Riżorsi Terminoloġiċi
Din il-paġna fiha ġabra ta' riżorsi terminoloġiċi, stampati u awdjoviżivi, imqassma skont temi differenti. Kull riżorsa għandha xi kliem muftieħ marbut magħha biex jiffaċilita t-tiftix.
Il-Passa-temp
Pubblikazzjoni:
Malta: L-Orizzont
Kumment/i ġenerali:
Rivista bil-kulur li fil-bidu tagħha kienet tikkonsisti minn tmien paġni u toħroġ darbtejn fil-ġimgħa (aktarx, it-Tlieta u l-Ħamis) mal-gazzetta L-Orizzont bħala kontinwazzjoni tal-gazzetta taʼ qabilha, Il-Passa. Tittratta suġġetti bħall-kaċċa u l-insib, armi u kkargar, sparar fuq il-plattini u target shooting, ġiti għall-kaċċa u s-sajd, dgħajjes u dinghies, sajd bil-qasba, sajd bin-nifs bil-ħarpun u għaddis biċ-ċilindri, biedja, ġonna, siġar u pjanti, trobbija u tnissil tal-għasafar, trobbija taʼ tjur u ħamiem tal-ġiri, ħut tal-akkwarju, żwiemel, trobbija tal-klieb, qtates, fniek u annimali oħra, u l-ħarsien tal-ambjent. Baqgħet toħroġ sa Mejju tal-2018 u l-abbonati taʼ dik is-sena kellhom jirċievu ħlashom lura, €1.25 għal kull gazzetta li kien jonqoshom jieħdu. Wara waqfa taʼ sentejn bejn l-2012 u l-2014, din il-gazzetta reġgħet bdiet toħroġ fʼOttubru tal-2013 wara li ntalbet l-għajnuna biex il-kaċċaturi jkollhom leħen fil-midja lejlet referendum importanti kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa li sar fil-11 taʼ April tal-2015, referendum li, grazzi għall-vuċijiet tal-FKNK u tal-istess gazzetta, il-poplu vvota favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. Fʼdan is-sens tinftiehem ir-raġuni għaliex l-edizzjonijiet tal-2012 u l-2013 mhumiex dokumentatati kollha ladarba wħud minnhom qatt ma ħarġu.
| Ħarġa | Awtur/i | Kliem muftieħ | Paġni | Qasam | Kumment/i dwar ir-riżorsa misluta |
|---|---|---|---|---|---|
| 2006 (1) | — | Sajd, kif tagħmel imrejkba | 7 | Sajd u Marittima | |
| 2006 (2) | Anton F. Attard | Il-kelma ‘sultanʼ fl-ilsien Malti | 6 | Lingwa U letteratura | |
| 2006 (14) | — | Temp, riħ, warda tar-riħ | 3 | Temp u Żmien | Illustrazzjoni dettaljata. |
| 2006 (18) | Anton F. Attard | Għasafar, siġar, passjoni taʼ Ġesù | 4-5 | Flora u Fawna, Reliġjon | |
| 2006 (20) | Anton F. Attard | Għasfur, għasfur tal-bejt | 4-5 | Flora u Fawna | |
| 2006 (21) | Saviour Mamo | Naħal | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (21) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett taʼ ras il-mewt | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (23) | — | Il-kelma ‘għajnʼ fl-ilsien Malti | 4-5 | Lingwa U letteratura | |
| 2006 (23) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett taʼ Danaus | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (25) | Saviour Mamo | Insett, debba tax-xitan kbira | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (25) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett tal-fejġel/farfett tar-reġina | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (27) | Gregory Gauci | Għasfur, għasfur tal-bejt | 6 | Flora u Fawna | |
| 2006 (27) | Saviour Mamo | Araknidi, għakreb/skorpjun | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (28) | Paul Azzopardi | Sajd, għoqod tas-sajd | 6 | Sajd u Marittima | |
| 2006 (28) | Anton F. Attard | Riħ, irjieħ famużi | 7 | Temp u Żmien | |
| 2006 (31) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett taʼ xeħt ir-riħ | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (33) | Saviour Mamo | Għasfur/għasafar, amorini | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (33) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett, il-ħabbara | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (34) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | Nomenklatura u toponimija Maltija. L-ewwel parti. |
| 2006 (35) | Paul Azzopardi | Sajd, ħut tal-qiegħ | 4 | Sajd u Marittima | Illustrazzjoni. |
| 2006 (35) | Saviour Mamo | Qalfat | 8 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2006 (35) | Saviour Mamo | Insett, grillu | 5 | Flora u Fawna | |
| 2006 (35) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 2 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2006 (36) | Gregory Gauci | Għasfur, sponsun selvaġġ | 2 | Flora u Fawna | |
| 2006 (37) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 6 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2006 (37) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, baħrija, werqa niexfa | 8 | Flora u Fawna | |
| 2006 (38) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | Nomenklatura u toponimija Maltija. It-tieni parti. |
| 2006 (39) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 2 | Flora u Fawna | It-tielet parti. |
| 2006 (40) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | Nomenklatura u toponimija Maltija. It-tielet parti. |
| 2006 (41) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, baħrija, baħrija safra | 2 | Flora u Fawna | |
| 2006 (41) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 6-7 | Flora u Fawna | Ir-rabaʼ parti. |
| 2006 (42) | Gregory Gauci | Għasfur, gardell | 4-5 | Flora u Fawna | Nomenklatura u toponimija Maltija. Ir-rabaʼ parti. |
| 2006 (42) | Anton F. Attard | Kampanja Maltija | 7 | Flora u Fawna, Agrikultura | |
| 2006 (43) | Gregory Gauci | Għasfur/għasafar, kanarini | 3 | Flora u Fawna | Il-ħames parti. |
| 2006 (43) | John Rizzo u Saviour Mamo | Xogħol tal-qasab | 4-5 | Xogħol u Snajjaʼ | |
| 2006 (45) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett tal-kaboċċi | 7 | Flora u Fawna | |
| 2006 (46) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 2 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | L-ewwel parti. |
| 2006 (47) | Saviour Mamo | Insetti, mazzarell | 2 | Flora u Fawna | |
| 2006 (48) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 2 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | It-tieni parti. |
| 2006 (48) | Saviour Mamo | Friefet/baħrijiet, farfett tas-silla | 8 | Flora u Fawna | |
| 2006 (50) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 2 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | It-tielet parti. |
| 2006 (52) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 5 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | Ir-rabaʼ parti. |
| 2007 (1) | Anton F. Attard | Għasafar, tajr tal-passa | 7 | Flora u Fawna | Għasafar u tajr tal-passa, u oħrajn, skont ikilhom. |
| 2007 (1) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 20 | Flora u Fawna, Saħħa u Mediċina | |
| 2007 (2) | — | Għasafar/tajr, gamiem, summien | 5 | Flora u Fawna | |
| 2007 (2) | Paul Azzopardi | Sajd għall-mulett | 11 | Sajd u Marittima | Illustrazzjoni. |
| 2007 (2) | Gregory Gauci | Għasfur, ortoloan tas-sidra safra | 15 | Flora u Fawna | |
| 2007 (2) | Karmenu Grima | Ħwawar u pjanti mediċinali | 16 | Flora u Fawna | |
| 2007 (2) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 20-21 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (3) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 12-13 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (3) | Gregory Gauci | Għasfur, kokkorin aħdar | 15 | Flora u Fawna | |
| 2007 (4) | Paul Azzopardi | Sajd għall-ħut tal-qiegħ | 11 | Sajd u Marittima | Illustrazzjoni. |
| 2007 (4) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 12-13 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (5) | Paul Azzopardi | Sajd għall-ħut tal-qiegħ | 8 | Sajd u Marittima | |
| 2007 (5) | — | Ħut perikoluż | 10-11 | Sajd u Marittima, Flora u Fawna | Tinkludi xi illustrazzjonijiet. |
| 2007 (5) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 12-13 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (5) | Gregory Gauci | Għasfur, summiena tal-Ġappun | 21 | Flora u Fawna | |
| 2007 (6) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 8-9 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (7) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 5 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (7) | Gregory Gauci | Għasfur, Taʼ Bombay | 21 | Flora u Fawna | |
| 2007 (7) | Gregory Gauci | Għasfur, Bengalese | 9 | Flora u Fawna | |
| 2007 (7) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 12-13 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2007 (7) | Paul Azzopardi | Sajd għall-mulett | 19 | Sajd u Marittima | Illustrazzjoni. |
| 2007 (9) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 12-13 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2008 (10) | Gregory Gauci | Għasafar tal-passa | 10 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2008 (10) | Gregory Gauci | Għasfur, kanarin | 15 | Flora u Fawna | |
| 2008 (11) | Anton F. Attard | Għasafar | 14 | Flora u Fawna | Ismijiet taʼ għasafar kif jgħiduhom Għawdex. |
| 2008 (12) | Gregory Gauci | Għasfur, gamiema | 15 | Flora u Fawna | |
| 2008 (13) | Gregory Gauci | Għasfur, gamiema tad-djamanti | 15 | Flora u Fawna | |
| 2008 (15) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 13 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2008 (16) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 22 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2008 (17) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 8-9 | Flora u Fawna | It-tielet parti. |
| 2008 (17) | Paul Azzopardi | Lixka għas-sajd | 17 | Sajd u Marittima | |
| 2008 (18) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 8-9 | Flora u Fawna | |
| 2008 (18) | Gregory Gauci | Diżordinijiet u mard fl-għasafar | 14 | Flora u Fawna | |
| 2008 (18) | Paul Azzopardi | Lixka għas-sajd | 21 | Sajd u Marittima | |
| 2008 (19) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 8-9 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2008 (19) | Paul Azzopardi | Lixka għas-sajd | 21 | Sajd u Marittima | |
| 2008 (20) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 8-9 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2008 (20) | — | Sajd bl-imrejkba | 17 | Sajd u Marittima | |
| 2008 (20) | Paul Azzopardi | Lixka għas-sajd | 21 | Sajd u Marittima | |
| 2008 (21) | Josianne Azzopardi | Flora, pjanti tal-Milied | 8-9 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2008 (21) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 23 | Flora u Fawna | Tinkludi ritratti, l-isem Malti, Ingliż u xjentifiku. |
| 2009 (22) | Paul Azzopardi | Ħut, sargu | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (22) | Anton F. Attard | Ħut, ħlejjaq tal-baħar, qarnit | 20 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (22) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 23 | Flora u Fawna | |
| 2009 (23) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 13 | Flora u Fawna | |
| 2009 (23) | Paul Azzopardi | Ħut, vopa | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (23) | Gregory Gauci | Għasafar u tajr nazzjonali dinjin | 18 | Flora u Fawna | Lista tal-għasafar/tajr nazzjonali skont pajjiżi differenti madwar id-dinja. |
| 2009 (24) | Gregory Gauci | Għasfur, virdun | 12-13 | Flora u Fawna | |
| 2009 (24) | Paul Azzopardi | Ħut, sawrella | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (24) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 17 | Flora u Fawna | |
| 2009 (25) | Paul Azzopardi | Ħut, kavall | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (25) | Anton F. Attard | Kaċċa fl-imgħoddi, skartoċċ/skrataċ | 18-19 | Kaċċa u Nsib | |
| 2009 (25) | Gregory Gauci | Għasafar taʼ Malta u l-bejtiet tagħhom | 23 | Flora u Fawna | |
| 2009 (26) | Paul Azzopardi | Ħut, mingus | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (27) | Anton F. Attard | Kaċċa fl-imgħoddi, għodda/għodod | 6-7 | Kaċċa u Nsib | |
| 2009 (27) | Paul Azzopardi | Ħut, alonga | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (28) | Anton F. Attard | Kaċċa fl-imgħoddi | 6-7 | Kaċċa u Nsib | |
| 2009 (28) | Paul Azzopardi | Ħut, burqax | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (29) | Paul Azzopardi | Ħut, aċċola | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (29) | Gregory Gauci | Għasafar, alwett, bliebel, kalandri | 22-23 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2009 (30) | — | Għasafar tal-għana | 6-7 | Flora u Fawna | |
| 2009 (30) | Paul Azzopardi | Ħut, lampuka | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (30) | Anton F. Attard | Sajd, sajd għal-lampuki | 16-17 | Sajd u Marittima | L-ewwel parti |
| 2009 (30) | Gregory Gauci | Għasafar, alwett, bliebel, kalandri | 22-23 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2009 (31) | Paul Azzopardi | Ħut, imsella | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (31) | Anton F. Attard | Sajd, sajd għal-lampuki | 16-17 | Sajd u Marittima | It-tieni parti. |
| 2009 (31) | Gregory Gauci | Għasafar, alwett, bliebel, kalandri | 22-23 | Flora u Fawna | It-tielet parti. |
| 2009 (32) | Joe Perici Calascione | Kaċċa u insib fʼMalta | 4-5 | Kaċċa u Nsib | Artiklu dwar il-kaċċa u l-insib fʼMalta fis-snin disgħin sa meta nkiteb, l-2009. |
| 2009 (32) | Paul Azzopardi | Ħut, fanfru | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2009 (32) | Josianne Azzopardi | Flora, fjura/fjuri, narċis | 18 | Flora u Fawna | |
| 2009 (32) | Gregory Gauci | Għasafar, alwett, bliebel, kalandri | 22-23 | Flora u Fawna | Ir-rabaʼ parti. |
| 2009 (33) | Josianne Azzopardi | Flora, fjura/fjuri, ward | 14 | Flora u Fawna | |
| 2009 (33) | Paul Azzopardi | Ħut, marzapan | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (34) | Paul Azzopardi | Ħut, xilpa | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (35) | Paul Azzopardi | Ħut, strilja | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (36) | Paul Azzopardi | Ħut, arżnella | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (37) | Paul Azzopardi | Ħut, paġella | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (38) | Paul Azzopardi | Ħut, kaħlija | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (39) | Aldo Azzopardi | Kaċċa, skartoċċ/skrataċ | 12 | Kaċċa u Nsib | Illustrazzjoni bit-terminoloġija bil-Malti magħha dwar l-iskartoċċ fl-imgħoddi. |
| 2010 (39) | Paul Azzopardi | Ħut, xirgien | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (39) | Gregory Gauci | Għasafar, parassiti | 20-21 | Flora u Fawna | |
| 2010 (40) | Paul Azzopardi | Ħut, traċna | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (41) | Aldo Azzopardi | Kaċċa, skartoċċ/skrataċ | 10-11 | Kaċċa u Nsib | |
| 2010 (41) | Paul Azzopardi | Ħut, mulett | 14-15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | L-ewwel parti. |
| 2010 (42) | Paul Azzopardi | Ħut, mulett | 14 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | It-tieni parti. |
| 2010 (43) | Paul Azzopardi | Ħut, bażuka | 14 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (44) | Paul Azzopardi | Ħut, lizz | 14 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (45) | Paul Azzopardi | Ħut, pixxi San Pietru | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2010 (45) | — | Sajd, sajd għall-klamar | 17 | Sajd u Marittima | |
| 2011 (46) | Paul Azzopardi | Ħut, sparlu | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (46) | Gregory Gauci | Għasafar tal-gaġġa, mard, diżordinijiet, korrimenti | 20-21 | Flora u Fawna | Minkejja li l-awtur tal-artiklu miet fl-2010, l-artikli li laħaq lesta (dan l-ewwel wieħed) baqgħu jidhru regolarment fir-rivista bʼtifkira tiegħu. |
| 2011 (47) | Paul Azzopardi | Ħut, spnotta | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (47) | Gregory Gauci | Għasafar tal-gaġġa, mard, diżordinijiet, korrimenti | 20-21 | Flora u Fawna | |
| 2011 (47) | Gregory Gauci | Għasafar, pappagalli | 22-23 | Flora u Fawna | |
| 2011 (48) | Paul Azzopardi | Ħut, għarusa | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (49) | Paul Azzopardi | Ħut, pixxiroża | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (49) | Gregory Gauci | Għasafar tal-gaġġa, mard, diżordinijiet, korrimenti | 20-21 | Flora u Fawna | |
| 2011 (50) | Paul Azzopardi | Ħut, mirli | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (50) | Gregory Gauci | Fawna, bebbux | 21 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2011 (51) | Paul Azzopardi | Ħut, kurunella | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (51) | Gregory Gauci | Fawna, bebbux | 21 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2011 (52) | Paul Azzopardi | Ħut, pixxispad | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (53) | — | Konz tal-imrejkba | 12 | Sajd u Marittima | |
| 2011 (53) | Paul Azzopardi | Ħut, lhudi | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (54) | Paul Azzopardi | Ħut, ħmar | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (54) | Aldo E. Azzopardi | Kaċċa u nsib, sporting la Maltija | 21 | Kaċċa u Nsib | Tinkludi xi illustrazzjonijiet bit-terminoloġija Maltija. |
| 2011 (55) | Paul Azzopardi | Ħut, rondinella | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (56) | Paul Azzopardi | Ħut, skorfna | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (57) | Paul Azzopardi | Ħut, rożetta | 11 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2011 (57) | — | Flora, siġar, siġar imħarsa strettament, siġar imħarsa fʼżoni magħżula, speċi invażivi, aljeni jew inkompatibbli mal-ambjent | 12-13 | Flora u Fawna | Bl-isem Malti (bil-varjanti tiegħu) u dak xjentifiku. |
| 2012 (58) | Paul Azzopardi | Ħut, ċippullazza | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2012 (59) | Paul Azzopardi | Ħut, petriċa żgħira | 15 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2012 (60) | Paul Azzopardi | Ħut, petriċa | 23 | Flora u Fawna, Sajd u Marittima | |
| 2014 (4) | Mark Anthony Bonello | Għasafar/tajr, speċi kaċċabbli | 16 | Flora u Fawna, Kaċċa u Nsib | |
| 2014 (13) | — | Ħwawar | 28 | Flora u Fawna | Lista bl-isem Malti u Ingliż. |
| 2015 (19) | — | Għasafar kaċċabbli fʼMalta u Għawdex | 32 | Flora u Fawna, Kaċċa u Nsib | Ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u bʼmod xjentifiku, inkluż ir-ritratti tal-ispeċi, taʼ għadd taʼ għasafar kaċċabbli fʼMalta u Għawdex. |
| 2015 (20) | — | Ħwawar u pjanti mediċinali | 26 | Flora u Fawna | |
| 2015 (23) | — | Ħwawar u pjanti mediċinali | 29 | Flora u Fawna | |
| 2015 (25) | Anton F. Attard | Għasafar/tajr tal-kaċċa madwar id-dinja | 20-21 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. Tinkludi l-ismijiet Maltin u xjentifiċi, kif ukoll ritratti tal-ispeċi. |
| 2015 (25) | — | Ħwawar u pjanti mediċinali | 27 | Flora u Fawna | |
| 2015 (25) | Anton F. Attard | Għasafar/tajr tal-kaċċa madwar id-dinja | 8-9 | Flora u Fawna | It-tieni parti. Tinkludi l-ismijiet Maltin u xjentifiċi, kif ukoll ritratti tal-ispeċi. |
| 2015 (27) | Anton F. Attard | Għasafar/tajr tal-kaċċa madwar id-dinja | 12 | Flora u Fawna | It-tielet parti. Tinkludi l-ismijiet Maltin u xjentifiċi, kif ukoll ritratti tal-ispeċi. |
| 2016 (28) | — | Warda tar-rjieħ, irwiegel | 17 | Temp u Żmien | Illustrazzjoni. |
| 2016 (29) | Anton F. Attard | Pengwini | 18 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2016 (29) | Anton F. Attard | Pengwini | 14 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2016 (29) | — | Sajd, irkaptu | 22 | Sajd u Marittima | |
| 2016 (29) | — | Fjuri u ħxejjex/ħaxix fi Frar | 23 | Flora u Fawna | Tinkludi wkoll żewġ ritratti bil-kulur. |
| 2016 (30) | Anton F. Attard | Għasafar, pappagalli | 12-13 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2016 (30) | — | Ħut | 21-22 | Flora u Fawna | Tinkludi wkoll xi ritratti bil-kulur. |
| 2016 (31) | Anton F. Attard | Għasafar, pappagalli | 20-21 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2016 (32) | Anton F. Attard | Għasafar, pappagalli | 20-21 | Flora u Fawna | It-tielet parti. |
| 2016 (35) | Anton F. Attard | Għasafar, ħamiem, gamiem, ganga | 24-25 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. Tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2016 (35) | — | Ħaxix selvaġġ | 28-29 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2016 (36) | Anton F. Attard | Għasafar, ħamiem, gamiem, ganga | 16-17 | Flora u Fawna | It-tieni parti. Tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2016 (37) | Anton F. Attard | Għasafar, ħamiem, gamiem, ganga | 22-23 | Flora u Fawna | It-tielet parti. Tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2016 (37) | — | Ħut | 24 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | L-1 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2016 (38) | Anton F. Attard | Albatrossi, għasafar tal-baħar | 14-15 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. |
| 2016 (38) | — | Ħut | 22 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | It-2 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2016 (39) | Anton F. Attard | Albatrossi, għasafar tal-baħar | 16-17 | Flora u Fawna | It-tieni parti. |
| 2016 (39) | — | Ħut | 20-21 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | It-3 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (40) | — | Ħut | 20-21 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Ir-4 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (41) | — | Ħut | 20-21 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Il-5 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (42) | — | Ħut | 20-21 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Is-6 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (43) | Anton F. Attard | Ċinji, tajr tal-ilma | 18-19 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (43) | — | Ħut | 22 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Is-7 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (44) | Anton F. Attard | Ċinji, tajr tal-ilma | 18-19 | Flora u Fawna | It-tieni parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (44) | — | Ħut | 22-23 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | It-8 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (45) | Anton F. Attard | Ċinji, tajr tal-ilma | 18-19 | Flora u Fawna | It-tielet parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (45) | — | Ħut | 22 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Id-9 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (46) | — | Ħut | 20 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | L-10 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (46) | Anton F. Attard | Ċinji, tajr tal-ilma | 27 | Flora u Fawna | Ir-rabaʼ parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (47) | — | Ħut | 20 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Il-11-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (48) | — | Ħut | 22 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | It-12-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (48) | Anton F. Attard | Għasafar/tajr tal-baħar, bugħaddasa, blonġuni | 26-27 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (49) | Anton F. Attard | Għasafar/tajr tal-baħar, bugħaddasa, blonġuni | 14-15 | Flora u Fawna | It-tieni parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (49) | — | Ħut | 24 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | It-13-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (50) | Anton F. Attard | Għasafar/tjur tax-xtut li jimxu fl-ilma | 17 | Flora u Fawna | L-ewwel parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (50) | — | Ħut | 24 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | L-14-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (51) | Anton F. Attard | Għasafar/tjur tax-xtut li jimxu fl-ilma | 14 | Flora u Fawna | It-tieni parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2017 (51) | — | Ħut | 24 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Il-15-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (52) | Anton F. Attard | Għasafar/tjur tax-xtut li jimxu fl-ilma | 14 | Flora u Fawna | It-tielet parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (52) | — | Ħut | 20 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Is-16-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (53) | Anton F. Attard | Għasafar/tjur tax-xtut li jimxu fl-ilma | 14-15 | Flora u Fawna | Ir-rabaʼ parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (53) | — | Ħut | 20 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Is-17-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (54) | Anton F. Attard | Għasafar/tjur tax-xtut li jimxu fl-ilma | 14 | Flora u Fawna | Il-ħames parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (54) | — | Ħut | 20 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | It-18-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (55) | Anton F. Attard | Għasafar/tjur tax-xtut li jimxu fl-ilma | 14-15 | Flora u Fawna | Is-sitt parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (55) | — | Ħut | 20-21 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | Id-19-il parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (56) | Anton F. Attard | Għasafar/tjur tax-xtut li jimxu fl-ilma | 6-7 | Flora u Fawna | Is-sebaʼ parti. Riżorsa li tinkludi għadd taʼ ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (56) | — | Ħut | 21 | Flora u Fawna, Ikel u Tisjir | L-20 parti taʼ lista meħuda minn Kul Ħut Frisk: Patt Bnin Għalik, ippubblikata bħala parti minn kampanja tal-gvern. Tinkludi l-ismijiet bil-Malti, bl-Ingliż u xjentifiku, kif ukoll ritratti sbieħ bil-kulur. |
| 2018 (56) | — | Ħxejjex mediċinali, Frenċ tal-Għarb | 24-25 | Saħħa u Mediċina, Flora u Fawna | Artiklu dwar Frenċ tal-Għarb u l-fejqan mirakoluż li kien jagħmel permezz tal-ħxejjex mediċinali. |