Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
L-Arkivji taʼ Malta
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 67)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Arkivji | 251-255 | Storja u Arkeoloġija | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
L-Għasafar tal-Għana fil-Gżejjer Maltin: Tnissil u Trobbija
Pubblikazzjoni:
Malta: L-awturi
Kumment/i ġenerali:
Din hija pubblikazzjoni interessanti ħafna dwar l-għasafar tal-għana fil-gżejjer tagħna, kif jitnisslu u kif jitrabbew. Fiha hemm ħafna tagħrif, bħall-mod kif lil dan l-għasfur tidentifkah, l-għajta tiegħu, l-abitat fejn jgħix, l-ikel li jiekol u r-riproduzzjoni tiegħu. Fejn jidħol it-tluq u t-tnissil taʼ kull għasfur, wieħed jistaʼ jsib informazzjoni bħad-daqs preferut tal-guva, l-għalf, l-ilma, il-mediċina, il-materjal għall-bejta, il-frieħ, il-karatteristiċi tal-frieħ, ir-ringjar, ir-riżultati, id-disfatti u l-mard tal-frieħ, fost l-oħrajn. Fiha hemm xi illustrazzjonijiet li għandhom saħħa terminoloġika konsiderevoli.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Topografija, anatomija, għasafar tal-għana | 11 | Flora u Fawna | Illustrazzjoni. |
| Ġewnaħ taʼ għasfur, gardell | 12 | Flora u Fawna | Dettall, illustrazzjoni. |
| Għasafar tal-għana | 21 | Flora u Fawna | Lista bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż. |
| Għasafar tal-għana komuni, sponsun, ġojjin, apparell, verdun, gardell, ekra, taż-żebbuġ | 40-81 | Flora u Fawna | |
| Għasafar tal-għana rari, sponsun salvaġġ, ġojjin salvaġġ/tan-nord | 82-86 | Flora u Fawna | |
| Għasafar oħra mir-razza tal-għana, kukkurin, bugeddum, kruċjat, trumbettier, bumunqar | 87-106 | Flora u Fawna | |
| Trobbija u tnissil tal-Gouldian Finich, għasfur | 107-119 | Flora u Fawna | Il-Gouldian Finich huwa tip taʼgħasfur mhux ikklassifikat taħt il-familja tal-għasafar tal-għana. |
| Ikel u għalf, proteini, karboidrati, żjut u xaħmijiet, vitamini (li jinħallu fix-xaħam u fl-ilma), minerali, naqal, ilma, ħxejjex, żrieragħ, ikel għall-frieħ, insetti, frott, ħtiġijiet neċessarji taʼ ikel, indafa u iġjene | 120-151 | Flora u Fawna | |
| Żrieragħ/żerriegħa għall-għasafar tal-għana | 140 | Flora u Fawna | |
| Guva | 153 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni. |
| Tnissil mill-għasafar tal-għana komuni, verdun, sponsun, ġojjin, ekra, gardell, apparell, taż-żebbuġ | 152-191 | Flora u Fawna | |
| Għasafar tal-għana | 192-200 | Flora u Fawna | Ritratti. |
Il-Mediċina fil-Gżejjer Maltin
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 2)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mediċina | 63 | Saħħa u Mediċina | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Imħabba u Sess
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Intern/ġewwieni tar-raġel mill-ġenb | 10 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Intern/ġewwieni tal-mara mill-ġenb | 11 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha. |
| Parti ġenitali tal-mara | 14-15 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom. |
| Tarbija fil-ġuf | 18-19 | Saħħa u Mediċina | Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom. |
| Sesswalità | 73-92 | Saħħa u Mediċina, Soċjetà u Soċjoloġija | Glossarju bit-tifsiriet bil-Malti taʼ xi termini komuni li jissemmew fil-pubblikazzjoni. |
Xingu fʼWied Għolliqa: Ktieb fuq Flora, Fawna u Għasafar għat-Tfal tal-Primarja
Pubblikazzjoni:
Malta: Nature Trust
Kumment/i ġenerali:
Ktejjeb inklinat għat-tfal sabiex dawn ikabbru l-għarfien tagħhom fuq il-flora u l-fawna Maltija, japprezzaw kemm hija sabiħa n-natura u jibnu kuxjenza favur il-funzjoni tagħha fil-ħajja taʼ ħlejjaq oħra.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Siġar, pjanti | 4-19 | Flora u Fawna | Kitba informattiva bʼMalti mexxej dwar xi siġar u pjanti li jikbru fil-Gżejjer Maltin. Hija riżorsa li tikkonsisti minn diversi illustrazzjonijiet bla kulur intenzjonati sabiex ipinġuhom it-tfal. Ukoll, fiha ħafna ritratti kkuluriti sbieħ sabiex ikomplu jikkonsolidaw lill-istess terminoloġija Maltija. |
| Għasafar | 20-25 | Flora u Fawna | Kitba informattiva bʼMalti mexxej dwar xi għasafar tal-Gżejjer Maltin. Hija riżorsa li tikkonsisti minn diversi illustrazzjonijiet bla kulur intenzjonati sabiex ipinġuhom it-tfal. |
Esperimenti tax-Xjenza: 100 Attività (taʼ Georgina Andrews u Kate Knighton)
Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Library Ltd.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Xjenza, esperimenti | 92-93 | Xjenza u Teknoloġija | Glossarju taʼ xi kliem diffiċli li hemm fil-kitba tal-ktieb. |
| Xjenza, esperimenti | 94-96 | Xjenza u Teknoloġija | Lista alfabetika tal-esperimenti li hemm fil-ktieb maqsuma fʼtemi. |
Tikka Kliem
Pubblikazzjoni:
Malta: Merlin Publishers Ltd.
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li sservi bħala għodda għal kull min jaħdem mat-tfal li qed jibdew jitgħallmu l-Malti bʼmod formali. Jinkludi 22-stampa-xena, kull xena fiha 8 kelmiet u hi abbinata maʼ temi fʼTikka Malti 1a u 1b, bʼtotal taʼ 176 kelma. Kull xena fiha wkoll oġġett stramb jew mhux fʼpostu li jagħti opportunità għal diskussjoni mat-tfal.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Jien u l-familja | 2-5 | Soċjetà u Soċjoloġija | |
| Fil-kċina, fis-salott, fil-kamra tal-banju, fil-kamra tas-sodda, fil-klassi | 6-15 | Bini u Arkitettura, Edukazzjoni | |
| Kuluri | 16-17 | Arti, Kultura u Folklor | |
| Ġugarelli | 18-19 | Sport u Rikreazzjoni | |
| Trasport, mezzi tat-trasport | 20-21 | Trasport u Vjaġġar | |
| Annimali tad-dar, annimali tar-razzett | 22-25 | Flora u Fawna | |
| Ħaxix/ħxejjex, ikel u xorb, frott, festin/party | 26-33 | Ikel u Tisjir | |
| Presepju tal-Milied | 34-35 | Arti, Kultura u Folklor | |
| Ħwejjeġ tas-sajf, ħwejjeġ tax-xitwa | 36-39 | Ilbies | |
| Kampanja | 40-41 | Agrikultura | |
| Verbi | 42-45 | Verbi bażiċi. | |
| Ħdejn il-baħar | 46-47 | Sajd u Marittima |
Taʼ Kola Windmill: The Best Preserved Windmill in Gozo
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Mitħna, minn ġewwa | 12 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha murija bil-permess taʼ Heritage Malta. |
| Mitħna, minn barra | 16 | Xogħol u Snajjaʼ | Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha murija bil-permess taʼ Heritage Malta. |
| Partijiet tal-mitħna | 11-18 | Xogħol u Snajjaʼ | It-termini bil-Malti jinsabu fi ħdan it-test bil-grassett. |
| Mitħna, proċess tas-separazzjoni | 19-21 | Xogħol u Snajjaʼ | It-termini bil-Malti jinsabu fi ħdan it-test bil-grassett. |
| Mitħna, ħobż tal-Malti | 37-38 | Xogħol u Snajjaʼ | It-termini bil-Malti jinsabu fi ħdan it-test bil-grassett. |
L-Imtieħen tat-Tħin tal-Qamħ fil-Gżejjer Maltin
Pubblikazzjoni:
Malta: L-awtur
Kumment/i ġenerali:
L-ewwel ftit paġni taʼ din il-pubblikazzjoni huma relevanti ħafna għal dan l-istudju għax jinkludu għadd taʼ termini bil-Malti dwar l-istruttura tal-bini u l-makkinarju tal-imtieħen tar-riħ. L-illustrazzjonijiet hawnhekk ikomplu jseddqu lil dan il-kamp terminoloġiku. Il-bqija tal-pubblikazzjoni ma ddokumentajtux ladarba jinkludi informazzjoni dettaljata, inkluż storika, taʼ kull mitħna tat-tħin tal-qamħ li kien hawn u li għad fadal ġewwa l-gżejjer Maltin.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Fossa tal-qamħ | 7 | Xogħol u Snajjaʼ, Agrikultura | Disinn/illustrazzjoni. |
| Mitħna/imtieħen tar-riħ, makkinarju taʼ barra | 23-25 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| Mitħna/imtieħen tar-riħ, makkinarju taʼ ġewwa | 26-30 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| Mitħna/imtieħen tar-riħ, proċess tat-tħin | 30-31 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| Mitħna/imtieħen tar-riħ, proċess tas-separazzjoni | 31 | Xogħol u Snajjaʼ, Flora u Fawna | |
| Mitħna/imtieħen tar-riħ, taħħan, xogħol it-taħħan | 31-33 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| Mitħna/imtieħen, taħħan, kejl, użin u muniti | 226 | Xogħol u Snajjaʼ, Matematika |
Qalb il-Fjuri
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 76)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali. Tinkludi ħafna tagħrif interessanti dwar il-fjuri u tipi differenti taʼ arranġamenti tagħhom, inkluż il-metodi pass pass u l-għodod li wieħed għandu juża għal dan ix-xogħol. Hija mgħammra minn għadd taʼ illustrazzjonijiet sbieħ li jkomplu jlaħħmu lill-istess studju.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Fjuri, għodda u teknika | 5-12 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, it-tmien disinji tal-fjuri | 15-20 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, storja | 23-30 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, oriġini tal-fjuri, it-tifsir tal-fjuri | 33-42 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | Tinkludi fiha lista alfabetika talismijiet tal-fjuri bl-Ingliż, u fil-parentesi bil-Malti. |
| Fjuri, tiżjin tal-fjuri fil-knisja, żmien il-Milied | 45-50 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, tiżjin tal-fjuri fil-knisja, żmien il-Għid | 53-60 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, tiżjin tal-fjuri fil-knisja, żmien taʼ matul is-sena | 63-66 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, tiżjin fʼokkażjonijiet speċjali | 69-74 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, arranġamenti, metodu/metodi | 77-89 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, fjuri eżotiċi | 93-98 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, fjuri oħra | 101-108 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, fwieħa | 111-114 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, arranġament, pot-et-fleur | 117-120 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, arranġament, pot pourri | 123-127 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, fjuri matul l-istaġun | 131-136 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | |
| Fjuri, fjuri selvaġġi Maltin | 139-150 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | Tinkludi lista bl-ismijiet tal-fjuri bil-Malti, bʼmod xjentifiku u bl-Ingliż. |
| Fjuri | 165-166 | Flora u Fawna, Xogħol u Snajjaʼ | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Il-Bizzilla tal-Gżejjer Maltin
Pubblikazzjoni:
Malta: PIN (Kullana Kulturali, Vol 49)
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni li tappartjeni mas-sensiela Il-Kullana Kulturali.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Bizzilla | 243-244 | Xogħol u Snajjaʼ, Arti, Kultura u Folklor | Glossarju taʼ termini tekniċi, bid-definizzjonijiet bil-Malti. |
Maltese Lace History & Mystery: Four Centuries of Bizzilla
Pubblikazzjoni:
Malta: Kite Group
Kumment/i ġenerali:
Riċerka dettaljata dwar il-bizzilla Maltija.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Bizzilla tal-Knisja fʼMalta, ilbies sagru | 40-70 | Xogħol u Snajjaʼ, Reliġjon, Ilbies | Fit-test stess, hemm l-ismijiet bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Malti taʼ ilbies sagru li jintlibes fʼkuntest taʼ Knisja lokali. |
| Bizzilla, ilbies tar-raġel tradizzjonali Malti | 84-96 | Xogħol u Snajjaʼ, Ilbies, Arti, Kultura u Folklor | Fit-test stess, hemm l-ismijiet bit-Taljan u bil-Malti taʼ xi lbies tar-raġel tradizzjonali Malti. |
| Bizzilla, ilbies tal-mara tradizzjonali Maltija | 101-145 | Xogħol u Snajjaʼ, Ilbies, Arti, Kultura u Folklor | Fit-test stess, hemm l-ismijiet bit-Taljan u bil-Malti taʼ xi lbies tal-mara tradizzjonali Maltija. |
| Bizzilla, żvilupp | 166-186 | Xogħol u Snajjaʼ, Ilbies, Arti, Kultura u Folklor | L-awtriċi issemmi pass pass l-iżvilupp tal-bizzilla taċ-ċombini. |
Birds of the Maltese Archipelago
Pubblikazzjoni:
Malta: Museums Department
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni dettaljata dwar l-għasafar tal-arċipelagu Malti bʼinformazzjoni xjentifika fuq kull speċi taʼ għasfur li jissemma. L-istudju jqarreb lejn klassifikazzjoni xjentifika tal-għasafar fil-gżejjer tagħna. Jikkonsisti wkoll minn diversi stampi u illustrazzjonijiet sbieħ. Fejn jidħol il-lessiku, jissemmew l-ismijiet tal-ispeċi bl-Ingliż, bʼmod xjentifiku, bil-Malti u bit-Taljan, għalkemm għal xi speċi, din l-istruttura tintilef kemm kemm. Fl-aħħar tal-ktieb hemm erbaʼ indiċi separati utli ħafna tal-ispeċi msemmija bl-Ingliż, bʼmod xjentifiku, bil-Malti u bit-Taljan, rispettivament.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Il-partijiet tal-għasfur u tal-ġewnaħ | xx-xi | Bl-Ingliż. | |
| Għasafar | 1-534 | Flora u Fawna | Klassifikazzjoni bʼmod xjentifiku, bl-Ingliż, bil-Malti u bit-Taljan. |
| Flora u fawna, għasafar | 538-540 | Indiċi tal-ismijiet bl-Ingliż. | |
| Flora u fawna, għasafar | 541-544 | Indiċi tal-ismijiet xjentifiċi. | |
| Flora u fawna, għasafar | 545-547 | Flora u Fawna | Indiċi tal-ismijiet bil-Malti. |
| Flora u fawna, għasafar | 548-550 | Indiċi tal-ismijiet bit-Taljan. |
Dizzjunarju Bibliku: Temi Teoloġiċi
Pubblikazzjoni:
Malta: Librerija Preca
Kumment/i ġenerali:
Dizzjunarju teoloġiku li jiġbor għadd taʼ temi dottrinali (ara l-lista alfabetika tagħhom fl-indiċi taʼ paġni ix-xi) skont it-testi tal-Bibbja. Jiswa ħafna lil kull min jaħdem fil-kamp tal-ministeru tal-Kelma, bħas-saċerdoti, katekisti u għalliema, biex it-tagħlim li jagħtu jkun ibbażat fuq il-Kelma taʼ Alla, joħroġ minnha u jissaħħaħ bil-qawwa tagħha.
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Reliġjon, teoloġija, Bibbja, temi teoloġiċi | 1-201 | Reliġjon |
Ikel Marokkin
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtriċi
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ikel, tisjir, dieta Marokkina, riċetti | — | Ikel u Tisjir | It-terminoloġija bil-Malti tinsab fi ħdan it-test tal-ktieb. |