Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Riżultati: 146
Paul Portelli
2020

Insects and Other Invertebrates in Maltese Culture and Tradition

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: L-Istitut tal-Istudji Maltin
Grad:
Dottorat fl-Istudji tal-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Fawna, insetti, invertebrati taʼ Malta 279-306 Flora u Fawna Tabelli bl-isem Ingliż, Malti u xjentifiku. Hemm referenza wkoll għall-mod kif l-ispeċi huma mniżżlin fil-Prontuario di Storia Naturale Maltese. Riżorsa li tinkludi wkoll klassifikazzjoni taʼ xi speċi.
Pawlu Pace
1968

Mikiel Anton Vassalli u l-Industrija tal-Qoton bʼŻieda taʼ Tixbih mat-Terminoloġija fid-Dizzjunarji taʼ De Soldanis, Falzon u Caruana

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti u Studju Semitiċi
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri)
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Qoton, insiġ 39-53 Xogħol u Snajjaʼ Lista tal-kliem kollha li għandhom xʼjaqsmu mal-industriji tal-qoton u tal-insiġ kif jagħtihom Vassalli fil-Lexicon tiegħu, u ħdejhom hemm il-paġna li fihom jinsabu fid-dizzjunarji taʼ Vassalli, De Soldanis, Falzon u Caruana. Wara din il-lista hemm it-tifsir tal-kliem kif jinsab fil-Lexicon taʼ Vassalli.
Qoton, insiġ, newl 67 Xogħol u Snajjaʼ Isem tal-istrumenti kollha li jintużaw fl-insiġ skont De Soldanis.
Qoton, insiġ 72-78 Xogħol u Snajjaʼ Lista tal-kliem tal-industrija tal-qoton u l-insiġ li jinsab fid-Damma taʼ De Soldanis, bʼreferenza għal fejn jinsab fid-dizzjunarji tal-istess De Soldanis, u dawk taʼ Falzon u Caruana. Wara l-lista hemm it-tifsir tal-kliem kif jinsab fʼDe Soldanis.
Qoton, insiġ 79-80 Xogħol u Snajjaʼ Lista tal-kliem li jidher biss fid-dizzjunarji taʼ Falzon u Caruana, u fl-aħħar dak li jinsab fʼCaruana biss.
Peter Paul Caruana
2021

Il-Karnival Malti: Studju Lessikali

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Karnival Malti 35-237 Xogħol u Snajjaʼ, Arti, Kultura u Folklor Tabella fʼordni alfabetika li tinkludi t-terminu bil-Malti, il-forma tiegħu tal-plural, l-informazzjoni grammatikali tiegħu, it-tagħrif li jagħtu Aquilina u Serracino Inglott għalih, u xi kummenti oħra dwaru. Fl-appendiċi tat-teżi, hemm diversi ritratti li jirreferu għall-istess termini.
Phyllisienne Mallia
2008

Il-Logħob tan-Nar: Stħarriġ Etnografiku bi Glossarju

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Logħob tan-nar, piroteknika 126-145 Sport u Rikreazzjoni Lista taʼ 114 terminu bil-Malti bit-tifsiriet skont it-teżawru taʼ Serracino Inglott (jew dizzjunarju ieħor meta t-terminu jkun fil-korsiv jew meta ma jinsabx fit-teżawru), u skont it-tifsira tal-informanti fil-kuntest użat minnhom.
Quentin Bugeja
2021

A Terminology Peraining to Occupational Health and Safety in the Agricultural Sector

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni u t-Terminoloġija
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Agrikultura/agrikoltura, biedja, saħħa u sigurtà/sikurezza fuq il-post tax-xogħol, health and safety 153-160 Agrikultura, Saħħa u Mediċina Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ 150 terminu dwar is-saħħa u s-sigurtà fl-agrikultura. Ukoll, fʼpaġni 26-138 hemm tagħrif dettaljat dwar kull terminu, bl-ekwivalenti Ingliż-Malti, il-kategorija tat-terminu fi ħdan l-istess qasam, id-definizzjoni bl-Ingliż u bil-Malti u s-sors u d-data tal-istess tifsira Ingliża, l-użu tat-termini fʼkuntest Ingliż u Malti flimkien mas-sors u d-data tal-istess kuntesti, u noti oħra dwaru.
Raissa Gatt
2014

Traduzzjoni mill-Ingliż għall-Malti tal-Ktejjeb dwar Polza tal-Assikurazzjoni taʼ Vetturi bil-Mutur u Glossarju taʼ Termini Tekniċi Relatati Miegħu

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġsiteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Assikurazzjoni/assigurazzjoni, vetturi bil-mutur, karozza/karozzi, trasport 263-268 Assikurazzjoni, Trasport u Vjaġġar Lista Ingliż-Malti taʼ 97 terminu dwar l-assigurazzjoni. Ukoll, fʼpaġni 200-262 hemm tagħrif dwar l-istess termini bil-korrispondenti Ingliża-Maltija, bil-karatteristiċi grammatikali tagħhom, id-definizzjonijiet bilingwi għalihom, eżempju tal-użu tagħhom fʼkuntest Malti, u noti oħra.
Reuben De Gabriele
2013

Is-Sengħa tal-Kurdar: Studju Lessikali dwar il-Ħdim tal-Ħabel

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Kurdar, ħabel/ħbula, ħaddiem, teknika, produzzjoni, grad, materjal, għamla, għodda, termini oħra 75-120 Xogħol u Snajjaʼ It-termini bil-Malti jinsabu fil-grassett u bl-ittri kapitali.
Kurdar, ħabel/ħbula, ħaddiem, teknika, produzzjoni, grad, materjal, għamla, għodda, termini oħra 122-127 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju alfabetiku.
Reuben Degiorgio
2010

Glossarju dwar il-Ġenetika

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ġenetika 210-220 Saħħa u Mediċina Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ termini dwar il-ġenetika. Imbagħad, minn paġna 30 sa 209, wieħed isib analiżi fid-dettall taʼ kull terminu, bid-definizzjonijijet bil-Ingliż u bil-Malti u l-karatteristiċi grammatikali taʼ kull terminu.
Ġenetika 221-231 Saħħa u Mediċina Lista alfabetika Ingliż-Malti taʼ termini dwar il-ġenetika. Imbagħad, minn paġna 30 sa 209, wieħed isib analiżi fid-dettall taʼ kull terminu, bid-definizzjonijijet bil-Ingliż u bil-Malti u l-karatteristiċi grammatikali taʼ kull terminu.
Richard Scerri
2015

Il-Lingwaġġ taż-Żgħażagħ: Droga, Sess u Alkoħol

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Malti
Grad:
Baċellerat tal-Arti (Bl-Unuri) fil-Malti
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Lingwaġġ taż-żgħażagħ, droga, alkoħol, sess 71-147 Soċjetà u Soċjoloġija Lista alfabetika bit-tifsira taʼ kull terminu, xi varjanti tiegħu, il-qasam li jappartjeni għalih, u s-sors fejn jinstab.
Rita Cutajar
2015

A Glossary of Monetary and Fiscal Economic Terms

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Ekonomija, ekonomija fiskali, ekonomija monetarja, flus 204-235 Finanzi u Kummerċ Lista Ingliż-Malti taʼ 150 terminu dwar l-ekonomija. Tagħhom, hemm tagħrif dettaljat fʼpaġni 30-176, li jinkludi d-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti, spjega tal-formazzjoni tat-termini, l-użu tagħhom fʼkuntest bilingwi Ingliż-Malti, u noti addizzjonali dwarhom.
Ritianne Stanyer
2011

Glossarju Ġermaniż-Malti/Malti-Ġermaniż għall-Istudenti fil-Livell Sekondarju fl-Iskejjel Maltin

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Tagħlim tal-Ġermaniż, klassi tal-Ġermaniż, skola/skejjel, sekondarja 40-196 Edukazzjoni, Lingwa U letteratura Glossarju alfabetiku Ġermaniż-Malti li jinkludi t-taqsir il-kliem.
Tagħlim tal-Ġermaniż, klassi tal-Ġermaniż, skola/skejjel, sekondarja 197-366 Edukazzjoni, Lingwa U letteratura Glossarju alfabetiku Malti-Ġermaniż li jinkludi t-taqsir il-kliem.
Robert Cassar
2004

The Bells of Malta (1370-1900): An Art Historical Consideration (Volume 1)

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti
Grad:
Maġisteru fl-Istorja tal-Arti
Kumment/i ġenerali:
Riċerka dettaljata ħafna, maqsuma fuq żewġ volumi, dwar il-qniepen taʼ Malta bejn l-1370 u l-1900.
Kliem muftieħ Paġni Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Qanpiena xv Illustrazzjoni tal-qanpiena u l-partijiet tagħha, bit-termini kollha bl-Ingliż.
Roberta Attard
2012

A Glossary of Musical Genres and Styles of the Twentieth Century

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Mużika, ġeneri mużikali, stili mużikali, strumenti 173-182 Mużika Lista Ingliż-Malti taʼ 150 terminu mużikali. Ukoll, fʼpaġni 12-172 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini mużikali bil-kategorija tagħhom fi ħdan l-istess qasam, id-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti tagħhom, l-użu tagħhom fʼkuntest fi ħdan l-istess żewġ lingwi, u kummenti oħra.
Mużika, ġeneri mużikali, stili mużikali, strumenti 183-192 Mużika Lista Malti-Ingliż taʼ 150 terminu mużikali. Ukoll, fʼpaġni 12-172 hemm tagħrif dettaljat dwar l-istess termini mużikali bil-kategorija tagħhom fi ħdan l-istess qasam, id-definizzjonijiet bl-Ingliż u bil-Malti tagħhom, l-użu tagħhom fʼkuntest fi ħdan l-istess żewġ lingwi, u kummenti oħra.
Rossana Cremona
2012

Il-Kelma Ġġib Hekk: Kompilazzjoni taʼ Idjomi Tradotti mit-Taljan għall-Malti

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Lingwa, idjoma/idjomi, qawl/qwiel, proverbju/proverbji 21-179 Lingwa U letteratura Ġabra taʼ għadd taʼ idjomi Taljani bʼinvestigazzjoni għall-ekwivalenza tagħhom fil-Malti. Fʼpaġni 190-199 hemm lista tal-idjomi kollha bit-Taljan investigati fʼdan l-istudju.
Ruth De Giorgio
2010

Terminoloġija dwar it-Tniġġis u l-Konservazzjoni tal-Ambjent Marittimu

Istituzzjoni:
L-Università taʼ Malta: Fakultà tal-Arti, Dipartiment tal Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar
Grad:
Maġisteru fit-Traduzzjoni
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Tniġġis, konservazzjoni, ambjent marittimu, marittima, baħar 131-136 Sajd u Marittima Lista alfabetika Ingliż-Malti. Minn paġna 26 sa 130, hemm tagħrif dettaljat taʼ kull terminu bil-kuntest Ingliż-Malti taʼ kif jintużaw, kif ukoll xi illustrazzjonijijet biex isaħħu l-analiżi.
Tniġġis, konservazzjoni, ambjent marittimu, marittima, baħar 137-142 Sajd u Marittima Lista alfabetika Malti-Ingliż. Minn paġna 26 sa 130, hemm tagħrif dettaljat taʼ kull terminu bil-kuntest Ingliż-Malti taʼ kif jintużaw, kif ukoll xi illustrazzjonijijet biex isaħħu l-analiżi.
1 … 7 8 9 10