Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 388
Ġużi Gatt
2005

Qiegħda fil-Ponta taʼ Lsieni – I

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Kif hemm miktub fuq il-qoxra tal-ktieb, dan huwa għajnuna biex wieħed jagħraf jitkellem fuq it-temp, ir-rabaʼ, iż-żargħa, it-trobbija tal-bhejjem, il-bini, is-sajd, is-snajjaʼ, id-daqq, u fuq ħafna minn dak kollu li jagħmilna Maltin. Hija riżorsa terminoloġika bil-Malti bʼsaħħitha ħafna, li tinfirex fuq tliet kotba. Fit-test miktub, it-terminoloġija bil-Malti tinsab bʼlinja taħtha u kapitali, waqt li dik bl-Ingliż tinsab fil-korsiv u fil-parentesi. Il-pubblikazzjoni hija mżejna bʼħafna illustrazzjonijiet dettaljati. Wara kull kapitlu, l-awtur jagħti miklem taʼ kliem dwar il-qasam trattat bʼtermini bil-Malti u bl-Ingliż. Fih mʼhemmex referenza għall-kelmiet kollha msemmija fil-kapitlu taʼ qabel u għalhekk qed nagħżel li niddokumenta wkoll xʼhemm fil-paġni taʼ qabel l-istess miklem.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Art u baħar, bir (bjar), ġiebja (ġwiebi) 1-2 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, ilma, naqal 2-3 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, ħerża (ħereż), plier (plieri) 3 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, sieqja (swieqi), vaska (vaski) 3-4 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, saffi tal-blat 4-5, 6 Ġeoloġija
Art u baħar, spiera (spejjer/spieri), qana (qwieni) 5-8 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, ilma tal-pjan 9 Agrikultura
Art u baħar, ħamla tal-wied 9-10 Agrikultura
Art u baħar, wilġa (wileġ), ramla (ramliet) 11-12 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, fliegu (fliegi), qala (qaliet) 13 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, xagħri, moxa, ġmiem, bosk 14-15 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, borġ, qlejgħa 15-16 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, ilma, topografija, veġetazzjoni 16-17 Ġeografija, Ġeoloġija, Agrikultura
Art u baħar, tipi taʼ ħamrija 18 Agrikultura, Ġeoloġija Miklem bl-Ingliż u bil-Malti.
Art u baħar, saffi tal-blat (kif jinqasmu l-Qawwi taʼ Fuq u ż-Żonqor) 19 Ġeoloġija
Temp, lejl u nhar, sħab 23-24, 25 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, xita 24-25 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, riħ u warda tar-riħ 26-27 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, temperatura 27-28 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, lejl u nhar 29 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, l-itwal u l-iqsar tax-xemx 30-31 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, staġuni 31 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, astronomija (is-sebaʼ kwiekeb) 32-33 Temp u Żmien, Astronomija
Temp, lejl u nhar, astronomija u meteoroloġija 33-35 Temp u Żmien, Astronomija Miklem bl-Ingliż u bil-Malti.
Żargħa, iż-żerriegħa saż-żerriegħa 37-41 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, dakra 42 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, xeblik 42 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, parassiti 43 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, siġar taʼ Malta 44-45 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, tilqim tas-siġar 45-49 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, fil-ġnien u fl-għalqa, is-siġar, siġar tal-frott irqiq, siġar taċ-ċitru, siġar oħra tal-frott, frott ieħor, tilqim tas-siġar, ħwawar, ħaxix tal-borma 50-56 Agrikultura, Flora u Fawna Miklem.
Partijiet taz-zokk taʼ siġra 56 Agrikultura, Flora u Fawna
Sengħa tal-bini 59-63, 73-74 Bini u Arkitettura
Sengħa tal-bini, dar rurali, dar fl-ibliet u l-irħula, arkitettura, ħnejja/arkata, ħajt 64-72 Bini u Arkitettura Miklem bl-Ingliż u bil-Malti.
Trobbija tal-bhejjem, mogħoż (mogħża) 75-79 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, nagħaġ (nagħġa) 79-80 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, baqar (baqra) 80-82 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, żwiemel (żiemel) 83-94 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, qżieqeż (qażquż) 95 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, klieb (kelb) 96-106 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, qtates (qattus) 106-108 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, fniek (fenek) 109-111 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, tjur (tajra) 111-114 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, mogħoż, nagħaġ, baqar, żwiemel, ħnieżer, klieb, qtates, fniek, tjur, ħamiem, stonku, għalf, ġwież, ħalib, għand tal-laħam, xedd, rota tal-karrettun 114-124 Agrikultura Miklem.
Trobbija tan-naħal 127-148, 152-153 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ
Trobbija tan-naħal, tipi taʼ naħal, naħal tal-għasel, kaxxa tan-naħal, siġar u ħxejjex, mard tan-naħal, għedewwa tan-naħal, għodda tan-naħal 148-151 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.
Fuħħar 155-169, 184-185 Xogħol u Snajjaʼ
Fuħħar 170-181 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju.
Fuħħar 182-184 Xogħol u Snajjaʼ
Tbaħħir u sajd, bini taʼ dgħajsa, qlugħ, dgħajjes taʼ Malta, irkaptu, parit, tartarun, għażel, għażel tat-tkarkir, terrieħa, konz, tirjix, kannizzati, nases 187-217 Sajd u Marittima Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.

Ara l-entrati kollha (56)

Ġużi Gatt
2015

Qiegħda fil-Ponta taʼ Lsieni – II

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Din il-pubblikazzjoni tkompli maʼ taʼ qabilha, fejn fiha l-awtur jissokta jikkummenta fuq l-isbuħija tat-terminoloġija taʼ lsienna skont oqsma differenti tal-ħajja Maltija. Hija riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna mżejna minn għadd taʼ illustrazzjonijiet sbieħ.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Temp, is-sema bil-Malti 1-6, 7-12 Temp u Żmien
Temp, is-sema bil-Malti 6-7, 201 Temp u Żmien Miklem.
Ħsad, dris, żrigħ u taħwil 15-71 Agrikultura
Kejl, użin, ħajja tar-rabaʼ 202-208 Agrikultura, Matematika Glossarju.
Ħobż tal-Malti 73-84 Xogħol u Snajjaʼ
Ħobż tal-Malti 208-209 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju.
Forn tal-ħobż tal-Malti 87-126 Xogħol u Snajjaʼ
Forn tal-ħobż tal-Malti 209-210 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju.
Ġobon tan-nar 129-135 Xogħol u Snajjaʼ
Ġobon tan-nar 210 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju.
Tberfil 137-150 Xogħol u Snajjaʼ
Tberfil 210-211 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju.
Sengħa tal-barrieri 151-166 Xogħol u Snajjaʼ
Sengħa tal-barrieri 211-213 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju.
Flus, kejl, tmexxija 169-200 Matematika
Flus, kejl, u tmexxija 213-215 Matematika Glossarju.
Ħlejjaq tal-fantasija, bʼsetgħat speċjali, tal-biżaʼ, erwieħ, tal-praspar, eroj qalbiena, bhejjem, tjur u ħut tas-seħer, oġġetti u elementi tas-seħer, artijiet tal-fantasija u postijiet imsaħħra, ix-xitan u taʼ miegħu 216-218 Arti, Kultura u Folklor
Ġużi Gatt
2022

Qiegħda fil-Ponta taʼ Lsieni – III

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
It-tielet pubblikazzjoni tal-awtur li tittratta fid-dettall il-kalendarju tal-bidwi.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Is-siġar taʼ Malta 268-274 Flora u Fawna, Agrikultura Bʼmod xjentifiku, bil-Malti u bl-Ingliż.
Biedja 275-283 Agrikultura Indiċi tat-termini tal-biedja.
Ġużi Gatt
2023

Il-Karattri tal-Fantasija Maltin

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Pubblikazzjoni sabiħa, mimlija informazzjoni u illustrazzjonijiet sbieħ, tal-karattri tal-fantasija Maltin.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Karattri tal-fantasija, ħares u ruħ/fatat 6-13 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, gawgaw 14-25 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, ors tal-gandlora 26-31 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, ġganti 32-37 Arti, Kultura u Folklor
Ħallieġa, ħalġ, magħżel, suf, tajjar 34 Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija Maltija magħhom.
Karattri tal-fantasija, Tork tat-taraġ 38-43 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, saħħar, saħħara 44-53 Arti, Kultura u Folklor
Fantasija, seħer 54-55 Xogħol u Snajjaʼ Lista taʼ terminoloġija Malti-Ingliż-Malti tad-dinja tal-fantasija u tas-seħer.
Karattri tal-fantasija, ħaddiela 56-59 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, belliegħa 60-65 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, sirena 66-71 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, waħx, waħx il-baqar 72-83 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, għafrit 84-87 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, għul, nanna għula 88-93 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, xifajk 94-97 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, imlejka 98-101 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, serp tas-sebaʼ rjus 102-105 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, sibilla, sittażbrilja 106-109 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, tfajla tal-ġmiel, tronġa mewwija 110-113 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija, dinja tal-fantasija Maltija 114-134 Arti, Kultura u Folklor
Karattri tal-fantasija 135-141 Arti, Kultura u Folklor
G. N. Godwin
1880

The Geology, Botany and Natural History of the Maltese Islands

Pubblikazzjoni:
Malta: P. Bonavia
Kumment/i ġenerali:
Ktieb bl-Ingliż li jittratta oqsma differenti tal-ġeoloġija, il-botanika u l-istorja naturali tal-gżejjer Maltin. Fih għadd ġmielu taʼ termini bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. Qari bir-reqqa tiegħu aktarx joħroġ ukoll xi terminoloġija Maltija.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Iktoloġija, ħut 49-55 Flora u Fawna, Sajd u Marittima
Krustaċi/krustaċji 63-65 Flora u Fawna, Sajd u Marittima
Molluski 66-71 Flora u Fawna, Sajd u Marittima
Ħxejjex/pjanti tal-baħar 72-73 Flora u Fawna, Sajd u Marittima
Gabriel Grioli
2022

Manwal għall-Qari tal-Provi

Pubblikazzjoni:
Malta: BDL
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Lingwa, qari tal-provi, pubblikazzjoni 139-144 Lingwa U letteratura Glossarju taʼ terminoloġija u tifsiriet bil-Malti.
Gavino Gulia
1855

Repertorio Botanico Maltese

Pubblikazzjoni:
Malta: Tipografia Laferla
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Botanika, pjanti, xitel, ħaxix 1-68 Flora u Fawna Ġabra alfabetika taʼ terminoloġija bil-Malti dwar il-botanika Maltija. Minbarra t-terminu Malti, hemm dak Taljan, Ingliż u bʼmod xjentifiku, kif ukoll definizzjoni bit-Taljan tal-istess speċi. Fl-appendiċi taʼ wara, imbagħad, hemm indiċi tat-termini bit-Taljan u bl-Ingliż li jissemmew fid-dizzjunarju.
Gejtan Grech (bʼżidiet minn Patri Spiridjun Grech)
1949

Grammatika jew Tagħlim Mużikali Meħud minn Diversi Awturi Kbar tal-Mużika

Pubblikazzjoni:
Malta: L-Awtur
Kumment/i ġenerali:
Sa minn meta kien għadu żgaħżugħ, l-awtur taʼ dan il-manwal, is-Surmast u l-Kompożitur Gejtan Grech (1855-1938), kien ġa tħarreġ tajjeb fl-istudji tal-kontrapont u l-armonija, u fl-ewwel kompożizzjonijiet tiegħu wera ġenju mhux komuni. Matul ħajtu, kiteb u ppubblika għadd ġmielu taʼ biċċiet mużikali: marċijiet, sinfoniji, fantasiji valzers, galops, mażurki, inni/jiet, kif ukoll kompożizzjonijiet għall-kant u l-orkestra, bħall-quddies, vespri, antifoni, u l-bqija. Fost xi kompożizzjonijiet famużi tiegħu nsibu l-poema LʼAssedio di Malta (esegwita għall-ewwel darba mill-banda La Vallette), is-sinfonija La Figlia del Re Pipino (ippremjata fl-Espożizzjoni Kolonjali li saret fʼLondra), il-fantasija Bufera e Calma (li ndaqqet mill-banda Price of Wales tal-Belt), u l-Inno Nazionale (esegwit mill-banda La Vallette fl-ewwel kommemorazzjoni tal-Festa Nazzjonali). Sabiex iħajjar u jħeġġeġ it-tagħlim tal-mużika fost iż-żgħażagħ ħaddiema, kif kienu (u għadhom) il-biċċa l-kbira tal-bandisti fi żmienu, is-Surmast Grech kiteb bil-Malti din il-Grammatika tal-Mużika li l-ħtieġa tagħha kein ilu jinħass. Din il-biċċa xogħol irnexxiet ħafna tant li kienet rikonoxxuta bi premju mis-Soċjetà tal-Arti Manifattura u Kummerċ (Societa dʼArti, Manifatture e Commercio). Għad li ħafna mit-terminoloġija fiha tinsab tul it-test, hija riżorsa importanti ħafna li tittratta tajjeb dan il-qasam. Nirringrazzja lil Simon Farrugia, studjuż tal-mużika, li ġentilment tani aċċess għal din il-grammatika.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Kif tinqara l-mużika, noti 7-8 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Ottavi, linji, spazji 8-9 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Differenza, post, valur tan-noti, paragun tal-pied Ingliż mill-figuri 9-10 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Kjavi, kemm huma, liema huma 11 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Effett tal-pont, terzini, sestini, noti abbundanti 12-13 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Mistrieħ, valur tiegħu 13-14 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Dijesis, bemolli, bekwadri 14-15 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Pawsa, replika, abbrevjatura, tremulu 15-16 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Temp, battuta forti u deboli 17-18 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Tempijiet, tqassim u taħbit tagħhom 18-22 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Intervalli u ton, kif u fʼkemm jitqassmu 22-26 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Skajjel, paragun, numru 26-29 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Abbellimenti 29-30 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Moviment, espressjoni 31 Mużika Termini li juru l-moviment u l-espressjoni.
Legatura, sinkopi, ritmu/rittmu, stakkat 32-33 Mużika Tinkludi diversi illustrazzjonijiet mużikali.
Mużika 33-34 Mużika Kliem li wieħed għandu jkun jaf.
George Cassola
2002

Dizzjunarju tal-Kontabilità Ingliż-Malti

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta University Press
Kumment/i ġenerali:
Dizzjunarju taʼ valur terminoloġiku bʼsaħħtu ħafna li, bʼħafna dettall u riċerka taʼ awtur li jaħdem fil-qasam ikkonċernat, jiġbor it-termini, l-espressjonijiet u l-idjoma Maltija dwar il-qasam tal-kontabilità fʼMalta.
Kliem muftieħ Paġni Qasam
Kontabilità/accounts, kont/kontijiet 1-107 Finanzi u Kummerċ
George Crispo Barbaro
1885

The Fishes of Malta: With Their Maltese, Italian and Season

Pubblikazzjoni:
Malta: Malta News Printing Establishment
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ħut 9-15 Flora u Fawna Lista alfabetika taʼ ħut bl-ismijiet Maltin, Taljani u Ingliż, bl-istaġun tagħhom.
George Sammut
2003

Il-Mitħna tar-Riħ

Pubblikazzjoni:
Malta: Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali taż-Żurrieq
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Partijiet tal-mitħna minn barra, antenni 25 Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjoni bit-terminoloġija magħha.
Partijiet tal-mitħna minn ġewwa, makkinarju 29, 31 Xogħol u Snajjaʼ Illustrazzjonijiet bit-terminoloġija magħhom.
Georgina Scicluna
2010

A Glossary of Terms Used in Human Rights Law in Malta: Terms Found in Maltese Legislation Concerning Human Rights

Pubblikazzjoni:
Malta: LAP Lambert Academic Publishing
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Liġi, drittijiet umani 13-21 Liġi, Soċjetà u Soċjoloġija Lista alfabetika Ingliż-Malti. Imbagħad, fʼpaġni 31-53 hemm noti oħra li jispjegaw lill-istess termini, bl-ekwivalenti Ingliż-Malti, id-definizzjoni bl-Ingliż, eżempju tal-użu tat-termini fʼkuntest Ingliż u Malti, u alternattivi oħra għat-terminu Malti.
Liġi, drittijiet umani 22-30 Liġi, Soċjetà u Soċjoloġija Lista alfabetika Malti-Ingliż. Imbagħad, fʼpaġni 31-53 hemm noti oħra li jispjegaw lill-istess termini, bl-ekwivalenti Ingliż-Malti, id-definizzjoni bl-Ingliż, eżempju tal-użu tat-termini fʼkuntest Ingliż u Malti, u alternattivi oħra għat-terminu Malti.
Giovanni Gulia
1889

Prontuario di Storia Naturale: Contenente la Nomenclatura Scientifica coi Corrispondenti Vocaboli Italiani ed Inglesi degli Animali e delle Piante che Sono Conosciuti sotto una Denominazione Maltese

Pubblikazzjoni:
Malta: A. Puglisevich
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Flora u fawna taʼ Malta, pjanti, siġar, għasafar, ħut, annimali 9-70 Flora u Fawna Ġabra alfabetika taʼ terminoloġija bil-Malti dwar il-flora u l-fawna taʼ Malta. Minbarra t-terminu Malti hemm il-varjanti tiegħu, kif ukoll l-isem korrispondenti bit-Taljan, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku. Id-definizzjonijiet tal-istess speċi huma kollha bit-Taljan.
Giovanni Gulia
1912

La Geologia ed i Fossili delle Isole Maltesi

Pubblikazzjoni:
Malta: Tipografia di G. Muscat
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ġeoloġija, blat, fossili 3-30 Ġeoloġija, Flora u Fawna Pubblikazzjoni bit-Taljan. Xi terminoloġija bil-Malti tinsab fi ħdan it-test fil-korsiv.
Giuseppe Despott
1915

A List of the Birds of Malta: Compiled fot the University Museum of Natural History

Pubblikazzjoni:
Malta: Government Printing Office
Kumment/i ġenerali:
Kif jikteb l-awtur fid-daħla tal-ktieb, sa qabel dan ix-xogħol, ħidmet Schembri (1838) bʼġabra taʼ 223 speċi taʼ għasfur, dik taʼ Wright u Blasius (1864) fl-Ibis bʼżieda taʼ 38 speċi ġodda, u dik taʼ Blasius (1894) fl-Ornis bʼlista taʼ 288 speċi kienu l-iżjed tliet xogħlijiet ornitoloġiċi importanti lokali. Issa, ir-riżorsa taʼ Despott tinkludi l-ispeċi kollha li l-awtur iltaqaʼ magħhom sa Diċembru tal-1914, bit-tnaqqis taʼ xi speċi li jissemmew fit-tliet katalgi preċedenti ladarba, għal raġunijiet studjati tal-istess awtur, ma jistgħux jitqiesu bħala għasafar tal-Gżejjer Maltin.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Għasafar 1-39 Flora u Fawna Katalgu taʼ 339 speċi taʼ għasfur tal-Gżejjer Maltin, bl-isem Ingliż, Latin u Malti, kif ukoll xi osservazzjonijiet ħfief bl-Ingliż (bħall-frekwenza u ż-żmien li jpassu l-għasafar) dwar kull speċi.
1 … 7 8 9 10 11 … 26