal-Mediterran jew il-Mediterran tal-Lvant? | 7-8 | Ġeografija | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2010 (4) | Anthony Privitelli | Kimika, l-ismijiet tas-sustanzi kimiċi bil-Malti | 8-11 | Saħħa u Mediċina, Xjenza u Teknoloġija | |
| 2010 (4) | Alan Xuereb | Differenza bejn ‘reatʼ u ‘delittʼ | 14-15 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2011 (5) | Alessandro Mangion | Ekonomija u finanzi | 9-11 | Finanzi u Kummerċ | It-terminoloġija u l-Bank Ċentrali Ewropew. |
| 2011 (5) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Kimika | 1-8 | Saħħa u Mediċina, Xjenza u Teknoloġija | L-ismijiet tas-sustanzi kimiċi bil-Malti; linji gwida interistituzzjonali. Fid-daħla, Reuben Seychell jikteb li din ir-riżorsa hija frott il-ħidma taʼ Anthony Privitelli u Jeantide Naudi li ħadu ħsieb jiġbru l-punti taʼ qbil u kitbu l-Linji gwida għaliha. Dil-ħidma tagħhom wasslet għal qbil interistituzzjonali dwar kif jiġu tradotti s-sustanzi kimiċi u l-komposti tagħhom, kif preżentati fʼdin ir-riżorsa. |
| 2011 (6) | Alan Xuereb u Stephanie Anne Fenech | Liġi, proċessi, proċeduri, proċedimenti | 4-6 | Liġi | Analiżi dwar l-għażla terminoloġika msemmija. |
| 2011 (6) | Lorna Saliba | Traduzzjoni tat-termini ‘requirementʼ u ‘provisionʼ fil-Malti | 7 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2011 (6) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Vetturi, sewqan | 1-16 | Trasport u Vjaġġar | Kif jikteb Reuben Seychell fid-daħla, din ir-riżorsa tinvolvi lista taʼ termini bʼrabta maʼ standards tal-UNCE dwar il-vetturi, liema standards ġew adottati mill-UE. L-istandards kienu jittrattaw, fost l-oħrajn, l-ibbrejkjar, il-ħġieġ, u d-dawl tal-karozzi, u l-vetturi tal-idroġenu. Għall-prattiċità tat-tfitxxija, is-sekwenza tar-riżorsa hija alfabetika Ingliża. Il-lista hija bbażata fuq l-entrati li jinsabu fil-IATE u jinkludu t-termini Ingliżi (EN), dawk korrispondenti Maltin (MT), u fejn kienu disponibbli, il-Franċiżi (FR) u Ġermaniżi (DE). |
| 2011 (7) | Mark A. Sammut | Traduzzjoni taʼ ‘shallʼ u ‘shouldʼ fil-Malti, sfidi u soluzzjonijiet | 1-11 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2011 (7) | Antoine Cassar | Tipi taʼ topografiji | 15-21 | Ġeografija | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2012 (8) | Reuben Seychell | Traduzzjoni tat-termini ‘incomeʼ u ‘revenueʼ fil-Malti | 14-16 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2012 (8) suppliment | Mark A. Vella | Żooloġija, flora u fawna | 6-8 | Flora u Fawna | Ir-riżorsa tinvolvi lista taʼ termini taʼ annimali u pjanti bil-Malti, bl-Ingliż u bil-Latin. Vella jżid ukoll kolonna bʼkummenti dwar kull traduzzjoni li għamel. Barra minn hekk, fil-paġni taʼ qabel - paġni 1 sa 6 - l-istess terminologu jippreżenta xi noti prattiċi dwar il-ħolqien tat-terminoloġija bʼeżempji mill-qasam taż-żooloġija. |
| 2013 (9) | Jennifer De Barro | Traduzzjoni taʼ ‘shallʼ u ‘shouldʼ fil-Malti | 2-4 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2013 (9) | Dr David Borg | Liġi, ‘(il)legaliʼ vs ‘(il)leċituʼ | 10-11 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi dwar l-għażla terminoloġika msemmija. |
| 2013 (9) | Reuben Seychell | Finanzi, ‘fiskaliʼ vs ‘taʼ taxxaʼ | 11-12 | Finanzi u Kummerċ, Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi dwar l-għażla terminoloġika msemmija. |
| 2013 (9) | Alan Delia | Flora u fawna Mediterranja, ħlejjaq li jgħixu ħdejn il-baħar, pjanti, friefet, annimali li jgħixu mal-bniedem | 12-19 | Flora u Fawna | Artiklu informattiv li jinkludi wkoll tabella terminoloġika bʼtermini bl-Ingliż, bil-Malti u bʼmod xjentifiku. Kif jikteb l-awtur, l-informazzjoni dwar il-veġetazzjoni u l-fawna ppreżentata fʼdan l-artiklu hi msejsa fuq il-ktieb Ilma, blat u ħajja: Is-sisien tal-ambjent naturali Malti taʼ Patrick J. Schembri u Alfred E. Baldacchino. |
| 2013 (9) | Dr Michael Spagnol u Sandro Spiteri | Termini mediċi popolari, mediċina | 19-24 | Saħħa u Mediċina, Xjenza u Teknoloġija | Artiklu li jinkludi lista taʼ termini mediċi popolari; ġabra. |
| 2013 (9) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Data ġeospazjali u navigazzjoni | 1-12 | Ġeografija | Kif jikteb Reuben Seychell fid-daħla, ir-riżorsa tinkludi lista taʼ termini bʼrabta maʼ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi standards tal-ġbir u ż-żamma tad-data ġeospazjali, kif ukoll bʼrabta man-navigazzjoni kemm spazjali kif ukoll bil-baħar. Bosta minn din id-data tintuża fil-kartografija u l-immappjar taʼ informazzjoni li tikkonċerna l-użu tal-art u l-ispazju mill-bniedem kif ukoll elementi ġeografiċi. Il-lista hija bbażata fuq l-entrati li jinsabu fil-IATE u jinkludu t-termini Ingliżi (EN), dawk korrispondenti Maltin (MT), u fejn kienu disponibbli, il-Franċiżi (FR) u Ġermaniżi (DE). |
| 2013 (10) | Reuben Seychell | Differenza bejn ‘reviewʼ u ‘revisionʼ | 11-13 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2013 (10) | Reuben Seychell | Ġeografija, konfini (boundary) vs fruntiera (border) | 14 | Ġeografija, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2013 (10) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Swieq finanzjarji u monetarji, makroekonomija, kontabilità | 1-32 | Finanzi u Kummerċ | Lista li tinvolvi t-terminu Ingliż u l-korrispondenti tiegħu bil-Malti. |
| 2014 (11) | Ġużi Gatt | Bidwi, biedja, kliem antik | 23-27 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | Fʼdan l-artiklu, l-awtur jittratta l-pubblikazzjoni Il-Kalendarju tal-Bidwi tal-1849 maħruġa mis-Società Economico-Agraria del Gruppo di Malta, li ħareġ bit-Taljan u bil-Malti. |
| 2014 (11) | Antoine Cassar | Lejn mappa tad-dinja bil-Malti | 28-34 | Ġeografija | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2014 (11) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Katina agroalimentari, saħħa, sikurezza fl-ikel, mediċina veterinarja, pjanti, ġenealoġija | 1-8 | Agrikultura, Saħħa u Mediċina, Flora u Fawna | Kif tikteb Jeantide Naudi fid-daħla, ir-riżorsa tinvolvi lista taʼ termini li nibtu bħala tisħiħ tal-infurzar tal-istandards tas-saħħa u s-sikurezza għall-katina agroalimentari li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet fʼMejju tal-2013. |
| 2014 (12) | Erika Vassallo | Differenza bejn ‘repealʼ u ‘deleteʼ | 15-16 | Liġi | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2014 (12) | Antoine Cassar | Lejn mappa tad-dinja bil-Malti 2, kriterji preliminari, l-Afrika | 21-34 | Ġeografija | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2014 (12) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Ġenerazzjoni tal-enerġija u l-elettriku | 1-12 | Xjenza u Teknoloġija | Kif jiktbu Jeantide Naudi u Reuben Seychell fid-daħla, ir-riżorsa tinvolvi lista taʼ termini li jkopru t-temi tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika. Tinkludi wkoll termini relatati mal-effiċjenza enerġetika kif ukoll mal-apparat elettriku kemm taʼ tidwil kif ukoll taʼ funzjoni oħra. Il-ħidma hija frott diversi proġetti li nħaddmu bʼkonsultazzjoni maʼ esperti fil-qasam, inkluż fl-inġinerija, kif ukoll bl-żu taʼ proġett taʼ riċerka li Annabelle Micallef għamlet fit-teżi tagħha mal-Università taʼ Malta fl-2010. |
| 2015 (13) | Louiselle Saunier-Borg, ColetteBugeja u Marie Chantelle Bonnici | Liġi, ‘pienaʼ vs ‘penaliʼ | 10-14 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2015 (13) | Antoine Cassar | Lejn mappa tad-dinja bil-Malti 3, l-Amerka tʼIsfel | 25-32 | Ġeografija | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2015 (13) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Tossikoloġija u ekotossikoloġija, sustanzi kimiċi fl-industrija, fil-prodotti tat-tindif, fiż-żebgħa, fil-ħwejjeġ, għamara u apparat elettroniku | 1-24 | Saħħa u Mediċina | Kif jiktbu t-terminologi Jeantide Naudi u Reuben Seychell fid-daħla, ir-riżorsa tħejjiet bʼreazzjoni għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni taʼ sustanzi kimiċi (REACH). |
| 2015 (13) mappa | Antoine Cassar | Mappa tal-Amerka tʼIsfel | — | Ġeografija | Riżorsa li tinvolvi mappa ddettaljata tal-Amerka tʼIsfel, bil-kulur. |
| 2016 (14) | Louiselle Saunier-Borg | Liġi, it-traduzzjoni taʼ ‘provided forʼ,‘ʼstipulated inʼ,‘ʼestablished inʼ, ‘as forseen inʼ u ‘as set outʼ | 10-12 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2016 (14) | David Borg | Differenza bejn ʼevażjoniʼ u ʼevitar tat-taxxaʼ | 13-15 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2016 (14) | David Vella | Differenza bejn ‘delittiʼ u ‘kważi delittiʼ | 16-18 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni li tkompli maʼ dik taʼ Alan Xuereb li dehret fil-ħarġa nru 4 fejn iddiskuta d-differenza bejn ʼreatʼ u ʼdelittʼ. |
| 2016 (14) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Agrikoltura/agrikultura/biedja, politika agrikola komuni (PAK) | 5-48 | Agrikultura | L-ewwel parti. Kif jiktbu t-terminologi Jennider De Barro u Jeantide Naudi fid-daħla, minn hawn ʼil quddiem il-glossarji fis-supplimenti taʼ l-aċċent jieħdu format ġdid. Minbarra t-termini Ingliżi (EN) u l-korrispondenti Maltin (MT) tagħhom, wieħed isib il-kodiċi tal-kunċett li jservi taʼ identifikatur fil-IATE, definizzjoni tat-terminu bil-Malti, u fejn ikun diponibbli, nota dwar il-kunċett u nota dwar it-terminu. Il-punt taʼ tluq taʼ kull terminu issa hija d-definizzjoni tiegħu. |
| 2017 (15) | Marie Chantelle Bonnici | Differenza bejn ‘legaliʼ u ‘ġuridikuʼ | 19-23 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2017 (15) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Agrikoltura/agrikultura/biedja, politika agrikola komuni (PAK) | 3-23 | Agrikultura | It-tieni parti. |
| 2017 (16) | Antoine Cassar | Lejn mappa tad-dinja bil-Malti 4, il-gżejjer tal-Karibew | 15-23 | Ġeografija | L-ewwel parti. Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2017 (16) | Dr Alan Xuereb | Differenza bejn ‘l-użuʼ, ‘l-użanziʼ u ‘l-konswetudniʼ | 26-28 | Liġi, Lingwa U letteratura | |
| 2017 (16) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Produzzjoni sostenibbli, enerġija, ilma, materja prima, ħamrija | 4-44 | Xjenza u Teknoloġija | L-ewwel parti. Ir-riżorsa għandha bidu fil-formazzjoni tar-regoli fid-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali 2010/75/EU (IED) li teżiġi l-kontroll tal-konsum tal-enerġija, tal-ilma u tal-materja prima, kif ukoll il-prevenzjoni tat-tniġġis tal-ilma, tal-arja u tal-ħamrija minn madwar 50,000 installazzjoni industrijali fl-Ewropa. Dan il-kontroll jiġi implimentat fʼkull stat membu tal-UE permezz taʼ sistema li tinkludi kundizzjonijiet li jirrikjedu l-użu tal-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT). |
| 2017 (16) mappa | Antoine Cassar | Mappa tal-Karibew | — | Ġeografija | Riżorsa li tinvolvi mappa ddettaljata tal-gżejjer tal-Karibew bil-kulur. |
| 2018 (17) | Antoine Cassar | Lejn mappa tad-dinja bil-Malti 4, il-gżejjer tal-Karibew | 14-26 | Ġeografija | It-tieni parti. Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2018 (17) | Ġużi Gatt | Blat, xaħx, ramel, u rabaʼ grass | 27-33 | Agrikultura, Ġeoloġija | Analiżi forma taʼ diskussjoni li tinvolvi wkoll glossarju ċkejken. |
| 2018 (17) | Claire Bonello | Differenza bejn ‘id-data tad-dħul fis-seħħʼ, ‘id-data tal-applikazzjoniʼ u ‘id-data meta d-dispożizzjonijiet ikollhom effettʼ | 41-43 | Liġi, Lingwa U letteratura | Analiżi forma taʼ diskussjoni. |
| 2018 (17) suppliment | Id-Dipartiment tal-Malti tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea | Produzzjoni sostenibbli, enerġija, ilma, materja prima, ħamrija | 3-43 | Xjenza u Teknoloġija | It-tieni parti. Dal-glossarju jkompli maʼ dak tas-16-il ħarġa tal-2017. |
| 2019 (18) | David Dandria | Insetti | 19-23 | Flora u Fawna | L-awtur jagħti listi taʼ ismijiet taʼ insetti bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku, skont l-ordni xjentifika tagħhom. |
| 2019 (18) | Antoine Cassar | Kliem is-snajjaʼ | 24-25 | Xogħol u Snajjaʼ | L-awtur jikteb dwar taħdita li Ġużi Gatt għamel fl-24 taʼ April 2018 dwar kliem is-snajjaʼ. |
Minn Tagħna: Ġabra taʼ Artikli Fuq il-Malti
Pubblikazzjoni:
Malta: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2023 (1) | Thomas Pace | Metodi tat-tisjir, ħxejjex aromatiċi, aċċessorji tal-kċina | 13 | Ikel u Tisjir, Flora u Fawna | Listi Ingliż-Malti. |
Annwal: Festa Santa Marija, Il-Mosta
Pubblikazzjoni:
Malta: Soċjetà Filarmonika Santa Marija
Kumment/i ġenerali:
Rivista aċċessata mill-Kollezzjoni Programmi tal-Festa li qed tinġabar bʼħafna mħabba u dedikazzjoni mil-librara tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela (Junior College), l-Imsida.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2000 | J. J. Camilleri | Fran, ħobż | 16-20 | Xogħol u Snajjaʼ | It-terminoloġija bil-Malti tinsab fil-grassett fi ħdan it-test. |
Annwal: Festa Santa Marija, Il-Mosta
Pubblikazzjoni:
Malta: Soċjetà Filarmonika Santa Marija
Kumment/i ġenerali:
Rivista aċċessata mill-Kollezzjoni Programmi tal-Festa li qed tinġabar bʼħafna mħabba u dedikazzjoni mil-librara tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela (Junior College), l-Imsida.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2003 | J. J. Camilleri | Luzzu | 99-101 | Sajd u Marittima | Artiklu li jagħti ħarsa lejn it-terminoloġija li għandha xʼtaqsam mal-luzzu. L-awtur jispjega kull biċċa tal-luzzu, xʼinhi u għal xiex tintuża. It-termini bil-Malti jinsabu fit-test bʼittri kapitali. |
Festa 2012: Madonna tas-Sokkors, Kerċem
Pubblikazzjoni:
Għawdex: Banda San Girgor
Kumment/i ġenerali:
Rivista aċċessata mill-Kollezzjoni Programmi tal-Festa li qed tinġabar bʼħafna mħabba u dedikazzjoni mil-librara tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela (Junior College), l-Imsida.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|---|---|
| 2012 | Kenneth Cauchi | Qniepen | 45-47 | Mużika |
Wirt Artna
Pubblikazzjoni:
Malta: Taqsima tal-Istudji Soċjali, Direttorat tal-Edukazzjoni
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1980ijiet | Joseph Mallia | Xkubetta/senter, dar, bennej, knisja, karrettun, furnar, bidwi/biedja, mirkeb/bastiment/dgħajsa | — | Bini u Arkitettura, Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura | Sett taʼ charts A3, aktarx maħruġin mit-Taqsima tal-Istudji Soċjali (Direttorat tal-Edukazzjoni) fit-tmeninijiet. Nirringrazzja lis-Sur Thomas Pace talli tani lista tagħhom. |
| 1980ijiet | Joseph Mallia | Xkubetta/senter, dar, bennej, knisja, karrettun, furnar, bidwi/biedja, mirkeb/bastiment/dgħajsa | — | Sajd u Marittima, Kaċċa u Nsib | Sett taʼ charts A3, aktarx maħruġin mit-Taqsima tal-Istudji Soċjali (Direttorat tal-Edukazzjoni) fit-tmeninijiet. Nirringrazzja lis-Sur Thomas Pace talli tani lista tagħhom. |