Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 146
Glossarju Analitiku taʼ Termini Marbuta maċ-Ċinematografija
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ċinematografija, ċinema, films | 11-136 | Sport u Rikreazzjoni | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti bid-definizzjonijiet, kummenti u sentenzi bit-termini fil-kuntest tradotti. |
| Ċinematografija, ċinema, films | 137-149 | Sport u Rikreazzjoni | Lista alfabetika Malti-Ingliż tal-istess termini trattati fʼpaġni 11-136. |
Analiżi Lingwistika taʼ Qasam Lessikali Magħżul
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Edukazzjoni
Grad:
Baċellerat tal-Edukazzjoni (Bl-Unuri)
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ikel, tisjir, ħobż | 112-151 | Ikel u Tisjir | It-terminu bil-Malti u d-definizzjoni tiegħu bl-Ingliż. |
| Xorb, inbid | 152-179 | Ikel u Tisjir | It-terminu bil-Malti u d-definizzjoni tiegħu bl-Ingliż. |
A Glossary (Maltese-English) of Terms Used in Electrical Engineering With Special Focus on Alternating Current Drives And Programmable Logic Controllers
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Inġinerija elettrika, elettriku, loġika, programmar, kurrent alternat | 254-273 | Xjenza u Teknoloġija | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ termini. Ukoll, minn paġna 7 sa 253 wieħed isib tagħrif dettaljat bl-Ingliż dwar l-istess termini. |
| Inġinerija elettrika, elettriku, loġika, programmar, kurrent alternat | 274-293 | Xjenza u Teknoloġija | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ termini. Ukoll, minn paġna 7 sa 253 wieħed isib tagħrif dettaljat bl-Ingliż dwar l-istess termini. |
Varjazzjoni Djalettali fil-Qasam Lessikali tal-Ħelu
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Tisjir, ħelu | 97-119 | Ikel u Tisjir | Għal kull terminu, wieħed isib stampa u d-definizzjoni li jagħtu Aquilina u Serracino Inglott. |
| Tisjir, ħelu | 121-195 | Ikel u Tisjir | Tinkludi persentaġġi tal-varjanti tal-ħelu skont l-età tal-informanti. |
Ir-Reġistru tal-Biedja
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Biedja, bidwi | 105-130 | Agrikultura | Tabella li tinvolvi t-terminu kif intqal min-nannu tar-riċerkatur, skont kif jinstab fʼAquilina, it-tifsira tiegħu skont in-nannu, it-tifsira/traduzzjoni tiegħu skont Aquilina, u s-sors tal-intervista li għamel l-istess Mizzi għat-terminu. |
Maltaʼs Edible Plants
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Edukazzjoni
Grad:
Baċellerat tal-Edukazzjoni (Bl-Unuri)
Kumment/i ġenerali:
Teżi li tinvestiga mal-240 pjanta biex tara humiex tajbin għall-ikel jew le. Il-lista ma tinkludix il-pjanti kollha li jittieklu fʼMalta, fil-fatt, il-ħxejjex, xi frott komuni u fungi tħallew barra għax diġà saret ħafna riċerka dwarhom.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Flora, pjanti li jittieklu | 12-79 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Għal kull pjanta mniżżla hawnhekk, l-istudenta tat l-isem botaniku, Ingliż u Malti tagħha, hix komuni jew le, l-abitat tagħha, il-partijiet minnha li jittieklu, u tagħrif dwar l-użu tagħha. Meta mʼgħandhiex, l-isem Malti tal-pjanta tħalla barra. |
A Glossary of Selected Terms Related to Paediatrics
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Saħħa, mediċina, pedjatrika, tfal, mard tat-tfal, kura tat-tfal | 254-258 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Ingliża-Maltija taʼ 161 terminu dwar il-pedjatrika. Imbagħad, fʼpaġni 37-248 hemm tagħrif dettaljat dwar kull terminu, bil-korrispondenti Ingliża-Maltija, id-definizzjoni għalihom bl-Ingliż u bil-Malti, l-użu tat-terminu fʼkuntest Ingliż biss u l-analiżi tal-formazzjoni tat-terminu Malti. |
| Saħħa, mediċina, pedjatrika, tfal, mard tat-tfal, kura tat-tfal | 259-263 | Saħħa u Mediċina | Lista alfabetika Maltija-Ingliża taʼ 161 terminu dwar il-pedjatrika. Imbagħad, fʼpaġni 37-248 hemm tagħrif dettaljat dwar kull terminu, bil-korrispondenti Ingliża-Maltija, id-definizzjoni għalihom bl-Ingliż u bil-Malti, l-użu tat-terminu fʼkuntest Ingliż biss u l-analiżi tal-formazzjoni tat-terminu Malti. |
| Saħħa, mediċina, pedjatrika, tfal, mard tat-tfal, kura tat-tfal | 264-266 | Lista bl-Ingliż, bid-definizzjoni Ingliżi għalihom, dwar termini tekniċi li jissemmew fir-riċerka. |
L-Għaġin: Studju Lessikali
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Tisjir, għaġin, għodda, makkinarju | 65-90 | Ikel u Tisjir | Għal kull terminu hemm id-definizzjonijiet li jagħtu Aquilina u Serracino Inglott, kif ukoll definizzjoni jew kumment tar-riċerkatriċi. Minn paġna 91 sa 97 hemm l-istess lista tal-glossarju fʼordni alfabetika. |
A Glossary of Terms Used in ʼHuman Rights Lawʼ in Malta
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Liġi, drittijiet umani | 9-17 | Liġi, Soċjetà u Soċjoloġija | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti, bʼreferenza tas-sors għal kull terminu. Minn paġna 27 sa 51 hemm noti taʼ spjega dwar kull terminu, bħad-definizzjonijiet tagħhom, eżempji fʼkuntest, u alternattivi oħra għalihom bil-Malti. |
| Liġi, drittijiet umani | 18-26 | Liġi, Soċjetà u Soċjoloġija | Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż, bʼreferenza tas-sors għal kull terminu. Minn paġna 27 sa 51 hemm noti taʼ spjega dwar kull terminu, bħad-definizzjonijiet tagħhom, eżempji fʼkuntest, u alternattivi oħra għalihom bil-Malti. |
L-Identifikazzjoni u d-Definizzjoni taʼ Għadd Magħżul taʼ Kliem bʼKontenut Kulturali għad-Dizzjunarju Elettroniku Malti
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Kultura, folklor, drawwiet, tradizzjonijiet | 31-116 | Arti, Kultura u Folklor | Ġabra alfabetika taʼ 590 terminu kulturali Malti. |
Kompilazzjoni taʼ Glossarju taʼ Għodda tal-Mekkanik
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Xogħol, mekkanik/mechanic, għodda | 244-259 | Xogħol u Snajjaʼ | Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż taʼ ʼl fuq minn 150 terminu dwar ix-xogħol tal-mekkanik. Imbagħad, fʼpaġni 20-243 wieħed isib glossarju Ingliż-Malti tal-istess termini bʼtagħrif dettaljat dwarhom bil-Malti, bħat-tifsir, possibbiltajiet/alternattivi oħra tagħhom, l-użu tat-terminu fʼkuntest, stampa jew ritratt tagħhom, u l-funzjoni tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti. |
Glossarju taʼ Termini mill-Ingliż għall-Malti tas-Sinjali tat-Traffiku taʼ Vetturi bil-Mutur u Kliem Ieħor Relatat
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Traffiku, sinjali tat-traffiku, vetturi bil-mutur | 116-123 | Trasport u Vjaġġar | Ġabra alfabetika Ingliż-Malti taʼ 139 terminu. Imbagħad, fʼpaġni 24-115 hemm iżjed tagħrif fuq kull terminu, bħall-analiżi tal-elementi lingwistiċi tiegħu kif użati fil-lingwa mira (il-Malti) skont id-dizzjunarji u l-esperti. |
| Traffiku, sinjali tat-traffiku, vetturi bil-mutur | 124-130 | Trasport u Vjaġġar | Ġabra alfabetika Malti-Ingliż taʼ 139 terminu. Imbagħad, fʼpaġni 24-115 hemm iżjed tagħrif fuq kull terminu, bħall-analiżi tal-elementi lingwistiċi tiegħu kif użati fil-lingwa mira (il-Malti) skont id-dizzjunarji u l-esperti. |
A Glossary of Heraldry (English-Maltese)
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Araldika/eraldika, stemma/stemmi, familja/familji, persuna/persuni, pajjiż/pajjiżi, nazzjon/nazzjonalitajiet | 127-132 | Soċjetà u Soċjoloġija, Storja u Arkeoloġija, Arti, Kultura u Folklor | Lista taʼ 150 terminu Ingliż-Malti. Fʼpaġni 133-138 hemm l-istess lista taʼ termini fʼordni Malti-Ingliż. |
| Araldika/eraldika, stemma/stemmi, familja/familji, persuna/persuni, pajjiż/pajjiżi, nazzjon/nazzjonalitajiet | 127-132 | Ġeografija | Lista taʼ 150 terminu Ingliż-Malti. Fʼpaġni 133-138 hemm l-istess lista taʼ termini fʼordni Malti-Ingliż. |
Dizzjunarju taʼ Termini Folkloristiċi għal Studenti fil-Livell Sekondarju
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Edukazzjoni
Grad:
Baċellerat tal-Edukazzjoni (Bl-Unuri)
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Folklor, tradizzjonijiet, drawwiet, kultura, arti | 39-101 | Arti, Kultura u Folklor | Dizzjunarju alfabetiku dwar kunċetti folkloristiċi. |
Il-Lessiku: Differenzi Djalettali fil-Qasam tal-Armar tal-Festi
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, L-Istitut tal-Lingwistika
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Lingwistika
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Armar tal-festi, tiżjin | 27-82 | Arti, Kultura u Folklor, Xogħol u Snajjaʼ | Riżorsa li tinkludi għadd taʼ tabelli bit-termini. |