Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 146
Ir-Reġistru tal-Futbol fl-Ilsien Malti
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kumment/i ġenerali:
Teżi li evolviet fil-pubblikazzjoni Ballun Pinġut (2012).
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Sport, football/futbol | 49-303 | Sport u Rikreazzjoni |
Tiswir taʼ Glossarju Tekniku Analitiku mill-Ingliż għall-Malti taʼ Għadd Meqjus taʼ Termini Użati u Ssuġġeriti fil-Qasam tal-Inġinerija Mekkanika (Għodod u Aċċessorji) Kif Imħaddma fʼFirxa taʼ Manwali Magħżula
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Inġinerija mekkanika | 246-269 | Xjenza u Teknoloġija | Lista taʼ għadd taʼ termini-sors (TiS) magħżula fl-inġinerija mekkanika. Fʼpaġni 33-213 wieħed isib taqsima analitika tal-istess termini, bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti tagħhom, u l-użu tagħhom fʼkuntest, fost l-oħrajn. |
Ir-Reġistru tat-Tqala u tal-Ħlas
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Tqala, ħlas, qabla/qwiebel | 72-256 | Saħħa u Mediċina | Tabella li tinvovli t-termini skont ordni alfabetika, l-informazzjoni grammatikali tagħhom, il-varjanti tagħhom, is-sors, id-definizzjoni li jagħtu Aquilina u Serracino Inglott għalihom, kumment dwarhom, u eżempju u s-sors tagħhom. |
Kliem Diffiċli fil-Qwiel Maltin
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam |
|---|---|---|
| Qwiel, proverbji, kliem diffiċli | 70-241 | Lingwa U letteratura |
Glossary of Terms Used by the European Union, the Council of Europe and UNESCO in the Fields of Culture and New Media
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fl-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Kultura/kulturi, midja/media, Ewropa, Unjoni Ewropea (UE), UNESCO | 209-214 | Arti, Kultura u Folklor, Liġi | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 152 terminu. Għalihom, fʼpaġni 32-204 hemm tagħrif dettaljat bil-korrispondenti Ingliż-Malti, il-kategorija li l-kunċett tat-terminu jappartjeni fiha, id-definizzjoni Ingliża-Maltija, u s-sors tal-istess definizzjoni Ingliża, l-użu tagħhom fʼkuntest bilingwi Ingliż-Malti, u noti oħra. |
| Kultura/kulturi, midja/media, Ewropa, Unjoni Ewropea (UE), UNESCO | 216-222 | Arti, Kultura u Folklor, Liġi | Lista alfabetika Malti-Ingliż taʼ 152 terminu. Għalihom, fʼpaġni 32-204 hemm tagħrif dettaljat bil-korrispondenti Ingliż-Malti, il-kategorija li l-kunċett tat-terminu jappartjeni fiha, id-definizzjoni Ingliża-Maltija, u s-sors tal-istess definizzjoni Ingliża, l-użu tagħhom fʼkuntest bilingwi Ingliż-Malti, u noti oħra. |
Glossary of Terms Used in the Textiles and Design Indusry
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fl-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ilbies, tessuti, disinn, moda, ħjata | 32-227 | Ilbies | Glossarju Ingliż-Malti taʼ 150 terminu bid-definizzjonijiet tagħhom bl-Ingliż u bil-Malti, il-kategorija tagħhom, is-sors tad-definizzjoni u d-data taʼ meta din ġiet aċċessata. |
Il-Qasam Lessikali tax-Xagħar
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Xagħar, stili u qatgħat, partijiet tax-xagħar, għodda, metodi, prodotti, kuluri u żebgħa, qatgħat, termini oħra relatati max-xagħar, professjonijiet marbutin max-xagħar, kif niddeskrivu x-xagħar | 97-221 | Xogħol u Snajjaʼ | Glossarju taʼ termini bil-kategorja grammatikali tagħhom u d-definizzjonijiet li jagħtu Erin Serracino Inglott, Ġużè Aquilina u l-informanti għalihom. |
| Xagħar, stili u qatgħat, partijiet tax-xagħar, għodda, metodi, prodotti, kuluri u żebgħa, qatgħat, termini oħra relatati max-xagħar, professjonijiet marbutin max-xagħar, kif niddeskrivu x-xagħar | 331-349 | Xogħol u Snajjaʼ | Glossarju alfabetiku. |
Glossarju taʼ Termini Relatati mat-Turiżmu
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Turiżmu | 25-159 | Turiżmu u Ospitalità | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti taʼ 155 terminu. Jinkludi definizzjoni bl-Ingliż tat-terminu, kuntest bl-Ingliż u bil-Malti taʼ kif jintuża, u nota addizzjonali bil-Malti dwaru. |
| Turiżmu | 174-184 | Turiżmu u Ospitalità | Lista alfabetika Ingliż-Malti tat-termini trattati fʼpaġni 25-159. |
| Turiżmu | 185-197 | Turiżmu u Ospitalità | Lista alfabetika Malti-Ingliż tat-termini trattati fʼpaġni 25-159. |
Glossarju taʼ Termini fil-Qasam tax-Xogħol tal-Pulizija
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u t-Terminoloġija
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Pulizija, korp tal-pulizija, ġestjoni/immaniġġjar tal-korp tal-pulizja, regoli taʼ proċedura, infurzar tal-liġi, offiżi kriminali, termini ġenerali | 47-54 | Xogħol u Snajjaʼ, Liġi | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 152 terminu dwar ix-xogħol tal-pulizija. Ukoll, fʼpaġni 68-244 hemm tagħrif elaborat dwar kull terminu, bl-ekwivalenti Ingliż-Malti-Taljan, il-kategorija fi ħdan l-istess qasam, id-definizzjoni bl-Ingliż u bil-Malti tal-istess terminu, eżempju tal-użu tat-terminu fʼkuntest Malti, is-sors u d-data tal-aċċess tal-istess kuntest, u nota addizzjonali dwar it-terminu u l-formazzjoni tiegħu. |
| Pulizija, korp tal-pulizija, ġestjoni/immaniġġjar tal-korp tal-pulizja, regoli taʼ proċedura, infurzar tal-liġi, offiżi kriminali, termini ġeneraliż | 55-66 | Xogħol u Snajjaʼ, Liġi | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 152 terminu dwar ix-xogħol tal-pulizija. Ukoll, fʼpaġni 68-244 hemm tagħrif elaborat dwar kull terminu, bl-ekwivalenti Ingliż-Malti-Taljan, il-kategorija fi ħdan l-istess qasam, id-definizzjoni bl-Ingliż u bil-Malti tal-istess terminu, eżempju tal-użu tat-terminu fʼkuntest Malti, is-sors u d-data tal-aċċess tal-istess kuntest, u nota addizzjonali dwar it-terminu u l-formazzjoni tiegħu. |
Il-Kaċċa tal-Fniek u l-Insib fʼMalta: Stħarriġ Etnografiku bi Glossarju
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Kaċċa, insib | 128-150 | Kaċċa u Nsib | Lista taʼ 117 terminu u espressjoni bit-tifsira skont id-dizzjunarji taʼ Aquilina u taʼ Mario Serracino Inglott, ukoll skont dik li ntqalet milll-informanti. |
Is-Sengħa tat-Tapizzar u t-Terminoloġija tagħha
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Tappizzar, tapiti/twapet | 53 | Xogħol u Snajjaʼ | It-tabella taʼ 268 terminu li, għall-maġġornaza tagħhom, tinkludi t-terminu nnifsu skont kif jingħad minn missier ir-riċerkatriċi, il-kategorija tematika tiegħu, il-varjanti fonetiċi-ortografiċi tiegħu, is-sors tiegħu, id-definizzjonijiet li jagħtu Aquilina u Serracino Inglott għalih, il-kumment tal-awtriċi, it-terminu bl-Ingliż u s-sors tiegħu, eżempju u s-sors tiegħu, ir-ritratt tat-terminu u s-sors tiegħu. |
Is-Sengħa tal-Bini: Studju Lingwistiku
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Bini, bennej | 100-233 | Bini u Arkitettura | Glossarju taʼ 877 terminu bil-Malti, bil-varjanti u t-tifsira tiegħu. |
A Translation and Analysis of the IEE Wiring Regulations
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Inġinerija elettrika, elettronika, elettriku, dawl | 165-204 | Xjenza u Teknoloġija | Glossarju Ingliż-Malti taʼ 122 terminu dwar l-inġinerija elettrika, bid-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti u s-sors tat-tifsira Ingliża. |
Traduzzjoni tar-Regolamenti Uffiċjali tal-Logħba tal-Ħendbol
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Sport, handball/ħendbol | 146-151 | Sport u Rikreazzjoni | Glossarju alfabetiku Ingliż-Malti. Fʼpaġni 123-145 hemm id-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti tat-termini, u l-possibbiltajiet taʼ varjanti bil-Malti. |
| Sport, handball/ħendbol | 152-157 | Sport u Rikreazzjoni | Glossarju alfabetiku Malti-Ingliż. Fʼpaġni 123-145 hemm id-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti tat-termini, u l-possibbiltajiet taʼ varjanti bil-Malti. |
Spazji, Inħawi u Nies: Traduzzjoni bil-Malti taʼ ʼPaces, Places and Peopleʼ, Ktieb taʼ Studji Ġeografiċi għat-Tfal fl-Iskejjel Sekondarji
Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u l-Interpretar
| Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|
| Ġeografija/ġografija | xvii-xxix | Ġeografija | Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ termini ġeografiċi. |