Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
L-Imnara
Pubblikazzjoni:
Malta: Għaqda Maltija tal-Folklor
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 1978 (1) | Charles Cassar | Folklor fil-mediċina | 7-10 | Arti, Kultura u Folklor, Saħħa u Mediċina | |
| 1980 (3) | Vincenzo Maria Pellegrini | Ilbies Malti | 76-79 | Ilbies | |
| 1980 (3) | Guido Lanfranco | Mediċina popolari, ħxejjex popolari mediċinali | 80-98 | Saħħa u Mediċina, Flora u Fawna | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Kif jikteb l-awtur innifsu, in-numri li hemm fil-parentesi ħdejn it-termini jirreferu għas-sorsi minn fejn ittieħdu (li jinsabu fl-aħħar tal-artiklu). Barra minn hekk, ikompli, xi ismijiet tekniċi oħra huma żidiet tal-awtur innifsu bħala l-ewwel tentattiv għalihom bil-Malti. |
| 1982 (5) | Guido Lanfranco | Folklor | 139-142 | Arti, Kultura u Folklor | Ir-riżorsa tinkludi termini u ritratti li ngħataw donazzjoni mill-membri tal-kumitat tal-Għaqda tal-Folklor u mislufin għall-wiri ġewwa l-mużew tal-folklor. |
| 1982 (5) | Lorenza Bonnici Calì | Logħob tat-tfal taʼ dari, pasturi | 143-145 | Arti, Kultura u Folklor | Fʼdin ir-riżorsa jissemmew bosta termini relatati mal-logħba antika li ġġib l-isem Il-Pasturi. |
| 1983 (7) | Guido Lanfranco | Folklor | 32 | Arti, Kultura u Folklor | Dir-riżorsa bil-Malti u bl-Ingliż tinvolvi katalgu taʼ wirja taʼ kwadri dwar il-folkor Malti impenġijin minn Guido Lanfranco li saret bejn is-17 u l-24 taʼ Settembru 1983 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Kull kwadru għandu isem taʼ xʼqed jirrappreżenta. In-natura tar-riċerka tagħna jinteressaha biss minn dan l-isem. Il-kumplament tar-riżorsa tiftaħ bʼkitba informattiva fuq kull kwadru u xʼqed jirrappreżenta. |
| 1984 (8) | Rafel Bonnici Calì | Drawwiet tal-funerali | 87-90 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1986 (10) | Guido Lanfranco | Laqmijiet | 154 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1988 (11) | Ġużi Buontempo | Parrukkier | 2-3 | Xogħol u Snajjaʼ | Jissemmew xi għodod li dari kien juża l-parrukkier. |
| 1989 (12/13) | Anton F. Attard | Xogħol tal-palm, xogħol tar-rattan | 64-67 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1989 (12/13) | Lawrence bajada | Ilma żahar u l-lampik | 71-72 | Xogħol u Snajjaʼ | Fʼdin ir-riżorsa hemm figura tal-lampik u l-ismijiet tal-bċejjeċ li kien ikun magħmul minnhom. |
| 1989 (12/13) | Rose-Anne Felice | Logħob tat-tfal taʼ dari | 74-76 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1990 (14) | Tarcisio Zarb | Rabaʼ | 18-26 | Agrikultura | Din hija traskrizzjoni taʼ programm li l-awtur kien tellaʼ fuq Radju Malta fis-snin sebgħin. Huwa programm taʼ natura folkloristika u jagħti ħarsa lejn is-sena meteroloġika u x-xejriet ewlenin li jgħaddu minnhom l-istaġuni. Huwa mqassam bejn tagħrif miktub mill-awtur u r-riproduzzjoni taʼ intervisti li l-awtur għamel maʼ persuni anzjani. |
| 1991 (15) | Guido Lanfranco | Ħobż | 29-32 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1991 (15) | Paul Portelli | Karnival fl-imgħoddi | 43-46 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1991 (15) | G. M. Buontempo | Luttu fl-imgħoddi | 47-48 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1991 (15) | Guido Lanfranco | Żugraga | 54-57 | Arti, Kultura u Folklor | It-termini Maltin jinsabu fil-korsiv fi ħdan it-test. |
| 1993 (17) | Anġela Zerafa | Ilbies tat-tarbija, u l-magħmudija | 104-105 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 1994 (18) | Guido Lanfranco | Ħalib, ġbejniet, irkotta | 5-12 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1995 (19) | Guido Lanfranco | Pompa tar-riħ | 36-37 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1996 (20) | Anna Borg Cardona | Mużika, strumenti, rabbaba/żuvżafa | 65-69 | Mużika | Ir-riżorsa tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet bit-termini magħhom. |
| 1996 (20) | Guido Lanfranco | Mużika, strumenti, rabbaba/żuvżafa | 70-71 | Mużika | |
| 1997 (21) | J. F. Porsella Flores | Qniepen | 87-90 | Arti, Kultura u Folklor, Mużika, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1997 (21) | Lorenzo Zahra | Topografija fil-Birgu | 130-131 | Ġeografija | |
| 1999 (23) | Lorenzo Zahra | Dgħajsa Maltija | 51 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 1999 (23) | Lorenzo Zahra | Topografija fil-Belt Valletta | 55 | Ġeografija | |
| 2000 (24) | Anna Borg Cardona | Mużika, strumenti, il-bedbut | 92-99 | Mużika | |
| 2000 (24) | Joseph C. Camilleri | Vari tal-Ġimgħa l-Kbira | 109-112 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2001 (25) | Ġużi Gatt | Mogħoż u nagħaġ | 138-141 | Agrikultura | Ir-riżorsa tinkludi ħafna termini u illustrazzjonijiet. |
| 2001 (25) | Mary Haber | Va sagra versata | 144-146 | Arti, Kultura u Folklor, Reliġjon | Ir-riżorsa tinvolvi l-via sagra bi ftit versi għal kull stazzjon. |
| 2002 (26) | Ġużi Gatt | Flus, kejl u qisien | 2-5 | Matematika | |
| 2002 (26) | C. J. Jaccarini | Bini, il-muxrabija | 17-22 | Bini u Arkitettura | |
| 2002 (26) | C. Savona Ventura | Laqmijiet fʼGħawdex tas-seklu 19 | 26-27 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2002 (26) | Anton Attard, Paul u Agnes Bezzina u Lorenzo Zahra | Laqmijiet mill-Birgu | 35-42 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2003 (27) | Ġużi Gatt | Insiġ | 54-65 | Xogħol u Snajjaʼ, Arti, Kultura u Folklor | |
| 2003 (27) | Steve Borg | Sajd, kif isir iċ-ċkal | 69-7 | Sajd u Marittima | Ir-riżorsa tinkludi xi illustrazzjonijiet bit-termini magħhom. |
| 2003 (27) | George Zammit Maempel | Superstizzjonijiet, l-għajn | 76-82 | Arti, Kultura u Folklor | Riżorsa bl-Ingliż li tinkludi xi termini bil-Malti li jinsabu fil-korsiv. |
| 2003 (27) | Anton Attard | Vokabularju tat-tfal fl-imgħoddi | 83-85 | Arti, Kultura u Folklor, Lingwa U letteratura | Minkejja li t-termini jinsabu fi ħdan it-test innifsu, hija riżorsa inklinata ħafna lejn il-kompilazzjoni terminoloġika. |
| 2003 (27) | Guido Lanfranco | Soqfa u l-ballata | 86-92 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2003 (27) | Saviour Camilleri | Daqq tal-qniepen | 94-95 | Arti, Kultura u Folklor, Mużika, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2004 (28) | Ġużi Gatt | Blat, ilma, ħawt | 15-19 | Agrikultura | |
| 2004 (28) | Steve Borg | Logħob Malti antik | 29-30 | Arti, Kultura u Folklor, Sport u Rikreazzjoni | |
| 2004 (28) | Alex Camilleri | Toponomastika taʼ Kemmuna | 34-43 | Ġeografija | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Tinkludi wkoll xi illusrazzjonijiet. |
| 2005 (29) | Guido Lanfranco | Sigaretti | 52-56 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2005 (29) | Joseph Caruana | Għodda għall-bini tad-dgħajjes | 62-66 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet. |
| 2005 (29) | Alex Camilleri | Toponomastika tal-Aħrax tal-Mellieħa | 74-82 | Ġeografija | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna. Tinkludi wkoll xi illusrazzjonijiet. |
| 2005 (29) | Lorenzo Zahra | Toponomastika tal-Birgu | 83-84 | Ġeografija | |
| 2005 (29) | Joe Vassallo | Laqmijiet fil-Mellieħa | 89-90 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2005 (29) | Ġużi Gatt | Raddiena tat-tajjar | 94-95 | Xogħol u Snajjaʼ | Riżorsa li tinvolvi wkoll illustrazzjoni sabiħa tar-raddiena li biha kienu jagħżu t-tajjar. |
| 2006 (30) | Ġużi Gatt | Tberfil | 101-107 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2006 (30) | Arnold Sciberras | Il-gremxul | 108-112 | Flora u Fawna | |
| 2006 (30) | Alex Camilleri | Toponomastika tad-Dwejra tʼGħawdex | 124-131 | Ġeografija | |
| 2006 (30) | Guido Lanfranco | Buttar, btieti, kaputa, għodda | 137-141 | Xogħol u Snajjaʼ | It-termini jinsabu fil-grassett. Ir-riżorsa tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2006 (30) | Karmenu Pace | Rizzi | 142-145 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | It-termini jinsabu fil-grassett. Ir-riżorsa tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2006 (30) | Steve Borg | Fekruna | 148 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | Illustrazzjoni dwar il-partijiet tal-fekruna. |
| 2007 (31) | Stanley Fiorini | Drawwiet Maltin, biedja, sajd, dota, djar u tagħmir tagħhom, ilbies | 154-158 | Arti, Kultura u Folklor, Ilbies, Bini u Arkitettura | Minkejja li r-riżorsa ma fhijiex listi taʼ termini, fiha l-awtur joħloq argumenti interessanti fuq it-terminoloġija bħala qasam taʼ studju. |
| 2007 (31) | Guido Lanfranco | Dgħajsa u l-partijiet tagħha | 163-165 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | Tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet. |
| 2007 (31) | Frans Farrugia u Ġużi Gatt | Xibka tal-lampuki | 172-174 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | Tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet. |
| 2007 (31) | Alex Camilleri | Toponomastika taʼ Għar Lapsi, Wied iż-Żurrieq u Filfla | 175-185 | Ġeografija | |
| 2007 (31) | Franco Masini | Laqmijiet fʼGħawdex fis-seklu 19 | 186-187 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2007 (31) | Carmelo Pace | Bebbux | 188-192 | Flora u Fawna | |
| 2007 (31) | Arnold Sciberras | Rettili u amfibji | 195-202 | Flora u Fawna | |
| 2008 (32) | Godfrey Wettinger | Stramberiji fʼismijiet tal-inħawi Maltin, toponomastika | 2-8 | Ġeografija | L-ismijiet tal-inħawi jinsabu fil-grassett. |
| 2008 (32) | Steve Borg | Futbol | 14-15 | Sport u Rikreazzjoni | Dan huwa miklem marbut mal-logħba tal-futbol. |
| 2008 (32) | Karmenu Pace | Gorboġ, girna | 19-21 | Bini u Arkitettura | |
| 2008 (32) | Alex Camilleri | Toponomastika taʼ Marsaxlokk, Delimara, Birżebbuġa u Bengħisa | 22-34 | Ġeografija | |
| 2008 (32) | Ġużi Gatt | Ħobż tal-Malti | 35-39 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2008 (32) | Arnold Sciberras | Laqmijiet minn Ħal Qormi (in-naħa taʼ San Ġorġ) | 40-41 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2008 (32) | Arnold Sciberras | Mazzarelli, ħelikopters | 42-44 | Flora u Fawna | |
| 2009 (33) | Charles Camilleri | Sengħa tal-barrieri | 57-62 | Bini u Arkitettura, Xogħol u Snajjaʼ | Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2009 (33) | Saviour Camilleri | Daqq tal-qniepen | 65-69 | Arti, Kultura u Folklor, Mużika, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2009 (33) | Alex Camilleri | Toponomastika tax-xtut taż-Żebbuġ, l-Għasri u l-Għarb, Għawdex | 73-86 | Ġeografija | |
| 2009 (33) | Anġlu Dougall | Ilbies, il-but taʼ taħt | 87-88 | Ilbies | |
| 2009 (33) | Karmenu Pace | Għamla tal-għorboġ, girna | 99-101 | Bini u Arkitettura | |
| 2010 (34) | Anna Maria Gatt | Bizzilla tal-balla | 102-109 | Arti, Kultura u Folklor, Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2010 (34) | Guido Lanfranco | Mediċina popolari, annimali bħala rimedji | 114-116 | Saħħa u Mediċina, Agrikultura, Flora u Fawna | |
| 2010 (34) | Ġużi Gatt | Parrukkier | 121-124 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2010 (34) | Steve Borg | Logħob tradizzjonali Malti | 130-132 | Arti, Kultura u Folklor, Sport u Rikreazzjoni | |
| 2010 (34) | Karmenu Pace | Tewm u l-purċellat | 139-141 | Xogħol u Snajjaʼ | It-terminoloġija dwar il-qasam tinsab bʼittri kapitali. |
| 2011 (35) | Joseph Muscat | Dgħajjes tradizzjonali Maltin | 153-156 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | L-ewwel taqsima. Tikkonsisti minn glossarju dwar il-qasam. |
| 2011 (35) | Saviour Camilleri | Festi Maltin, armar taʼ barra | 159-165 | Arti, Kultura u Folklor | L-ewwel taqsima. Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2011 (35) | Alex Camilleri | Toponomastika tal-Mellieħa u l-madwar | 166-174, 190-197 | Ġeografija | |
| 2011 (35) | Karmenu Pace | Imħar | 181-182 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| 2011 (35) | Karmenu Pace | Kirxa, laħam | 183-187 | Xogħol u Snajjaʼ | It-termini jinsabu fil-grassett. Ir-riżorsa tinkludi wkoll xi illustrazzjonijiet. |
| 2011 (35) | Joseph Caruana | Toponomastika taʼ Għajnsielem, Għawdex | 187-189 | Ġeografija | L-ewwel parti. |
| 2012 (36) | Anton Attard | Toponomastika tal-Birgu | 12-14 | Ġeografija | |
| 2012 (36) | Joseph Muscat | Dgħajjes tradizzjonali Maltin | 15-20 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | It-tieni taqsima. |
| 2012 (36) | Lorenzo Zahra | Fratellanzi | 21-24 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2012 (36) | Saviour Camilleri | Festi Maltin, l-armar taʼ barra | 29-35 | Arti, Kultura u Folklor | It-tieni taqsima. Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2012 (36) | Guido Lanfranco | Mixegħla | 36-37 | Arti, Kultura u Folklor | |
| 2012 (36) | Karmenu Pace | Sajd, gambli | 38-39 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | |
| 2012 (36) | Joseph Caruana | Toponomastika taʼ Għajnsielem, Għawdex | 43-45 | Ġeografija | It-tieni parti. |
| 2013 (37) | Alex Camilleri | Toponomastika tal-Imtaħleb u l-madwar | 72-83 | Ġeografija | |
| 2013 (37) | Lorenzo Zahra | Ġimgħa l-Kbira taʼ dari fil-Birgu | 93 | Arti, Kultura u Folklor | It-termini jinsabu fil-grassett. |
| 2014 (38) | Joseph Caruana | Dgħajsa tal-Latini | 11-12 | Sajd u Marittima, Xogħol u Snajjaʼ | Hija riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2014 (38) | Saviour Camilleri | Festi Maltin, armar taʼ ġol-knisja | 13-16 | Arti, Kultura u Folklor | L-ewwel parti. Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2014 (38) | Alex Camilleri | Toponomastika tal-Baħrija, Fomm ir-Riħ u l-madwar | 22-29 | Ġeografija | |
| 2015 (39) | Fiona Vella | Il-majjistra bejn l-1900 u l-1990 | 18-21 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2015 (39) | Saviour Camilleri | Festi Maltin, armar taʼ ġol-knisja | 38-41 | Arti, Kultura u Folklor | It-tieni parti. Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi wkoll diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2015 (39) | Joseph C. Camilleri | Raħħal u mogħoż | 42-48 | Agrikultura | Riżorsa li tinvolvi listi taʼ ismijiet taʼ mogħoż. |
| 2017 (40) | Guido Lanfranco | Reliġjon, kuruni taʼ devozzjoni | 13-15 | Arti, Kultura u Folklor, Reliġjon | Tipi differenti taʼ kuruni. |
| 2017 (40) | Nazzareno Azzopardi | Ħelu, kemmun | 35-39 | Ikel u Tisjir | It-termini jispikkaw u r-riżorsa tinvolvi wkoll xi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2017 (40) | Raymond Saliba | Piroteknika | 46-48 | Arti, Kultura u Folklor, Sport u Rikreazzjoni | It-termini jispikkaw bil-grassett. |
| 2018 (41) | Alfred E. Baldacchino | Għajdut, drawwiet, twemmin, flora, fawna | 2-8 | Flora u Fawna, Arti, Kultura u Folklor | Tinkludi lista bl-ismijiet Maltin, Ingliżi u xjentifiċi tal-ispeċi li jissemmew fl-artiklu. |
| 2018 (41) | Michael Buhagiar | Trobbija tan-naħal | 16-20 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2018 (41) | Saviour Camilleri | Festi Maltin, armar taʼ ġol-knisja | 45-48 | Arti, Kultura u Folklor | It-tielet parti. Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkludi diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2019 (42) | Ray Vella | Bhima armata għall-ħart | 40 | Agrikultura | Illustrazzjoni bit-termini magħha. |
| 2020 (43) | Ġużi Gatt | Xogħol il-bidwi | 6-9 | Agrikultura | |
| 2021 (44) | Simon Salafia | Annimali | 2-11 | Agrikultura, Flora u Fawna | L-ismijiet tal-annimali jinsabu fil-grassett. |
| 2021 (44) | Saviour Camilleri | Festi Maltin, armar taʼ ġol-knisja, sagristija, parametri sagri | 17-20 | Arti, Kultura u Folklor | Ir-rabaʼ parti. Riżorsa terminoloġika bʼsaħħitha ħafna li tinkudi diversi illustrazzjonijiet sbieħ. |
| 2021 (44) | Natalino Fenech | Għana tal-għasafar | 32-39 | Flora u Fawna | |
| 2022 (45) | Simon Salafia | Ismijiet Maltin taʼ dari | 2-6 | Soċjetà u Soċjoloġija | L-ewwel parti. |
| 2022 (45) | Vince Galea | Kleru, regolari, kleru sekolari/sekulari, sorijiet | 7-10 | Reliġjon | L-ismijiet relavanti jinsabu fil-grassett. |
| 2022 (45) | Jeffrey Sciberras u Arnold Sciberras | Siġar, pjanti, folklor botaniku | 37-40 | Flora u Fawna | |
| 2022 (45) | Martin Morana | Temp, xita, riħ/irjieħ | 41-44 | Temp u Żmien | |
| 2023 (46) | Simon Salafia | Ismijiet Maltin taʼ dari | 16-20 | Soċjetà u Soċjoloġija | It-tieni parti. |