Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 146
Sengħet il-Mastrudaxxa: Stħarriġ Lessikali fuq Sfond Etnografiku
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mastrudaxxa | 81-217 | Xogħol u Snajjaʼ | Glossarju bʼtifsiriet minn dizzjunarji/teżawri ewlenin u t-tifsira mill-imgħallem tas-sengħa. Fl-appendiċi hemm ukoll xi ritratti biex jikkonsolidaw lill-istess glossarju. |
A Glossary of Psychopathological Terms and Their Characteristics
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Psikopatoloġija, psikoloġija, patoloġija, psikjatrija/psikjatrika, diżordnijiet mentali, mard mentali, moħħ | 112-115 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 150 terminu li għandu xʼjaqsam mal-psikopatoloġija. Ukoll, fʼpaġni 18-108 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini, bil-korrispondenti Ingliż-Malti, bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti tagħhom, bl-użu tagħhom fl-istess kuntest bilingwi, bil-kategorija lessikali li jaqgħu fiha, u bʼnoti oħra addizzjonali dwarhom. |
| Psikopatoloġija, psikoloġija, patoloġija, psikjatrija/psikjatrika, diżordnijiet mentali, mard mentali, moħħ | 116-119 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ 150 terminu li għandu xʼjaqsam mal-psikopatoloġija. Ukoll, fʼpaġni 18-108 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini, bil-korrispondenti Ingliż-Malti, bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti tagħhom, bl-użu tagħhom fl-istess kuntest bilingwi, bil-kategorija lessikali li jaqgħu fiha, u bʼnoti oħra addizzjonali dwarhom. |
Studju dwar il-Lessiku tas-Sajd bir-Rixa
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Sajd, marittima, ħut | 54-127 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Glossarju alfabetiku bid-definizzjonijiet taʼ Aquilina, Serracino Inglott, u oħrajn. Ukoll, hemm ir-referenzi tad-definizzjonijiet oħra u s-sorsi tat-termini. |
Is-Sengħa tal-Iskarpan u l-Vokabolarju Tekniku Tagħha
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Skarpan | 76-137 | Xogħol u Snajjaʼ | Glossarju alfabetiku taʼ 161 terminu bid-definizzjonijiet taʼ Aquilina u t-tifsiriet li jagħti l-iskarpan. |
Il-Varjazzjoni Lessikali fil-Qasam tal-Ħobż
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħobż | 91-107 | Xogħol u Snajjaʼ, Ikel u Tisjir | Glossarju alfabetiku bid-definizzjonijiet taʼ Aquilina, Serracino Inglott, u informazzjoni oħra li r-riċerkatriċi ġabret matul l-istudju. |
Termini Mediċi Popolari: Studju Lessikali
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mediċina, mard u sintomi mediċi, partijiet tal-ġisem prinċipali, forom verbali u aġġettivali, ewfemiżmi | 95-185 | Saħħa u Mediċina | Glossarju fʼordni alfabetika. Għal kull terminu li jinkludi, Pace jiddokumenta t-tifsira mid-dizzjunarji taʼ Aquilina u Serracino Inglott, kif ukoll eżempji, osservazzjonijiet u varjanti tagħhom. |
Economic Discourse in Simultaneous Interpreting: A Corpus-Based Perpective on EU Commissionersʼ Speeches
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fl-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ekonomija | 189-191 | Finanzi u Kummerċ | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ termini ekonomiċi. Minn paġna 37 sa 188 wieħed isib iżjed tagħrif dwar kull terminu, bħar-rappreżentazzjoni tat-terminu bl-Alfabett Fonetiku Internazzjonali (AFI), it-tifsira/id-definizzjoni tiegħu, u kuntest tal-użu tiegħu, bl-Ingliż u bil-Malti. |
| Ekonomija | 192-194 | Finanzi u Kummerċ | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ termini ekonomiċi. Minn paġna 37 sa 188 wieħed isib iżjed tagħrif dwar kull terminu, bħar-rappreżentazzjoni tat-terminu bl-Alfabett Fonetiku Internazzjonali (AFI), it-tifsira/id-definizzjoni tiegħu, u kuntest tal-użu tiegħu, bl-Ingliż u bil-Malti. |
Ir-Reġistru tal-Kċina fl-Ilsien Malti, bʼRabta mal-Platti tal-Fenek
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Kċina, tisjir, platti tal-fenek | 11-83, 84-132 | Ikel u Tisjir | Reġistru alfabetiku. |
A Bilingual Terminological Database (English to Maltese) Related to the Area of Diabetes
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u t-Terminoloġija
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Saħħa, mard, kudizzjoni, dijabete, zokkor | 185-195 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Ingliża-Maltija dwar 150 terminu relatat mal-kudizzjoni tad-dijabete. Imbagħad, fʼpaġni 39-180 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini magħżulin, bil-korripondenti Ingliża-Maltija, id-definizzjoni Ingliża-Maltija tagħhom, is-sors u d-data tal-aċċess tat-tifsira Ingliża, rimarki oħra dwar it-termini, u marki dwar il-validità tagħhom. |
| Saħħa, mard, kudizzjoni, dijabete, zokkor | 196-204 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Maltija-Ingliża dwar 150 terminu relatat mal-kudizzjoni tad-dijabete. Imbagħad, fʼpaġni 39-180 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini magħżulin, bil-korripondenti Ingliża-Maltija, id-definizzjoni Ingliża-Maltija tagħhom, is-sors u d-data tal-aċċess tat-tifsira Ingliża, rimarki oħra dwar it-termini, u marki dwar il-validità tagħhom. |
Glossarju taʼ Termini Matematiċi Użati fit-Tagħlim tal-Matematika fl-Iskejjel Maltin fil-Livell Primarju
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Matematika, tagħlim primarju, skola primarja, klassi | 287-295 | Matematika, Edukazzjoni | Lista alfabetika Ingliż-Malti. Minn paġna 15 sa 287 wieħed isib tagħrif dettaljat dwar l-istess termini kif użati bʼmod prattiku fil-klassi. |
| Matematika, tagħlim primarju, skola primarja, klassi | 296-303 | Matematika, Edukazzjoni | Lista alfabetika Malti-Ingliż. Minn paġna 15 sa 287 wieħed isib tagħrif dettaljat dwar l-istess termini kif użati bʼmod prattiku fil-klassi. |
Il-Lessiku: Differenzi Djalettali fʼQasam Magħżul
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Edukazzjoni
Grad:
Baċellerat tal-Edukazzjoni (Bl-Unuri)
Kumment/i ġenerali:
FʼAppendiċi 2 (paġni 169-208), ir-riċerkaturi jippreżentaw għadd taʼ ritratti u illustrazzjonijiet tal-kunċetti studjati fit-teżi.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Rabaʼ, għodda/għodod, bhima, qiegħa, andar, mitħna tal-miexi, mitħna tar-riħ, qoton, newl, sienja, bir, moħriet, ħart, għasir tal-għeneb, industrija tal-ġbejniet, żabra, tilqim, apparat għat-tisqija | 26-35 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Rabaʼ, għodda/għodod, bhima, qiegħa, andar, mitħna tal-miexi, mitħna tar-riħ, qoton, newl, sienja, bir, moħriet, ħart, għasir tal-għeneb, industrija tal-ġbejniet, żabra, tilqim, apparat għat-tisqija | 59-106 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | Analiżi etimoloġika taʼ kull vajrazzjoni lessikali tal-ismijiet tal-għodod, makkinarju u l-partijiet tagħhom. |
| Rabaʼ, għodda/għodod, bhima, qiegħa, andar, mitħna tal-miexi, mitħna tar-riħ, qoton, newl, ħalġ, tajr, għażla, insiġ, newl, sienja, bir, moħriet, ħart, għasir tal-għeneb, industrija tal-ġbejniet, żabra, tilqim, apparat għat-tisqija | 108-167 | Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ | Deskrizzjoni tal-għodod, makkinarju u l-partijiet tagħhom. |
| Mitħna tal-miexi | 201 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-termini tal-partijiet magħha. |
| Mitħna tar-riħ minn barra u minn ġewwa | 202-204 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-termini tal-partijiet magħha. |
| Daqqaq tat-tajjar | 205 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-termini tal-partijiet magħha. |
| Newl | 206 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-termini tal-partijiet magħha. |
| Sienja | 207 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-termini tal-partijiet magħha. |
| Moħriet | 208 | Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura | Illustrazzjoni bit-termini tal-partijiet magħha. |
Il-Furnara u l-Fran taʼ Ħal Qormi: Studju Etnografiku bʼĠabra taʼ Termini Kuntestwali
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ħobż, furnar | 159-198 | Xogħol u Snajjaʼ | Lista taʼ 202 terminu dwar ix-xogħol tal-furnar. Għal kull terminu hemm it-tifsira skont id-dizzjunarju taʼ Aquilina jew dizzjuanrju ieħor u t-tifsira tal-informanti jew it-terminu kif użat fil-kuntest. |
Family Law: A Glossary from English to Maltese and from Maltese to English
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Familja, liġi, liġi tal-familja | 30-36 | Liġi, Soċjetà u Soċjoloġija | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti taʼ 185 terminu. Fʼpaġni 44-283, Borg tagħti iżjed tagħrif dwar kull terminu, bħall-użu tiegħu fʼkuntest Ingliż-Malti, definizzjoni ġenerali tiegħu u definizzjoni legali tiegħu. |
| Familja, liġi, liġi tal-familja | 37-43 | Liġi, Soċjetà u Soċjoloġija | Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż taʼ 185 terminu. Fʼpaġni 44-283, Borg tagħti iżjed tagħrif dwar kull terminu, bħall-użu tiegħu fʼkuntest Ingliż-Malti, definizzjoni ġenerali tiegħu u definizzjoni legali tiegħu. |
Glossary of Terms Taken from the Structure Plan
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Bini, suq tal-proprjetà/propjetà, dar/djar, awtorità tal-ippjanar, MEPA | 208-214 | Bini u Arkitettura | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ termini. Ukoll, minn paġna 26 sa 207 wieħed isib aktar tagħrif dwar l-istess termini, bħat-tifsira tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, u l-użu tagħhom fʼkuntest Ingliż u Malti. |
| Bini, suq tal-proprjetà/propjetà, dar/djar, awtorità tal-ippjanar, MEPA | 214-219 | Bini u Arkitettura | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ termini. Ukoll, minn paġna 26 sa 207 wieħed isib aktar tagħrif dwar l-istess termini, bħat-tifsira tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, u l-użu tagħhom fʼkuntest Ingliż u Malti. |
Traduzzjoni u Analiżi taʼ Manwal taʼ Vettura Flimkien maʼ Glossarju Tekniku Relatat
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Vettura/vetturi, karozza/karozzi | 145-155 | Xjenza u Teknoloġija | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti. |
| Vettura/vetturi, karozza/karozzi | 156-160 | Xjenza u Teknoloġija | Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż. |