Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 46
—
2014

Facebook > Hunting in Malta

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebook 2014 Kaċċa, insib, fawna Kaċċa u Nsib, Flora u Fawna Paġna fuq Facebook li tgħaqqad il-kaċċaturi u n-nassaba Maltin fʼkomunjoni fuq il-mezzi soċjali. facebook.com/MaltaHunting
—
2015

YouTube > Naturali: Natura u Ambjent

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sensiela taʼ filmati informattivi miġburin fi stazzjon fuq YouTube 2015 Flora, fawna, ġeografija Flora u Fawna, Ġeografija Ġabra taʼ programmi dwar in-natura li kienet tixxandar kull nhar taʼ Ġimgħa fis-1:30pm fuq Radju Marija, bʼripetizzjoni l-Erbgħa fis-2:30am. youtube.com/@naturali-naturauambjent5627
—

Birgu – Città Vittoriosa: A 2020 Vision > Home > Traditions > Boats

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Artiklu fʼsit elettroniku 2017 Dgħajjes Maltin Sajd u Marittima Artiklu bl-Ingliż bʼħafna termini bil-Malti fil-korsiv u ritratti taʼ dgħajjes varji. birgu-a2020vision.org/boats
Stampa ġewwa artiklu fʼsit elettroniku 2017 Dgħajsa Maltija Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjoni tad-dgħajsa Maltija, bil-partijiet tagħha, bʼħafna terminoloġija bil-Malti. birgu-a2020vision.org/boats
—
2017

YouTube > Ġonna Maltin

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sensiela taʼ filmati informattivi miġburin fi stazzjon fuq YouTube 2017 Agrikultura/agrikoltura, rabaʼ, biedja, mard Agrikultura Ġabra taʼ filmati dwar aspetti differenti tal-agrikultura Maltija. youtube.com/@gonnamaltin7030
—
2018

Il-Ballut taʼ Marsaxlokk Wetland

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Paġna fuq Facebok 2018 Flora, fawna Flora u Fawna Paġna li tinkludi għadd taʼ posts u kartelluni dwar il-flora u l-fawna tal-gżejer Maltin. facebook.com/ballutxlokk
—

Mitkellma

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sensiela taʼ filmati informattivi miġburin fʼpaġna fuq Facebook 2018 Karti tal-logħob, partijiet tal-ġisem, laqmijiet, ħobż, pastizzi, mostri/sħaħar/fatati, għaġin, pasturi, kunjomijiet, Ġimgħa Mqaddsa/Kbira, ikel, ħelu tal-Karnival u tar-Randan, lingwa Sport u Rikreazzjoni, Saħħa u Mediċina, Arti, Kultura u Folklor Programm televiżiv li kien jixxandar kuljum fuq ONE li fʼmadwar mitt sekonda jesplora bl-aktar mod ikkulurit il-Malti mitkellem. facebook.com/profile.php?id=100027584871898&sk=videos
Sensiela taʼ filmati informattivi miġburin fʼpaġna fuq Facebook 2018 Karti tal-logħob, partijiet tal-ġisem, laqmijiet, ħobż, pastizzi, mostri/sħaħar/fatati, għaġin, pasturi, kunjomijiet, Ġimgħa Mqaddsa/Kbira, ikel, ħelu tal-Karnival u tar-Randan, lingwa Ikel u Tisjir, Lingwa U letteratura Programm televiżiv li kien jixxandar kuljum fuq ONE li fʼmadwar mitt sekonda jesplora bl-aktar mod ikkulurit il-Malti mitkellem. facebook.com/profile.php?id=100027584871898&sk=videos
—
2019

Agrikoltura > List of Species/Lista tal-Ispeċi

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Tabella fʼsit elettroniku 2019 Ħut, ħlejjaq tal-baħar Flora u Fawna, Sajd u Marittima Lista bl-isem Malti, xjentifiku u Ingliż taʼ għadd ġmielu taʼ ħut u ħlejjaq tal-baħar tal-Gżejjer Maltin. Ir-riżorsa mʼgħadhiex aċċessibli fis-ist elettroniku indikat imma tinsab maħżuna xorta waħda għand ir-riċerkatur li ddokumentaha fʼkażijiet taʼ problemi tekniċi jew żviluppi futuri fis-sit, kif ġara. agrikoltura.gov.mt
—
2019-2020

YouTube > Natura Maltija

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sensiela taʼ filmati informattivi miġburin fi stazzjon fuq YouTube 2019-2020 Natura Maltija, ambjent, flora, fawna Flora u Fawna Ġabra taʼ 40 filmat informattiv li kienu jixxandru fuq l-istazzjon nazzjonali dwar aspetti differenti tal-flora u l-fawna Maltija. youtube.com/playlist?list=PLzrpE0iRHx_qc6TCuBqW9JkJZH9q-uk8r
—
2021

Malta Libraries

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Stampa fʼpaġna tal-Facebook 2021 Ktieb Lingwa U letteratura Stampa bit-terminoloġija Maltija li tiddeskrivi l-anatomija tal-ktieb. facebook.com/115773746938605/photos/a.307909534391691/323473566168621/?type=3&paipv=0&eav=AfbKJ7eoBXXcFLCReTA3avAQjqCHHgmixo8sDpxv5utgD61WbuFJehCOf8K2rwY5P6c&_rdr
—
2021

Sigurtà Soċjali > Riżorsi > Glossarju

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Glossarju fʼordni alfabetika fʼsit elettroniku bilingwi 2021 Soċjetà, sigurtà soċjali Soċjetà u Soċjoloġija Glossarju fʼordni alfabetika fʼsit elettroniku bilingwi Malti-Ingliż. Maʼ kull terminu hemm id-definizzjoni tiegħu. Jekk is-sit jinqaleb għall-verżjoni Ingliża, it-tabella bil-glossarju (it-terminoloġija u d-definizzjonijiet) magħha, tinqaleb ukoll. socialsecurity.gov.mt/mt/glossarju
—
2022

RUUMS.eu

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Stampa fʼpaġna tal-Facebook 2022 Gallarija tradizzjonali Maltija Bini u Arkitettura, Xogħol u Snajjaʼ Stampa taʼ gallarija tradizzjonali Maltija bit-terminoloġija Maltija magħha, imtellgħa għall-Jum Nazzjonali tal-Ilsien Malti tal-21 taʼ Frar 2022. facebook.com/profile/100075846469347/search?q=gallarija
—
2022-2023

BirdLife Malta > News, Blog & Campaigns > Productions > NATURAlment

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Programm televiżiv 2022-2023 Natura, ambjent, għasafar Flora u Fawna, Ġeografija Programm televiżiv bil-Malti taʼ siegħa bi produzzjoni taʼ BirdLife Malta u ppreżentat minn Nathaniel Attard, imxandar nhar taʼ Ħamis fid-21:35 fuq NET Television, bʼrepetizzjoni t-Tlieta fit-07:40 taʼ filgħodu. Beda jixxandar fid-29 taʼ Settembru 2022 mas-60 sena anniversarju taʼ BirdLife Malta u dam sat-22 taʼ Ġunju 2023, bʼtotal taʼ 40 programm. L-iskop tal-programm huwa li jqajjem kuxjenza fuq l-isbuħija tan-natura u l-importanza tal-protezzjoni u l-kura tal-bijodiversità tagħna. Fis-sit elettroniku taʼ BirdLife Malta hemm aċċess għal dawn il-programmi kollha. birdlifemalta.org/digital/naturalment
—
2023

MSF Bees > Prodotti

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Tabelli informattivi fʼsit elettroniku 2023 Naħal, prodotti tan-naħal Xogħol u Snajjaʼ Riżorsa li tinkludi ħafna ritratti li jkomplu jsaħħu lill-istess termini bil-Malti. Tinsab fʼsit elettroniku taʼ kumpanija Ċiniża li tbigħ prodotti relatati mal-produzzjoni tal-għasel bin-naħal. Fiha hemm diversi termini bil-Malti kkonsolidati bʼritratti tajbin tal-prodotti. mt.msfbees.com/products
—
—

Ġonna

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Sit elettroniku — Ġnien/ġonna, ħxejjex u ħwawar, siġar, fjuri, pjanti, kura, teknika, għodda, liġijiet, siġar regolati, riċetti Agrikultura, Flora u Fawna Sit elettroniku li fiha ħafna materjal terminoloġiku, bʼlisti bilingwi u bʼstampi bil-kulur li jillustraw lill-istess terminoloġija. Jinkludi fih dizzjunarju alfabetiku dwar l-istess qasam. gonna.maltaweb.biz
—
—

Kif Isir

Deskrizzjoni tar-riżorsa Data/i Kliem muftieħ Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa u s-sors tagħha Ħolqa
Programm televiżiv — Elettriku, temp, restawr tal-pittura, presepju, posta, polpa fina, mejda, crackers, birra, ħalib, gwarniċ, biskuttin tal-lewż, ġibniet/ġobniet friski, insiġ, mużajk, ravjul, isem tad-dar, żejt taż-żebbuġa, solar water heater, rizzol tal-fidda, ritratt, cupboard tal-kċina Xogħol u Snajjaʼ Sensiela taʼ programmi televiżivi, imxandra fuq TVM, li tidħol fil-fabbriki Maltin biex tiskopri l-mod li bih isiru diversi prodotti u servizzi fil-gżejjer tagħna. tvmi.mt/series/558
1 2 3 4