Riżorsi Terminoloġiċi

Riżorsi Terminoloġiċi

Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Ġużi Gatt
2005

Qiegħda fil-Ponta taʼ Lsieni – I

Pubblikazzjoni:
Malta: Klabb Kotba Maltin
Kumment/i ġenerali:
Kif hemm miktub fuq il-qoxra tal-ktieb, dan huwa għajnuna biex wieħed jagħraf jitkellem fuq it-temp, ir-rabaʼ, iż-żargħa, it-trobbija tal-bhejjem, il-bini, is-sajd, is-snajjaʼ, id-daqq, u fuq ħafna minn dak kollu li jagħmilna Maltin. Hija riżorsa terminoloġika bil-Malti bʼsaħħitha ħafna, li tinfirex fuq tliet kotba. Fit-test miktub, it-terminoloġija bil-Malti tinsab bʼlinja taħtha u kapitali, waqt li dik bl-Ingliż tinsab fil-korsiv u fil-parentesi. Il-pubblikazzjoni hija mżejna bʼħafna illustrazzjonijiet dettaljati. Wara kull kapitlu, l-awtur jagħti miklem taʼ kliem dwar il-qasam trattat bʼtermini bil-Malti u bl-Ingliż. Fih mʼhemmex referenza għall-kelmiet kollha msemmija fil-kapitlu taʼ qabel u għalhekk qed nagħżel li niddokumenta wkoll xʼhemm fil-paġni taʼ qabel l-istess miklem.
Kliem muftieħ Paġni Qasam Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta
Art u baħar, bir (bjar), ġiebja (ġwiebi) 1-2 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, ilma, naqal 2-3 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, ħerża (ħereż), plier (plieri) 3 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, sieqja (swieqi), vaska (vaski) 3-4 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, saffi tal-blat 4-5, 6 Ġeoloġija
Art u baħar, spiera (spejjer/spieri), qana (qwieni) 5-8 Agrikultura, Bini u Arkitettura
Art u baħar, ilma tal-pjan 9 Agrikultura
Art u baħar, ħamla tal-wied 9-10 Agrikultura
Art u baħar, wilġa (wileġ), ramla (ramliet) 11-12 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, fliegu (fliegi), qala (qaliet) 13 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, xagħri, moxa, ġmiem, bosk 14-15 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, borġ, qlejgħa 15-16 Ġeografija, Ġeoloġija
Art u baħar, ilma, topografija, veġetazzjoni 16-17 Ġeografija, Ġeoloġija, Agrikultura
Art u baħar, tipi taʼ ħamrija 18 Agrikultura, Ġeoloġija Miklem bl-Ingliż u bil-Malti.
Art u baħar, saffi tal-blat (kif jinqasmu l-Qawwi taʼ Fuq u ż-Żonqor) 19 Ġeoloġija
Temp, lejl u nhar, sħab 23-24, 25 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, xita 24-25 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, riħ u warda tar-riħ 26-27 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, temperatura 27-28 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, lejl u nhar 29 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, l-itwal u l-iqsar tax-xemx 30-31 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, staġuni 31 Temp u Żmien
Temp, lejl u nhar, astronomija (is-sebaʼ kwiekeb) 32-33 Temp u Żmien, Astronomija
Temp, lejl u nhar, astronomija u meteoroloġija 33-35 Temp u Żmien, Astronomija Miklem bl-Ingliż u bil-Malti.
Żargħa, iż-żerriegħa saż-żerriegħa 37-41 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, dakra 42 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, xeblik 42 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, parassiti 43 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, siġar taʼ Malta 44-45 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, tilqim tas-siġar 45-49 Agrikultura, Flora u Fawna
Żargħa, fil-ġnien u fl-għalqa, is-siġar, siġar tal-frott irqiq, siġar taċ-ċitru, siġar oħra tal-frott, frott ieħor, tilqim tas-siġar, ħwawar, ħaxix tal-borma 50-56 Agrikultura, Flora u Fawna Miklem.
Partijiet taz-zokk taʼ siġra 56 Agrikultura, Flora u Fawna
Sengħa tal-bini 59-63, 73-74 Bini u Arkitettura
Sengħa tal-bini, dar rurali, dar fl-ibliet u l-irħula, arkitettura, ħnejja/arkata, ħajt 64-72 Bini u Arkitettura Miklem bl-Ingliż u bil-Malti.
Trobbija tal-bhejjem, mogħoż (mogħża) 75-79 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, nagħaġ (nagħġa) 79-80 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, baqar (baqra) 80-82 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, żwiemel (żiemel) 83-94 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, qżieqeż (qażquż) 95 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, klieb (kelb) 96-106 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, qtates (qattus) 106-108 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, fniek (fenek) 109-111 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, tjur (tajra) 111-114 Agrikultura
Trobbija tal-bhejjem, mogħoż, nagħaġ, baqar, żwiemel, ħnieżer, klieb, qtates, fniek, tjur, ħamiem, stonku, għalf, ġwież, ħalib, għand tal-laħam, xedd, rota tal-karrettun 114-124 Agrikultura Miklem.
Trobbija tan-naħal 127-148, 152-153 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ
Trobbija tan-naħal, tipi taʼ naħal, naħal tal-għasel, kaxxa tan-naħal, siġar u ħxejjex, mard tan-naħal, għedewwa tan-naħal, għodda tan-naħal 148-151 Agrikultura, Xogħol u Snajjaʼ Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.
Fuħħar 155-169, 184-185 Xogħol u Snajjaʼ
Fuħħar 170-181 Xogħol u Snajjaʼ Glossarju.
Fuħħar 182-184 Xogħol u Snajjaʼ
Tbaħħir u sajd, bini taʼ dgħajsa, qlugħ, dgħajjes taʼ Malta, irkaptu, parit, tartarun, għażel, għażel tat-tkarkir, terrieħa, konz, tirjix, kannizzati, nases 187-217 Sajd u Marittima Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.
Tbaħħir u sajd 218-220 Sajd u Marittima Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.
Insiġ 221-247, 249-252 Xogħol u Snajjaʼ
Insiġ, għażil, newl, insiġ, drapp 247-249 Xogħol u Snajjaʼ Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.
Xi strumenti tradizzjonali Maltin 255-275 Mużika
Xi strumenti tradizzjonali Maltin 275 Mużika Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.
Ġisem tal-bniedem/anatomija, ras, wiċċ, għonq, dahar, sider, żaqq, driegħ, riġel, ħalq u gerżuma, għajn, pala tas-sieq, pala tal-id 277-282 Saħħa u Mediċina Miklem bil-Malti u bl-Ingliż.